Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 88, IS 19 ta´ April 2012

F'din il-ħarġa

Merħba

Il-Jum Dinji tas-Saħħa 2012: Xjuħija u saħħa

Minn Maria Iglesia Gomez, Kap tal-Unità, il-Kummissjoni Ewropea, L-unità Innovazzjoni għas-Saħħa u l-Konsumaturi, SANCO 02

Bit-tema "Saħħa tajba żżid is-snin", din is-sena l-Jum Dinji tas-Saħħa (is-7 ta' April) qed jipprova jqajjem kuxjenza dwar x'jistgħu u x'għandhom jagħmlu l-individwi, l-industrija, is-soċjetà ċivili u l-gvernijiet biex jindirizzaw l-isfida soċjali tax-xjuħija.

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa t-tema biex tippromwovi saħħa tajba matul il-ħajja bħala mezz li jiżgura li persuni anzjani jista' jkollhom ħajja produttiva u attiva.

It-tnaqqis drastiku fir-rata tat-twelid, flimkien ma' titjib sinifikanti fit-tul tal-ħajja, bidlu l-istruttura tal-popolazzjoni Ewropea. Sal-2060, il-popolazzjoni ta' dawk ta' iktar minn 65 sena kważi se tkun irduppjat, u dan il-fenomenu x'aktarx se jkun akkumpanjat minn żieda ta' 40% fil-prevalenza ta' mard kroniku.

Soċjetà li qed tixjieħ tqajjem għadd ta' sfidi soċjo-ekonomiċi, iżda jekk jiġu ġestiti b'mod intelliġenti u effettiv, jistgħu jippreżentaw opportunitajiet kbar li jżidu l-valur tal-anzjani.

Fit-tfassil ta' approċċ pożittiv lejn ix-xjuħija, il-Kummissjoni Ewropea tpoġġi anzjanità b’saħħitha u attiva fil-qalba tal-aġenda politika tagħha. Is-sena l-oħra nediet is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar Anzjanità Attiva u b'Saħħitha, li ġabret flimkien firxa wiesgħa ta' partijiet interessati li qablu li sforz kollettiv biss, bis-sehem sħiħ tal-adulti mdaħħla fiż-żmien, nistgħu nixprunaw soluzzjonijiet innovattivi li jgawdu minnhom l-anzjani u l-industrija u jipprovdu t-twassil effiċjenti tal-kura. Fi spirtu ta' kollaborazzjoni, il-partijiet interessati ntrabtu li jingħaqdu u jiġbru r-riżorsi komuni tagħhom flimkien biex jippromwovu s-saħħa, jiġi evitat il-mard kroniku, titkattar il-kura integrata u jintużaw soluzzjonijiet tal-ICT għal għajxien indipendenti.

Il-bini ta' sinerġiji u t-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-imsieħba u fost il-politiki fil-livell internazzjonali, fil-livell tal-UE, u fil-livell nazzjonali jistgħu jagħmlu x-xjuħija b’saħħitha realtà.

Aħbarijiet mill-UE

Aġenzija tal-UE tikxef kampanja ġdida għal postijiet tax-xogħol li jiffavorixxu saħħa tajba

Fit-18 ta' April l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol nediet il-kampanja "Naħdmu flimkien għall-prevenzjoni tar-riskju". Tħeġġeġ l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjoni biex jinteraġixxu attivament mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom biex tittejjeb is-saħħa u s-sigurtà għal kulħadd.

Konferenza ta' livell għoli tal-UE dwar il-Programmi tas-Saħħa disponibbli permezz tal-webstreaming

Se jkun possibbli li ssegwi l-konferenza (3 ta' Mejju fi Brussell) direttament onlajn. L-avveniment se jippreżenta l-kisbiet tal-proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa pubblika.

Il-Kummissarju tal-UE John Dalli jitkellem dwar il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti

Messaġġ fuq vidjo mill-Kummissarju għas-Saħħa u l-politika tal-konsumatur ġie rilaxxata fit-18 ta' April. Konferenza tematika ser issegwi fil-15 u s-16 ta' Mejju fi Brussell.

Portal ġdid tas-Saħħa-UE onlajn

Il-Portal uffiċjali tas-Saħħa Pubblika tal-UE għandu dehra ġdida. Id-disinn ġdid għandu jiġbed viżitaturi ġodda u jqajjem iktar kuxjenza dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika.

Opinjoni xjentifika dwar prodotti li jixbħu l-ikel u jappellaw għat-tfal

Il-kumitati xjentifiċi tal-UE evalwaw ir-riskji potenzjali tal-inġestjoni aċċidentali ta' prodotti li jixbħu l-ikel u jappellaw għat-tfal. Taqsira għall-pubbliku issa hi disponibbli onlajn, flimkien ma’ informazzjoni iktar dettaljata.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Renju Unit

L-istrateġija l-ġdida tal-gvern Ingliż biex jiġġieled kontra x-xorb bla rażan

Ir-reati u l-vjolenza li jikkawża x-xorb bla rażan inaqqas ir-riżorsi fl-isptar. L-istrateġija l-ġdida tistabbilixxi kif il-gvern se jattakka l-problema minn kull angolu.

Ir-Rumanija

Il-Ministeru tas-Saħħa Rumen iwettaq verifika tal-unitajiet ta’ emerġenza kollha

Il-Ministeru tas-Saħħa għandu jwettaq verifika estensiva nazzjonali u azzjoni ta' kontroll fis-67 unità ta’ emerġenza ffinanzjati mill-baġit statali.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Il-Kummissarju John Dalli jagħmel diskors dwar it-Telesaħħa

Il-Kummissarju tal-UE għas-saħħa u l-politika tal-konsumatur ipparteċipa f’dibattitu organizzat miċ-Ċentru Internazzjonali għal Studji Parlamentari fis-27 ta’ Marzu fi Brussell. Id-diskors tiegħu iffoka fuq soluzzjonijiet li t-Telesaħħa tista' twassal għal kwalità ta' saħħa aħjar.

Avvenimenti li ġejjin

Il-Ġimgħa Ewropea dwar l-Immunizzazzjoni (21 – 27 ta' April 2012)

Il-Ġimgħa Ewropea dwar l-Immunizzazzjoni hija organizzata kull sena mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tad-WHO. L-għan ta' din is-seba' edizzjoni hu li tiżdied il-kopertura tat-tilqim billi titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-immunizzazzjoni.

Iż-żgħażagħ u s-saħħa sesswali: Integrazzjoni u implimentazzjoni tal-għarfien Ewropew (Brussell, 15 ta 'Mejju 2012)

Il-Public Policy Exchange qed jorganizza konferenza dwar is-saħħa sesswali fost iż-żgħażagħ, li se tiġbor flimkien dawk li jfasslu l-politiki tal-UE u l-akkademiċi. Id-diskussjonijiet se jkunu kkonċentrati fuq komunikazzjoni aħjar maż-żgħażagħ u kif tista' titjieb il-prevenzjoni tal-mard li jittieħed sesswalment.

Ħaddiema tas-saħħa li qed jixjieħu – Pazjenti li qed jixjieħu: sfidi multipli għall-isptarijiet fl-Ewropa (Berlin, 11 – 13 ta' Ġunju 2012)

Il-konferenza, taħt il-patruċinju tal-Kummissarju John Dalli, toffri diskussjoni dwar l-organizzazzjoni futura tas-servizzi tal-isptar.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Ħarsa ġenerali madwar l-UE lejn inizjattivi bbażati fil-Komunità biex titnaqqas l-obeżità fit-tfal

Dan ir-rapport, ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea, jippreżenta interventi lokali għall-ġlieda kontra l-obeżità fit-tfal. Jinkludi informazzjoni dwar il-politiki tal-obeżità u l-effettività tagħhom. Ir-rapport hu maħsub ukoll bħala għodda prattika għall-professjonisti tas-saħħa pubblika.

L-alkoħol fl-Unjoni Ewropea – il-konsum, il-ħsara u l-approċċi politiċi

L-Uffiċċju Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Ewropa ppubblika rapport ġdid dwar il-konsum tal-alkoħol, ir-riżultati tas-saħħa u l-azzjonijiet biex inaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol fl-UE.

Is-sorveljanza u l-monitoraġġ tat-tuberkulożi fl-Ewropa 2012

Dan ir-rapport, pubblikazzjoni konġunta miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa, janalizza d-dejta miġbura f’pajjiżi madwar ir-reġjun Ewropew. Ġie rrappurtat tnaqqis fl-inċidenza tat-tuberkulożi. Madankollu, it-TB reżistenti kontra l-mediċina qed issir problema maġġura u hemm bżonn urġenti li tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

Fokus

Il-Jum Dinji tas-Saħħa 2012: Xjuħija u saħħa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – L-anzjani

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – Ix-Xjuħija

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – L-Anzjani

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Is-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012

Il-Kummissjoni Ewropea

Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea dwar Anzjanità Attiva u b'Saħħitha

Il-Kummissjoni Ewropea – Unjoni ta' Innovazzjoni

Xjuħija Tajba fis-Soċjetà tal-Informazzjoni – Pjan ta' Azzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja

Aħbarijiet

Il-Jum Dinji tas-Saħħa 2012 jiffoka fuq xjuħija b'saħħitha

It-tema tal-jum dinji tas-saħħa ta' din is-sena fis-7 ta' April hija xjuħija b’saħħitha. L-għan huwa li jinkoraġġixxi politiki li jiffavorixxu lill-anzjani u l-anżjanità attiva.

Messaġġ b'vidjo mill-Kummissarju tal-UE John Dalli dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa

Il-Kummissarju tal-UE għas-saħħa u l-politika tal-konsumatur jitkellem dwar ix-xjuħija attiva u b'saħħitha f'messaġġ permezz ta' filmat imħejji għall-Jum Dinji tas-Saħħa.

Kif tinvolvi ruħek fis-sħubija Ewropea ta' Innovazzjoni għal Anzjanità attiva u b'saħħitha

Waqt konferenza li saret dan l-aħħar fi Brussell, 'il fuq minn 600 parteċipant kienu mħeġġa biex jibnu massa kritika għal tibdil fis-saħħa u l-kura soċjali biex tgħin l-Ewropej jgħixu ħajja attiva u b'saħħitha huma u jixjieħu. Stedina għal impenji u għal ideat innovattivi fis-suq tnedew fuq l-internet.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli

"Sptarijiet – Il-pazjenti jinsabu fir-riskju li jmutu bil-ġuħ?" ta' Eva Boburkova – rebbieħa nazzjonali 2011 għar-Repubblika Ċeka

Il-ġuħ, il-malnutrizzjoni u mard konness huma l-kawża tal-mewt ta' madwar 5% tal-pazjenti fl-isptarijiet Ewropej. L-ikel mhux adegwat lill-pazjenti hu kawża għal tħassib fi sptarijiet u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fir-Repubblika Ċeka. L-anzjani huma wieħed mill-gruppi fir-riskju.

"Meta l-id leminija ma tkunx taf x'inhi tagħmel l-id xellugija" ta' Kasper Krogh u Bjarne Steensbeck – ir-rebbieħa nazzjonali 2011 għad-Danimarka

Matul soġġorn f'dar tal-anzjani, Henry Hyrpel żviluppa ġrieħi relatati mal-fatt li kien fis-sodda għal żmien twil bla ma jiċċaqlaq li tant kienu serji li kellu jiddaħħal l-isptar – fejn hu miet. Skont l-esperti, il-każ tiegħu juri li l-anzjani jirriskjaw li jispiċċaw f'limbu bejn kura fid-dar, tobba u sptarijiet, fejn ħadd ma jieħu responsabbiltà.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

CFR – L-Ewwel Jum Ewropew tal-Moħħ. Ix-xjuħija, il-puplesija u l-marda tal-Alzheimer – insibu soluzzjonijiet innovattivi

Fit-18 ta’ Novembru 2011, konferenza ġabret lill-partijiet interessati flimkien sabiex jiddiskutu mard tal-moħħ maġġuri fil-kuntest tas-soċjetà. Il-konklużjonijiet tal-konferenza kienu ppreżentati matul il-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa tal-UE f'Diċembru 2011.

AE Fy 2011 – Alzheimer Ewropa

Azheimer Ewropa hi organizzazzjoni mhux governattiva tal-UE li tiffoka fuq kwistjonijiet marbuta mad-dimenzja. Il-qasam ewlenin tagħha hu l-promozzjoni tas-saħħa.

ALCOVE – ALzheimer COoperative Valuation in Europe

L-għanijiet ewlenin ta' ALCOVE huma li jiġi stabbilit netwerk Ewropew għall-iskambju tal-għarfien dwar id-dimenzja u biex jittejbu l-ġbir tad-dejta u d-dijanjosi bikrija, u biex tingħata kura aħjar lill-pazjenti bid-dimenzja.

Ħoloq interessanti oħra

AGE – Il-Pjattaforma Ewropea tal-Anzjani

EURAG – Il-Federazzjoni Ewropea għall-Anzjani

EUGMS – Is-Soċjetà tal-Mediċina Ġerjatrika tal-Unjoni Ewropea

WHO – Ix-Xjuħija

WHO Ewropa – Xjuħija b'Saħħitha

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk