Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 87, IS 22 ta´ Marzu 2012

F'din il-ħarġa

Merħba

Is-saħħa hija rikkezza

Nathalie Chaze, Kap tal-Unità, il-Kummissjoni Ewropea, l-Unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa, SANCO D2

Is-saħħa hija valur. L-Ewropej iridu sistemi tas-saħħa ta' kwalità għolja għax is-saħħa hija għan li kulħadd jixtieq jikseb. Iżda s-saħħa għandha wkoll rwol importanti fl-ekonomija tagħna.

Is-saħħa toħloq l-impjiegi u tgħin biex dawn jinżammu. Wieħed minn kull għaxar impjegati fl-Ewropa huwa impjegat fis-settur tas-saħħa. Persuna b'saħħitha tista' ssib xogħol iktar faċilment u tkun iktar produttiva.

Is-saħħa tnaqqas il-faqar. Il-pajjiżi Ewropej qablu li kulħadd għandu jkollu aċċess għall-kura tas-saħħa: dan id-dritt huwa stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. U l-garanzija tal-aċċess għall-kura tas-saħħa hija waħda bill-ħolqiet fil-"katina soċjali" li żżomm in-nies 'il bogħod mill-faqar.

Is-saħħa tagħmel kontribut għall-innovazzjoni. Wħud mill-iktar oqsma innovattivi fl-ekonomija tagħna huma marbuta direttament mar-riċerka fis-saħħa: farmaċewtika, tagħmir mediku u bioteknoloġija.

Iżda s-saħħa tiswa l-flus ukoll. Il-gvernijiet jużaw madwar parti minn sitta tal-baġits tagħhom biex jiżguraw kura tas-saħħa ta' kwalità għolja - pereżempju, billi jiffinanzjaw persunal ta' kwalità u mħarreġ sew, tagħmir ta' teknoloġija għolja u mediċini innovattivi.

Dawn il-flus iridu jintefqu sew. U għalhekk il-Kummissjoni Ewropea tinvesti f'għodod biex tivvaluta aħjar l-effettività relattiva tat-teknoloġiji tas-saħħa, tinkoraġġixxi riflessjoni konġunta dwar modi kif il-gvernijiet nazzjonali jagħtu l-kura u tagħmel sforz kontinwu biex tippromwovi stili tal-ħajja b'saħħitha: in-nutrizzjoni aħjar, l-attività fiżika sikura u l-waqfien mit-tipjip. Għalkemm ikollok aċċess għall-aħjar sistemi tal-kura tas-saħħa, dejjem aħjar ma timradx u tkun b'saħħtek.

Aħbarijiet mill-UE

Konferenza ta' livell għoli dwar ir-reżistenza antimikrobika - Hemm bżonn li nieħdu azzjoni konġunta

Din il-konferenza tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni biex tnaqqas l-użu żejjed tal-antibiotiċi fl-annimali u n-nies. Organizzata mill-Kummissjoni u l-presidenza Daniża tal-Kunsill f'Kopenħagen fl-14 u l-15 ta' Marzu.

Il-Programm tas-Saħħa tal-UE (2008-13) - evalwazzjoni f'nofs il-programm

Il-programm attwali jiffinanzja proġetti li jippromwovu s-saħħa fl-UE u jikkumplimentaw il-politiki tas-saħħa nazzjonali. L-evalwazzjoni f'nofs il-programm tipprovdi informazzjoni dwar x'intleħaq verament.

Mard kroniku – stedina biex tagħti l-fehma tiegħek

Il-partijiet interessati huma inkoraġġiti li jipparteċipaw sal-15 ta' April.

Mard kroniku – stedina biex tagħti l-fehma tiegħek

Il-partijiet interessati huma inkoraġġiti li jipparteċipaw sal-15 ta' April.

Id-Direttiva dwar l-imballaġġ tat-tabakk issa onlajn

Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni fis-7 ta' Marzu ta' 14-il twissija dwar is-saħħa ġodda għall-imballaġġ tat-tabakk, it-test tad-direttiva l-ġdida issa jinstab fuq l-internet.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Kampanja nazzjonali li tippromwovi karrieri fil-kura tas-saħħa

Fit-12 ta' Marzu, l-awtoritajiet Franċiżi nedew kampanja ġdida biex jattiraw kandidati għall-karrieri fis-settur tal-kura tas-saħħa. Websajt apposta qed tippromwovi 220 karriera differenti fil-livelli kollha ta' tagħlim.

Latvja

Pjan għas-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal (2012-14) - konsultazzjoni pubblika

Il-pjan għandu l-għan li jippromwovi miżuri koordinati u integrati biex itejjeb is-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal. Il-konsultazzjoni hija miftuħa tas-6 ta' April.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Il-Kummissarju John Dalli fiċ-Ċina biex jiddiskuti l-kooperazzjoni tas-saħħa

Waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina, il-Kummissarju Dalli ltaqa' mal-Ministru tas-Saħħa Ċiniż biex jiddiskuti l-kwistjonijiet tar-resistenza antimikrobika u is-saħħa dinjija.

"Id-direttiva dwar il-provi kliniċi - nilħqu l-bżonnijiet tal-pazjenti" - diskors mill-Kummissarju Dalli

Il-Kummissarju Dalli żar avveniment tal-partijiet interessati ddedikat għar-reviżjoni tad-direttiva dwar il-provi kliniċi. Irrakkomanda l-ogħla standard tas-sigurtà tal-pazjenti u tal-provi kliniċi.

Avvenimenti li ġejjin

L-alkoħol fl-Unjoni Ewropea 2012 (Kopenħagen, is-27 ta' Marzu 2012)

Il-konferenza se tkopri l-oqsma prinċipali tal-politika dwar l-alkoħol u tippreżenta l-iktar dejta riċenti mill-pajjiżi Ewropej. Organizzata mill-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa, l-Alkoħol u s-Soċjetà, id-Danimarka u l-presidenza Daniża tal-Kunsill.

sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea dwar Anzjanità Attiva u b'Saħħa Tajba: Konferenza "Mill-Pjan għall-Azzjoni" (Brussell, it-3 ta' April 2012)

Il-konferenza se tippreżenta il-pjan strateġiku ta' implimentazjzoni tas-Sħubija u se tippermetti lill-partijiet interessati biex jimpenjaw ruħhom għal azzjonijiet konkreti biex jimplimentaw is-Sħubija. Organizzata mill-Kummissjoni Ewropea

Fokus

L-ekonomija tal-kura tas-saħħa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – Ħu ħsiebi

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – Il-kura tas-saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – il-valutazzjoni tat-teknolġija tas-saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – Is-Saħħa-e

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Aħbarijiet

Innovazzjoni fil-kura tas-saħħa mingħajr fruntieri - konferenza (Brussell, is-16 u s-17 ta' April 2012)

Partijiet interessati u legiżlaturi prinċipali se jiltaqgħu biex jindirizzaw l-isfidi tal-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa. Organizzata mill-Kummissjoni Ewropea

Is-8 Kungress Annwali dwar il-Kura tas-saħħa madwar id-dinja – Ewropa (Amsterdam, it-23 u l-24 ta' Mejju 2012)

Id-Deputat Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur, Martin Seychell, se jitkellem dwar id-direttiva tal-UE dwar il-kura tas-saħħa bejn il-pajjiżi.

Il-kontijiet tas-sistema tas-saħħa (Diċembru 2011)

Din il-pubblikazzjoni konġunta mill-OKŻE, l-EUROSTAT u d-WHO tipprovdi qafas għall-evalwazzjoni finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa - inkluż l-evalwazzjoni ta' kemm il-gvernijiet nazzjonali jonfqu fuq is-saħħa. Tisħaq għall-standards globali tal-kontabilità tas-saħħa.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli

"Deep Brain Stimulation – Awakening from depression" ta' Stef van Delft – rebbieħ nazzjonali 2001 għall-Olanda

Gerard Bevers kien l-ewwel persuna li jbati minn depressjoni fl-Olanda li ħa l-kura tal-istimulazzjoni tal-moħħ. Il-"pacemaker" għall-moħħ jaħdem vera sew, skont il-pazjenti.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

JA-EHGov – Inizjiattiva ta' Azzjoni Konġunta dwar il-Governanza tas-Saħħa-e

Din l-Azzjoni Konġunta għandha l-għan li tappoġġja l-Inizjattiva dwar il-Governanza tas-Saħħa-e (eHGI), li sservi bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni teknika u politika dwar is-Saħħa-e bejn l-Istati Membri.

Strateġiji innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa - konferenza

Fl-2010, il-programm tas-saħħa ffinanzja konferenza ministerjali biex jinkoraġġixxi strateġiji innovattivi fil-livell Ewropew għall-mard kroniku.

EUnetHTA JA – Netwerk Ewropew għal Azzjoni Konġunta dwar l-HTA

Din l-azzjoni konġunta tfittex li trawwem il-kollaborazzjoni fil-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA) fl-Ewropa. Tiffaċilita soluzzjonijiet nazzjonali biex jitwassal rappurtaġġ speċifiku għall-kuntest tar-riżultati tal-HTA. Jipparteċipaw 34 pajjiż.

TeleSCoPE - Kodiċi ta' Prattika tas-Servizzi tat-Telesaħħa fl-Ewropa

L-għan tal-proġett hu li jippromwovi l-fiduċja biex it-telesaħħa tkun aċċettata madwar l-Ewropa.

DAYSAFE – Titjib tas-sigurtà tal-pazjent fl-isptarjiet permezz ta' operazzjonijiet li jitlestew fil-ġurnata

Dan il-proġett jindirizza kwistjonijiet dwar l-operazzjoni fl-ambulatorju billi jinvestiga l-operazzjonijiet li jitlestew fil-ġurnata f'għadd ta' Stati Membri.

Ħoloq interessanti oħra

L-osservatorju Ewropew dwar is-sistemi u l-politiki tas-saħħa

EPHA – Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika

WHO Ewropa – Is-sistemi tas-saħħa

WHO Internazzjonali – Is-sistemi tas-saħħa

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk