Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 86, IS 8 ta´ Marzu 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa


Isabel de la Mata, Il-Konsulent Prinċipali għas-Saħħa Pubblika fid-DĠ Saħħa u Konsumaturi



Mill-ewwel ċelebrazzjonijiet tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa fil-bidu tad-disgħinijiet, ħafna tibdiliet u żviluppi ħallew impatt fuq il-ħajja tan-nisa u r-rwol tagħhom fis-soċjetà. In-nisa akkwistaw is-setgħa, iżda għadhom xorta waħda ta' kuljum jiffaċċjaw riskji abbażi ta' sess. Is-saħħa tan-nisa fl-Ewropa hi waħda mill-preokkupazzjonijiet primarji tagħna.

 

L-istennija ta' ħajja għan-nisa fl-Ewropa qed tikber, iżda dan mhux dejjem jista' jingħad l-istess għall-kwalità ta' ħajjithom. Nikkalkulaw li 75% biss tas-snin li mara Ewropea tgħix huma tajbin għas-saħħa. Tistgħu timmaġinaw it-tbatija, it-telf u l-ispejjeż li din iċ-ċifra tirrappreżenta.

 

Jeżistu ħafna oqsma fejn is-saħħa tan-nisa għandha riskju partikulari. Il-kanċer hu eżempju ta' marda li tista' tbiddel kemm ħajjet il-mara u l-ambjent soċjali tagħha b'mod irreparabbli. Il-kanċer tas-sider u dak ċervikali huma kawżi importanti ta' mortalità u ta' morbożità.

 

Il-kanċer tas-sider hu sfida ewlenija. Dan hu bil-wisq l-aktar kanċer komuni fin-nisa fl-Unjoni Ewropea (kważi wieħed minn kull tliet każijiet) u hu għalihom it-tieni l-aktar kawża li twassal għal mewt.

 

Din is-sitwazzjoni tirrappreżenta wkoll sfida ewlenija għal dawk kollha impenjati li jnaqqsu t-tbatija kkaġunata mill-kanċer tas-sider – il-professjonisti tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dawk li jagħtu kura, il-komunità xjentifika, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-industrija. Matul dawn l-aħħar żewġ decennji, sar ħafna progress, bis-saħħa fil-biċċa l-kbira tal-azzjoni tal-UE.

 

Biex iġġedded l-involviment tagħha biex jitjiebu l-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer, l-Unjoni Ewropea nediet il-Partenarjat Ewropew għal Azzjoni Kontra l-Kanċer fl-2009. Il-Partenarjat jappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jitnaqqsu l-każijiet ġodda ta' kanċer bi 15% sal-2020 u biex jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali għall-kontroll tal-kanċer.

 

Prevenzjoni aħjar hi prijorità ewlenija għall-isforzi biex jiġi miġġieled il-kanċer, bħalma hi għal ħafna mard ieħor. Nikkalkulaw li wieħed minn tliet kankrijiet jista' jiġi evitat. Kif jingħad, uqija prevenzjoni tiswa daqs libbra kura. Nafu bil-fatturi ta' riskju u l-għajnuna biex il-pubbliku jevitahom għandha tkun fokus ewlieni għall-isforzi tagħna.





Aħbarijiet mill-UE


Il-Kummissjoni tirrivedi l-kitbiet ta' twissija fuq il-pakketti tas-sigaretti

Wara r-riżultati ta' Ewrobarometru kwalitattiv u d-diskussjonijiet mal-Istati Membri, il-Kummissjoni adottat 14-il kitba ta' twissija għall-użu fuq il-pakketti tal-prodotti tat-tabakk.


Il-Kummissjoni tirrivedi l-kitbiet ta' twissija fuq il-pakketti tas-sigaretti

Wara r-riżultati ta' Ewrobarometru kwalitattiv u d-diskussjonijiet mal-Istati Membri, il-Kummissjoni adottat 14-il kitba ta' twissija għall-użu fuq il-pakketti tal-prodotti tat-tabakk.


Komunikazzjoni dwar il-Partenarjat Ewropew ta' Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u b'Saħħitha – mill-pjan għall-azzjoni

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tinkludi miżuri konkreti biex tittejjeb ħajjet iċ-ċittadini anzjani, billi tgħinhom jikkontribwixxu lis-soċjetà huma u jikbru fl-età, bit-tnaqqis tal-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u – ultimament billi jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli.


Komunikazzjoni dwar il-Partenarjat Ewropew ta' Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u b'Saħħitha – mill-pjan għall-azzjoni

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tinkludi miżuri konkreti biex tittejjeb ħajjet iċ-ċittadini anzjani, billi tgħinhom jikkontribwixxu lis-soċjetà huma u jikbru fl-età, bit-tnaqqis tal-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u – ultimament billi jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli.


Sena wara Fukushima

Sena wara l-aċċident nukleari f'Fukushima, il-Ġappun, il-Kummissjoni ppubblikat memorandum dwar l-azzjonijiet meħudin biex iċ-ċittadini jkunu protetti fosthom miżuri għas-saħħa pubblika.


Sena wara Fukushima

Sena wara l-aċċident nukleari f'Fukushima, il-Ġappun, il-Kummissjoni ppubblikat memorandum dwar l-azzjonijiet meħudin biex iċ-ċittadini jkunu protetti fosthom miżuri għas-saħħa pubblika.


Epilessija – Kif nirbħu l-istigma?

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Konsumaturi, John Dalli, għamel diskors dwar l-epilessija fil-25 ta' Frar 2012 f'Malta.


Epilessija – Kif nirbħu l-istigma?

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Konsumaturi, John Dalli, għamel diskors dwar l-epilessija fil-25 ta' Frar 2012 f'Malta.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Finland

Programm ġdid biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fil-Finlandja

Il-Programm ta' Żvilupp Nazzjonali għall-Benesseri Soċjali u l-Kura tas-Saħħa (2012-2015) għandu jixxiftja l-enfasi mill-kura lejn il-promozzjoni u l-prevenzjoni.


Awstrija

Studju tad-WHO jitfa' dawl fuq l-imġiba tas-saħħa taż-żgħażagħ fl-Awstrija

L-istudju janalizza l-imġiba ta' dawk bl-etajiet ta' 11, 13, 15 u (għall-ewwel darba) dawk ta' 17-il sena u se jipprovdi bażi soda għall-politiki tas-saħħa li jimmiraw lit-tfal u lill-adolexxenti.




Avvenimenti li ġejjin


L-HIV fl-Ewropa – Naħdmu flimkien għal ittestjar mill-aqwa u għal kura bikrija (Kopenħagen, 19-20 ta' Marzu 2012)

Il-konferenza għanda timmarka 5 snin ta' inizjattiva li tlaqqa' flimkien is-soċjetà ċivili, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-professjonisti tas-saħħa biex tinġabar evidenza relatata mal-aqwa ttestjar u ma kura bikrija għall-HIV.


Grupp ta' ħidma allerġiji fl-Ewropa (Brussell, 21 ta' Marzu 2012)

Il-grupp ta' ħidma se jlaqqa' flimkien riċerkaturi u lil dawk li jfasslu l-opinjonijiet li qed jistudjaw l-allerġiji biex jgħarrfu lill-partijiet ikkonċernati dwar l-epidemija kontinwa tal-allerġiji.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Il-Ktieb l-Abjad 2011 tal-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Ritmu tal-Qalb (EHRA)

Il-Ktieb l-Abjad fih informazzjoni dwar l-istatus attwali tal-elettrofiżjoloġija kardijaka f'ħafna pajjiżi Ewropej.


Il-Ktieb l-Abjad 2011 tal-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Ritmu tal-Qalb (EHRA)

Il-Ktieb l-Abjad fih informazzjoni dwar l-istatus attwali tal-elettrofiżjoloġija kardijaka f'ħafna pajjiżi Ewropej.




Fokus


Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa (8 ta' Marzu 2012)


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE – In-nisa

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Il-kanċer

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

EIGE – Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Kummissjoni Ewropea – DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

Saħħa Pubblika – Kwistjonijiet bejn is-sessi

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ugwaljanza bejn is-sessi – Dinjità, integrità u tmiem għall-vjolenza sessista

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Ġustizzja


Aħbarijiet


It-Tmien Konferenza Ewropea dwar il-Kanċer tas-Sider (l-Awstrija, 21-24 ta' Marzu 2012)

Il-partijiet interessati se jiddibattu l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kanċer tas-sider.


It-2 Konferenza Dinjija ta' Women Shelters (Washington, is-27 ta' Frar – l-l ta' Marzu 2012)

Attivisti u difensuri li jaħdmu man-nisa f'refuġji se jsiru jafu lil xulxin u jiddiskutu kif dawn l-ispazji ta' sikurezza qed jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza.



Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli


Għaddiha lil ħaddieħor, minn Zlatina Georgieva, rebbieħa nazzjonali tal-2011 għall-Bulgarija

Matul l-aħħar sena, id-donazzjoni tal-bajd femminili għaddiet minn ġest nobbli li jagħti l-ħajja għall-proċedura stigmatizzata u kommerċjalizzata... jew viċi versa.


Minn Lojze sa Ludvika, minn Mateja Grošelj, ir-rebbieħ nazzjonali għas-Slovenja u r-rebbieħ tat-tielet premju tal-UE

Speċjalisti fil-kirurġija plastika u inġiniera mekkaniċi qasmu flimkien il-kompetenzi tagħhom. L-istrateġija l-ġdida tissejjaħ ir-rikostruzzjoni tas-sider bl-użu ta' forom.


Ma' Laura. Mingħajr Tereze, minn Ieva Alberte, ir-rebbieħa nazzjonali 2011 għal-Latvja

X'jiġri meta mara b'mard mentali twelled tarbija? Żewġ każijiet individwali juru li r-riżultati jistgħu jkunu ferm differenti.



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Azzjoni EURO-PERISTAT – Promozzjoni ta' saħħa aħjar għall-ommijiet u t-trabi permezz ta' monitoraġġ ta' rutina Ewropew tas-saħħa qabel it-twellid u tal-kura tas-saħħa

Il-proġett se jiġġenera indikaturi li wieħed jista' joqgħod fuqhom dwar is-saħħa qabel it-twellid fl-UE. Dan għandu jagħmel possibbli u effettiv is-sorveljanza u d-deċiżjonijiet dwar il-politika bbażati fuq evidenza.


AURORA – Netwerk Ewropew dwar is-sorveljanza u l-kontroll tal-kanċer ċervikali fl-Istati Membri l-ġodda

Il-proġett għen lill-pajjiżi l-ġodda tal-UE jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji għall-prevenzjoni tal-kanċer ċervikali – b'enfasi fuq l-iskrining.


EDBCALC - Il-Konferenza ta' Europa Donna Breast Cancer Advocacy Leader

Il-konferenza tat lid-difensuri ta' dawk li qed ibatu mill-kanċer tas-sider l-opportunità li jżidu t-tagħrif tagħhom u li skambjaw l-aħjar prattiki għal komunikazzjoni aħjar mal-pazjenti.



Ħoloq interessanti oħra


EIWH – Istitut Ewropew ta' Saħħet in-Nisa


EUROPA DONNA – Il-koalizzjoni Ewropea kontra l-Kanċer tas-Sider


Il-Parlament Ewropew – Il-Kumitat tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi


WHO Ewropa – Id-differenzi fis-sess u s-saħħa


WHO – Is-saħħa tal-mara


Il-Kunsill tal-Ewropa – L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk