Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 85, IS 23 ta´ Frar 2012

F'din il-ħarġa

Merħba

Ningħaqdu flimkien kontra l-mard rari

Ruxandra Draghia-Akli, Direttur, Direttorat tas-Saħħa fid-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, Kummissjoni Ewropea

Ir-riċerka fis-saħħa hu sforz ewlieni fejn ix-xjentisti jaqsmu l-għarfien tagħhom mal-kollegi fid-dinja, u r-riċerka fil-mard rari hu eżempju eċċellenti ta' dan. Minkejja l-fatt li l-mard rari jolqot madwar 30 miljun Ewropew, il-varjetà u l-għadd tiegħu – madwar 8000 – jagħmel il-ftehim, id-dijanjosi u l-kura tiegħu kompitu pjuttost skoraġġanti biex jiġi indirizzat u jmur lil hinn mir-riżorsi ta' kwalunkwe pajjiż.

Hu għalhekk li l-UE ħadet it-tmun f'idejha billi nediet sforz internazzjonali bla preċedent – il-Konsorzju Internazzjonali tar-Riċerka fil-Mard Rari (IRDiRC) – biex jiġu żviluppati 200 terapija ġodda għall-mard rari u l-mezzi għad-dijanjosi tal-biċċa l-kbira tal-mard rari sal-2020. Tnejn u għoxrin organizzazzjoni li jinvestu fir-riċerka fil-mard rari mid-dinja kollha qed jieħdu sehem f'din l-inizjattiva. Dawn jinkludu organizzazzjonijiet mill-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika u diversi stati membri tal-UE. Ħafna oħrajn huma mistennija jingħaqdu magħhom. U sal-2013, l-UE tkun investiet iktar minn €420 miljun fir-riċerka li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-konsorzju.

Fid-29 ta' Frar – il-Jum Internazzjonali tal-Mard Rari 2012 – se jitħabbru l-ismijiet tal-esperti internazzjonali maħtura biex iservu fl-ewwel kumitati xjentifiċi tal-IRDiRC. Dawn ġejjin minn oqsma differenti, inklużi l-akkademja, l-industrija u gruppi tal-pazjenti, u juru l-bżonn li jiġu involuti dawk kollha kkonċernati.
Hemm ħafna xogħol xi jsir. Iżda bl-entużjażmu li hemm, l-għanijiet li ppjanajna għandhom jintleħqu.

Aħbarijiet mill-UE

Konferenza ta' livell għoli dwar il-Programmi tas-Saħħa tal-UE: riżultati u perspettivi futuri (3 ta' Mejju 2012) - Irreġistra issa!

Il-Kummissjoni se turi r-riżultati u l-istejjer li rnexxew mill-1 u t-2 Programmi tas-Saħħa, se taqsam l-opinjonijiet u tibni kunsens għat-3 Programm tas-Saħħa.

Il-Kummissarju Dalli jżur l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini f'Londra (6 ta' Frar 2012)

Biex jimmarka l-okkażjoni, il-Kummissarju nieda filmat li jispjega kif il-mediċini jiġu awtorizzati għall-użu fl-UE.

Il-Kummissarju Dalli jippromwovi l-kampanja "Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommom xejn" f'Sofia, il-Bulgarija (16 ta' Frar 2012)

Ara r-ritratti taż-żjara tal-Kummissarju Dalli fil-Bulgarija – li għandu t-tieni l-ogħla rata ta' tipjip fl-UE u li dan l-aħħar daħħal il-liġi kontra t-tipjip f'postijiet pubbliċi interni.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Danimarka

Il-gvern jipproponi reviżjoni tal-liġijiet dwar l-ambjenti ħielsa mit-tipjip

Din ir-reviżjoni tagħmel parti importanti mill-isforzi tal-Gvern Daniż biex isaħħaħ l-isforzi tal-prevenzjoni. Hi magħmula primarjament minn restrizzjonijiet fir-rigward tat-tfal u l-adolexxenti.

Latvja

Il-Ministeru tas-Saħħa jinforma liċ-ċittadini dwar kura medika u servizzi disponibbli

Il-kampanja "Qed tħossok ma tiflaħx? Tista' ssib l-għajnuna!" turi varjetà ta' sitwazzjonijiet relatati mal-mard u tispjega kif tista' tikseb għajnuna medika malajr u b'mod effiċjenti.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Inizjattiva ta' Programmar Konġunt tal-UE fir-riċerka tal-mard newroġenerattiv – tnedija ta' strateġija tar-riċerka

Diskors ta' Máire Geoghegan-Quinn, il-Kummissarju għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza.

Avvenimenti li ġejjin

Alzheimer's Disease International - is-27 konferenza internazzjonali (Londra, 7-10 ta' Marzu 2012)

Organizzata madwar 3 temi (Xjenza, Fatti, Fizzjoni), il-konferenza timmira l-professjonisti, ix-xjentisti, ir-riċerkaturi, il-fassala tal-politika, il-persuni li jgħixu bid-demenzja u l-istaff u l-voluntiera tal-assoċjazzjonijiet tal-marda tal-Alzheimer.

Is-6 konferenza Ewropea dwar il-mard rari u l-prodotti orfni (Brussell, 23-25 ta' Mejju 2012)

Organizzata minn Eurordis bl-appoġġ tad-DĠ SANCO, il-konferenza se tagħti l-opportunità lill-partijiet interessati biex jiltaqgħu, jiskambjaw l-ideat u jippromwovu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-mard rari.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Għodod ta' Evalwazzjoni Ekonomika tas-Saħħa għall-mixi u ċ-ċikliżmu – metodoloġija u gwida tal-utent

Ippubblikat mid-WHO-Ewropa, dan il-ktejjeb jipproponi għodod, gwida u metodoloġija għall-evalwazzjoni ekonomika tal-infrastruttura u l-politiki tat-trasport f'rabta mal-effetti fuq is-saħħa.

Fokus

Il-Jum Dinji tal-Mard Rari (29 ta' Frar 2012)

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – Mard rari

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-kampanja Ewropa għall-Pazjenti – Mard rari

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – Mard rari

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Riċerka – Mard rari

Kummissjoni Ewropea – DĠ Riċerka u Innovazzjoni

IRDiRC – Konsorzju Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Mard Rari

IRDiRC – Konsorzju Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Mard Rari

Aħbarijiet

Il-Jum Dinji tal-Mard Rari (29 ta' Frar 2012)

Taħt il-koordinazzjoni ta' Eurordis, mijiet ta' organizzazzjonijiet tal-pazjenti minn iktar minn 40 pajjiż fid-dinja qed jorganizzaw attivitajiet li jqajmu l-kuxjenza bis-slogan "Rari iżda b'saħħitna flimkien". Fl-Ewropa, l-alleanzi nazzjonali f'25 pajjiż qed jieħdu t-tmun f'idejhom.

"Rari iżda b'saħħitna flimkien" – filmat promozzjonali

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Mard Rari, Eurordis nieda filmat biex iqajjem kuxjenza dwar il-mard rari madwar id-dinja.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli

"Factor VIII" ta' Jana Kollarova – ir-rebbieħa nazzjonali 2011 għar-Repubblika Slovakka

L-istorja ta' Blanka Halčinová, familtha u l-ġlieda tagħhom kontra l-emofilja, marda ereditarja li għaddiet għand iż-żewġ ulieda.

"The Curse of San Bartolomé", ta' Senne Starckx, ir-rebbieħ nazzjonali 2011 għall-Belġju

F'villaġġ remot fil-Gran Kanarja, matul is-snin, xi tfal kienu qed imutu għall-għarrieda b'attakk tal-qalb. Only now have cardiologists solved the mystery of San Bartolomé de Tirajana…

Aqra iktar artikli mir-rebbieħa nazzjonali tal-premju tal-UE għall-ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Filmat: Proġetti ffinanzjati mill-UE kontra l-mard rari

Daqqa t'għajn lejn l-azzjoni tal-UE u r-raġunijiet għalfejn l-UE tappoġġa l-ġlieda kontra l-mard rari permezz ta' proġetti ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa.

Filmat dwar il-mard rari fl-UE

Filmat dwar l-inizjattivi Ewropej għall-ġlieda kontra l-mard rari, protagonist il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Konsumaturi John Dalli

Proġetti li rnexxew dwar il-mard rari

Dan il-fuljett jippreżenta firxa ta' proġetti li rnexxew li jagħtu valur miżjud reali lill-isforzi nazzjonali biex jindirizzaw il-mard rari.

EPIRARE – Pjattaforma Ewropea għar-Reġistri tal-Mard Rari

Għanijiet ġenerali tal-pjattaforma: il-bini ta' kunsens u sinerġiji biex jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji, etiċi u tekniċi assoċjati mar-reġistrazzjoni tal-pazjenti b'mard rari u l-elaborazzjoni ta' xenarji ta' politika possibbli.

ENERCA – Network Ewropew għall-Anemiji Rari u Konġenitali

Dan il-proġett jara li jiffaċilita l-kura tal-pazjenti li jbatu mill-anemiji rari.

EURO-HISTIO-NET 2008 – network ta' referenza għal-Langerhans cell histiocytosis u sindromi assoċjati

Il-proġett jara li jwaqqaf netwerk għaċ-ċentri ta' referenza li jorganizzaw kura u riċerka klinika għal-Langerhans cell histiocytosis u sindromi assoċjati fl-istati membri tal-UE.

ERCUSYN – Reġistru Ewropew dwar is-Sindromu ta' Cushing

Il-proġett għandu l-għan li jistabbilixxi reġistru Ewropew tal-pazjenti bis-sindormu ta' Cushing u jiżviluppa linji ta' gwida għall-kura tal-pazjenti.

Ħoloq interessanti oħra

ORPHANET – bażi tad-dejta ta' mard rari u mediċini orfni

EURORDIS – L-Organizzazzjoni Ewropea inkarigata mill-mard rari

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk