Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 84, IS 3 ta´ Frar 2012

F'din il-ħarġa

Merħba

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011

Minn John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għall-Politika tas-Saħħa u l-Konsumaturi

Is-saħħa hi kruċjali għall-ħajja tal-bniedem. Is-saħħa tiddetermina l-kapaċità tal-persuni biex jagħtu kontribut lis-soċjetà, biex jissodisfaw l-aspirazzjonijiet tagħhom, biex igawdu l-ħajja. In-nies iridu jkunu jafu dwar is-saħħa u l-ġurnalisti għandhom rwol ewlieni biex jinfurmawhom. Hu għalhekk li l-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa għandu l-għan li jippreżenta u jippremja l-aqwa ġurnaliżmu tas-saħħa fl-UE, biex titqajjem iktar kuxjenza u jitqanqal id-dibattitu.

Bi pjaċir inħabbar u nawgura lir-rebbieħa tal-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011. L-artikli eċċezzjonali tagħhom intgħażlu minn fost kważi 500 artiklu sottomessi minn ġurnalisti mis-27 Stat Membru tal-UE.

L-ewwel premju ngħata lil tim ta' żewġ ġurnalisti Brittanniċi, Ben Hirschler u Kate Kelland, li jiktbu għal 'Reuters', għall-artiklu tagħhom li juri għaliex ir-reżistenza għall-mikrobi hi importanti – hi kwsitjoni ta' ħajja jew ta' mewt meta l-mediċini ma jkunux jistgħu joqtlu lill-mikrobi.

Il-ġurnalista Ungeriża Rita Makarész, ingħatat it-tieni premju għall-artiklu tagħha dwar il-benefiċċji tal-eżerċizzju għall-persuni li jbatu mid-dipressjoni, li kien ippubblikat fuq il-portal tas-saħħa www.orvostkeresek.hu.

It-tielet premju mar għand il-ġurnalista Slovena Mateja Grošelj, għall-artiklu tagħha ppubbliakt f'"Vecer Weekly", li jitkellem dwar mara li ġġieldet il-kanċer tas-sider u l-esperjenza tagħha ta' operazzjoni għar-rikostruzzjoni tas-sider.

Din is-sena, iddeċidejt li nagħti premju speċjali għall-aqwa artiklu dwar il-waqfien mit-tipjip. It-tipjip hu l-kawża ewlenija ta' mard li jista' jiġi evitat fl-Ewropa, u jqassar il-ħajja ta' mijiet ta' eluf ta' Ewropej kull sena. Hu għalhekk li jien iddeterminat li niżgura li l-Ewropej ikunu konxji dwar x'jikkawża t-tabakk f'ħajjithom. Dan il-premju ġdid iħeġġeġ id-dibattitu dwar din il-kwistjoni.

Dan il-premju speċjali mar għand Monika Cetera mill-Polonja għall-artiklu tagħha li laqat il-musmar fuq rasu billi ddettaljat l-effet negattivi mhux daqshekk magħrufa tat-tipjip – is-saħħa orali, ippubblikat fuq www.jaw.pl.

Nixtieq nawgura wkoll lill-finalisti nazzjonali u nirringrazzja lill-Ġuriji Nazzjonali, il-ġurija tal-UE, ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u s-servizz tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, li lkoll ikkontribwew għas-suċċess ta' dan il-premju.

Aħbarijiet mill-UE

Filmat: Il-Kummissarju John Dalli jiltaqa' mal-parteċipanti fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011

John Dalli, il-Kummissarju għall-Politika tas-Saħħa u l-Konsumaturi, fl-ikla ta' merħba jitkellem mal-parteċipanti fis-seminar tal-midja u ċ-ċerimonja tal-premjijiet.

Filmat: Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-Premju għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011

Ritratti taċ-ċerimonja tal-premjijiet tal-edizzjoni 2011.

Filmat: Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-Premju għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011

Ritratti taċ-ċerimonja tal-premjijiet tal-edizzjoni 2011.

EuroHealthNet iniedi sit web dwar anzjanità b'saħħitha

Is-sit web ġdid jenfasizza l-fatturi ewlenin bħall-promozzjoni ta' dieti tajbin għas-saħħa, attivitajiet fiżiċi, relazzjonijiet soċjali u attivitajiet oħrajn neċessarji għal anzjanità b'saħħitha matul il-ħajja ta' persuna.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Belġju

Il-kampanja kontra l-abbuż mill-pilloli għall-irqad u l-kalmanti

L-għan hu li tinforma lill-utenti l-ġodda dwar il-konsegwenzi possibbli ta' użu mhux adegwat ta' dawn il-mediċini.

Renju Unit

Inkunu ċari dwar il-kanċer tal-musrana

Id-Dipartiment Ingliż tas-Saħħa għaddej b'kampanja ġdida biex iqajjem kuxjenza dwar sinjali u sintomi bikrin tal-kanċer tal-musrana għal dijanjosi bikrija.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Saħħa: Il-Kummissjoni tħabbar ir-rebbieħa tat-3 edizzjoni tal-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-premjijiet ingħataw lill-ġurnalisti Ewropej għall-aqwa artikli dwar kwistjonijiet ta' saħħa, magħżulin minn fost kważi 500 artiklu sottomessi mis-27 pajjiż tal-UE.

Mezzi mediċi: il-Kummissjoni Ewropea titlob studju aktar xjentifiku u tiġbor l-ewwel riżultati mill-frodi reċenti tal-impjanti tas-sider

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza dwar il-Kanċers Rari: Intejbu l-metodoloġija tar-riċerka klinika (Brussell, 10 ta' Frar 2012)

Promossa mis-Soċjetà Ewropea għall-Onkoloġija Medika u Kanċers Rari Ewropa, il-konferenza se tindirizza l-isfidi fil-qasam tar-riċerka klinika dwar il-kanċers rari.

Simpożju internazzjonali dwar il-promozzjoni tal-benessri tal-persuni bid-demenzja permezz tal-arti kreattiva (Bonn, 14 ta' Frar 2012)

Is-simpożju, organizzat mill-Istitut Ġermaniż għall-Edukazzjoni u l-Kultura Artistika (IBK), se jippreżenta l-aħħar sejbiet dwar ir-rwol tal-arti kreattiva fil-kura tad-demenzja.

Inizjattivi reġjonali u lokali li jippromwovu anzjanità attiva u b'saħħitha (Brussell, 28 ta' Frar 2012)

Il-konferenza, organizzata bħala parti mill-attivitajiet tal-Grupp Reġjonali għall-Inklużjoni Soċjali (SIRG), se jipprova jqajjem kuxjenza dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni ta' anzjanità attiva u b'saħħitha.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011 – ktejjeb

Il-ktejjeb jippreżenta l-finalisti ta' din is-sena u l-artikli tagħhom dwar is-suġġetti ġenerali u l-premju speċjali dwar il-waqfien mit-tipjip.

Rapport dwar anzjanità b'saħħitha u attiva

Ikkummissjonat miċ-Ċentru Federali Ġermaniż għall-Edukazzjoni dwar is-Saħħa (BZgA) u ppubblikat minn EuroHealthNet, dan ir-rapport huwa kompendju ta' programmi, eżempji tajbin u riżorsi oħrajn għall-promozzjoni u l-appoġġ għal anzjanità b'saħħitha.

Fokus

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2011

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa – ritratti taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa – il-grupp ta' Facebook

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ewropa għall-Pazjenti

Il-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea tgħaqqad flimkien inizjattivi ta' politika differenti bl-għan li ttejjeb il-kura tas-saħħa fl-Ewropa kollha.

Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn

Il-kampanja tal-UE favur is-saħħa tiċċelebra l-kisbiet ta' dawk li qatgħu t-tipjip fl-Ewropa kollha u toffri għajnuna bla ħlas biex wieħed jaqta' t-tipjip.

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk