Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 82, IS 20 ta´ Diċembru 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

L-alkoħol, ix-xogħol u l-produttività

Il-Professur Sir Ian Gilmore, Royal Liverpool Hospital u l-Università ta' Liverpool

Hekk kif qed noqorbu lejn l-istaġun tal-festi tal-Milied fl-Ewropa, forsi nqarrsu wiċċna meta nsemmu l-alkoħol bħala "uġigħ ta' ras" għal bosta Stati Membri. Iżda hu eżempju tajjeb ta' kwistjoni soċjali fejn nistgħu nitgħallmu ħafna minn xulxin.

Dan kien il-ħsieb wara l-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa, u għal dawn l-aħħar erba' snin ippresedejt il-Grupp Xjentifiku li jipprovdi l-forum b'opinjonijiet xjentifiċi. Qabel, pereżempju, ħarisna lejn l-evidenza tal-impatt tal-marketing tal-alkoħol u kkonkludejna li jista' jinfluwenza l-età ta' meta ż-żgħażagħ jibdew jixorbu u l-ammont li jixorbu meta jibdew.

L-iktar rapport reċenti kien dwar is-suġġett kruċjali tal-alkoħol u l-post tax-xogħol fl-Ewropa. Il-post tax-xogħol jipprovdi kemm theddida u kemm opportunità. It-theddida lill-impjegati hi telfa ewlenija ta' produttività permezz ta' inċidenti, l-assenteiżmu u l-'preżenteiżmu' (l-istaff ikun preżenti fuq il-post tax-xogħol iżda ma jipproduċix tajjeb minħabba problemi tal-alkoħol). L-impatt mhuwiex biss fuqu nnifsu iżda wkoll fuq dawk ta' madwaru.

L-opportunità hi li nużaw il-post tax-xogħol biex nidentifikaw il-ħaddiema bil-problemi minħabba x-xorb (avolja x-xorb ma jseħħx waqt il-ħin tax-xogħol) u nintervjenu kmieni biex nappoġġawhom bi strateġiji ta' ġestjoni effettivi. Ir-rapport enfasizza dak li jaħdem, iżda wkoll id-dgħjufijiet biex programmi ta' ħidma futuri jkunu iktar effettivi u evalwati prospettivament. Irridu naħdmu mhux għal kontinent bla alkoħol iżda għal kontinent ħieles mill-ħsara relatata mal-alkoħol.

Aħbarijiet mill-UE

Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn - iCoach: rigal speċjali għall-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena.

Aħtaf iċ-ċans li toffri rigal tassew speċjali: qalb maġika tal-origami li fiha kowd ta' reġistrazzjoni iCoach li tista' tiġi offruta lill-ħbieb u lill-familji biex jitħeġġu jiffirmaw ħalli jaqtgħu t-tipjip darba għal dejjem.

L-10 anniversarju tal-Inizjattiva tas-Sigurtà Globali tas-Saħħa (GHSI)

Il-Kummissarju Dalli, il-ministri u d-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ltaqgħu f'Pariġi biex ifakkru l-10 anniversarju u jiddiskutu l-kollaborazzjoni tagħhom fil-futur fl-interess tas-sigurtà globali tas-saħħa.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumaturi (SCCS) – opinjoni preliminari dwar in-nitrosamini u l-amini sekondarji fil-kosmetiċi.

L-opinjoni tal-SCCS teżamina r-riskji possibbli għas-saħħa li jistgħu jkunu assoċjati mal-preżenza tan-nitrosamini fil-prodotti kosmetiċi.

Konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari tal-SCCS dwar l-allerġeni tal-fwieħa fil-kosmetiċi

Ir-rapport jidentifika sostanzi tal-fwieħa magħrufa jew li jistgħu jikkawżaw allerġiji lill-konsumaturi u jesplora kif jista' jiġi stabbilit sett ta' livelli li ma jippreżentawx sogru.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Lussemburgu

STOP SEROPHOBIA

Din il-kampanja tiffoka fuq il-preġudizzju li għadhom jiffaċċaw il-persuni "seropożittivi" - ħajja bl-HIV.

Franza

Għal kwalità tal-arja aħjar fid-dar: perreċ!

Ilkoll nistgħu ngawdu minn inqas pollutanti fi djarna, u ventilazzjoni adegwata hi l-ewwel pass importanti.

Avvenimenti li ġejjin

Simpożju dwar il-mediċina personalizzata (L-Awstrija, 12-14 ta' Jannar 2012)

Din il-konferenza se ssir taħt l-awspiċji tal-Akkademiji tax-Xjenza tal-Ġermanja u tal-Awstrija.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-valutazzjoni tal-kultura tas-saħħa

Ir-rapport il-ġdid mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-ISHA) jippreżenta l-metodi ġodda li jevalwaw il-kultura tas-saħħa f'organizzazzjoni.

Rapport tad-WHO dwar l-istatus globali tal-alkoħol u s-saħħa fl-2011

Dan id-dokument jippreżenta perspettiva komprensiva tal-konsum tal-alkoħol globali, reġjonali u ta' kull pajjiż, ix-xejriet tax-xorb, il-konsegwenzi fuq is-saħħa u r-rispons tal-politika.

Rapport dwar l-alkoħol, ix-xogħol u l-produttività

L-opinjoni xjentifika tal-Grupp Xjentifiku tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa jiġbor fil-qosor l-evidenza l-iktar reċenti dwar ir-rabtiet bejn ix-xorb perikoluż u l-produttività.

L-istandards ta' kwalità Ewropej għall-prevenzjoni tad-drogi: gwida għall-professjonisti tal-prevenzjoni

L-Aġenzija tal-UE tad-drogi (EMCDDA) nediet l-ewwel gwida dwar kif għandha titmexxa prevenzjoni mid-droga ta' kwalità għolja.

Fokus

L-alkoħol, ix-xogħol u l-produttività

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – L-Alkoħol

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – L-Alkoħol

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

EWA – L-Ambjent tax-Xogħol Ewropew u l-Alkoħol

Il-proġett għandu l-għan li jqajjem kuxjenza u jwassal tibdil fl-organizzazzjoni u fl-individwi li jwassal għal konsum bla sogru tal-alkoħol.

FASE – Enfasi fuq Ambjent tal-Alkoħol Bla Sogru

Dan il-proġett għandu l-għan li jnaqqas l-impatt ta' konsum tal-alkoħol perikoluż fuq l-ekonomija permezz tal-bini tal-kapaċitajiet fil-livelli nazzjonali u tal-UE.

Ħoloq interessanti oħra

OSHA – L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol

ILO – L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

ENWHP – Netwerk Ewropew għall-Promozzjoni tas-Saħħa fil-Post tax-Xogħol

ESPAD – Proġett Ewropew ta' stħarriġ fl-iskejjel dwar l-alkoħol u drogi oħra

EUROCARE – Kunsill Ewropew għar-riċerka dwar ir-riabilitazzjoni u l-edukazzjoni dwar l-alkoħol

WHO Ewropa – L-użu tal-alkoħol

WHO – L-alkoħol

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk