Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 81, IS 8 ta´ Diċembru 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Il-Jum Dinji tal-AIDS 2011: 7 interventi, għan wieħed – żero infezzjonijiet fost il-persuni li jinjettaw id-droga

Marc Sprenger – Direttur, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) - Wolfgang Götz – Direttur, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

Il-Jum Dinji tal-AIDS, fl-1 ta' Diċembru ta' kull sena, hu jum ta' riflessjoni, mhux biss dwar x'inkiseb s'issa fil-ġlieda kontra l-pandemija dinjija, iżda wkoll dwar l-isfidi li għadhom ma ntgħelbux.

Fis-snin reċenti, ħafna pajjiżi Ewropej kisbu progress sostanzjali fil-prevenzjoni ta' infezzjonijiet tal-HIV relatati mad-droga. Minkejja dan, ċerti popolazzjonijiet fl-Ewropa għadhom affettwati bl-HIV b'mod disproporzjonat. L-injezzjoni tad-droga għadu fattur ewlieni ta' dgħjufija biex jittieħdu infezzjonijiet li jinxterdu bid-demm u mard infettuż ieħor, inklużi l-HIV, l-epatite B u C u t-tuberkolożi. L-estimi tal-għadd ta' persuni li jinjettaw id-droga jissuġġerixxu li għad hemm popolazzjonijiet sinifikanti f'riskju li jiġu infettati.

F'dan il-kuntest, l-EMCDDA u l-ECDC ngħaqdu flimkien biex jidentifikaw seba' interventi għat-tnaqqis u l-prevenzjoni ta' mard infettuż fost il-persuni li jinjettaw id-droga. Abbażi ta' opinjoni esperta, l-aqwa eżempji u l-provi l-iktar sodi disponibbli, l-aġenziji identifikaw, f'rapport ta' gwida, eżempji tajbin ta' saħħa pubblika għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet fost dan il-grupp vulnerabbli.

Ir-rapport juri li metodu prammatiku u preventiv għas-saħħa pubblika jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-firxa tal-infezzjonijiet. L-isfida se tkun li jiġi żgurat li dan il-ftehim jiġi tradott f'servizzi effettivi għal dawk li jinjettaw id-droga. Biex jintlaħaq dan, ir-rapport jenfasizza li l-Ewropa għandha bżonn ta' iktar kooperazzjoni fis-setturi kollha tas-saħħa biex tintrebaħ il-fiduċja ta' dan il-grupp u jingħataw is-servizzi tas-saħħa adegwati.

F'dawn l-aħħar snin, il-prevenzjoni tal-HIV/AIDS kienet prijorità fuq l-aġenda tal-UE – u għadha s'issa taħt il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE, li għandha l-għan li tnaqqas l-inugwaljanzi fost il-gruppi vulnerabbli. Iżda b'iktar minn 2,000 mewt relatati mal-HIV kull sena fl-UE, għad hemm ħafna xi jsir fil-qasam tal-prevenzjoni.
 
Aħbarijiet mill-UE

Inizjattiva għal Sigurtà fil-Qasam tas-Saħħa: Protezzjoni aħjar kontra firxa usa' ta' theddid għas-saħħa bejn il-pajjiżi

Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta legali biex tipproteġi aħjar liċ-ċittadini Ewropej minn firxa wiesgħa ta' theddid serju għas-saħħa bejn il-pajjiżi.

Il-Programm dwar is-Saħħa: L-adozzjoni tal-pjan ta' ħidma annwali 2012 u l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-proposti ppubblikati

Il-pjan ta' ħidma ġie adottat fl-1 ta' Diċembru u ppubblikat flimkien mas-sejħiet għal proposti fit-8 ta' Diċembru. Aqra d-dokumenti.

Dikjarazzjoni mill-UE u l-Istati Membri fil-Jum Dinji tal-AIDS (l-1 ta' Diċembru 2011)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom li jappoġġaw lil dawk kollha li jgħixu bl-HIV u li ntlaqtu b'xi mod jew ieħor bl-epidemija.

Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u Pjattaforma għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, id-29 ta' Novembru 2011

Siltiet mid-diskors prinċipali u d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Dalli, kif ukoll filmat u ritratti.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Is-saħħa tal-popolazzjoni ta' Franza – rapport tal-2011

Ir-rapport jagħti daqqa t'għajn lejn il-qagħda tas-saħħa tal-popolazzjoni ta' Franza – il-monitoraġġ tal-progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-liġijiet dwar is-saħħa pubblika. Ir-rapport tal-2011 hu l-ħames edizzjoni.

Renju Unit

Testijiet tal-HIV għal kulħadd

Esperti mir-Renju Unit isejħu għal testijiet tal-HIV għal kulħadd biex jonqsu l-infezzjonijiet.

Avvenimenti li ġejjin

It-2 Konferenza Internazzjonali u Laqgħa tal-Membri tas-Soċjetà Ewropea għar-Riċerka dwar il-Prevenzjoni (Lisbona, 8-9 ta' Diċembru 2011)

Tema tal-Avveniment: "Sinerġija fil-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa: metodi individwali, komunitarji u ambjentali".

Is-saħħa pubblika fil-Polonja: il-kapaċità u l-promozzjoni (Varsavja, 12-13 ta' Diċembru 2011)

L-għan tal-avveniment hu li tiġi żgurata bidla li tirnexxi u li tkun sostenibbli fil-politika dwar is-saħħa pubblika.

Is-7 konferenza internazzjonali dwar id-divertiment matul il-lejl, l-użu ta' sostanzi u kwistjonijiet relatati mas-saħħa (Praga, 12-14 ta' Diċembru 2011)

Il-konferenza se tiffoka fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li jaffettwaw is-saħħa tal-persuni li jmorru jiddivertu matul il-lejl.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Sorveljanza tal-HIV/AIDS fl-Ewropa 2010

Dan ir-rapport, imħejji mill-ECDC u d-WHO Ewropa, jippreżenta dejta dwar l-HIV u l-AIDS għar-Reġjun Ewropew kollu, inklużi l-UE u l-pajjiżi taż-ŻEE.

Sorveljanza tal-HIV/AIDS fl-Ewropa 2010

Dan ir-rapport, imħejji mill-ECDC u d-WHO Ewropa, jippreżenta dejta dwar l-HIV u l-AIDS għar-Reġjun Ewropew kollu, inklużi l-UE u l-pajjiżi taż-ŻEE.

Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard infettuż fost il-persuni li jinjettaw id-droga

Ir-rapport ta' gwida mħejji mill-ECDC u l-EMCDDA jesplora eżempji tajbin tas-saħħa pubblika li jistgħu jappoġġaw politiki effettivi biex jonqsu l-infezzjonijiet.

Nissieħbu flimkien biex niġġieldu kontra l-HIV/AIDS fl-Ewropa

Il-Programmi Ewropej dwar is-Saħħa 2003–2008 u 2008–2013 iffinanzjaw aktar minn 60 proġett biex tingħeleb il-marda tal-HIV/AIDS. Dan il-fuljett jiddeskrivi xi wħud li l-aktar kellhom suċċess.

Forum Ewropew għall-Alkoħol u s-Saħħa (EAHF) – it-3 rapport ta' monitoraġġ tal-progress

Ir-rapport jara progress ċar fil-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fir-rapporti ta' monitoraġġ annwali tal-membri tal-forum.

Fokus

Il-Jum Dinji tal-AIDS 2011: 7 interventi, għan wieħed - żero infezzjonijiet fost il-persuni li jinjettaw id-droga

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – HIV/AIDS

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – HIV/AIDS

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

EAHC – L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi

ECDC – L-infezzjoni tal-HIV u l-AIDS

EMCDDA – Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Konnessjonijiet – Tweġibiet integrati għad-drogi u l-infezzjonijiet fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Ewropa

Il-proġett għandu l-għan li jgħin jiżviluppa programmi ta' prevenzjoni tal-HIV/AIDS u l-abbuż mid-drogi iktar effettivi, inklużivi u aċċessibbli.

Standards ta' prevenzjoni – standards tal-UE għall-prevenzjoni tal-abbuż mid-droga

Dan il-proġett eżamina standards ta' prevenzjoni eżistenti tal-abbuż mid-droga mill-UE u d-dinja kollha.

Korrelazzjoni II - Netwerk Ewropew għall-Inklużjoni Soċjali u s-Saħħa

Il-proġett jindirizza l-inugwaljanzi fis-saħħa fl-Ewropa u jara li jtejjeb is-servizzi tal-prevenzjoni u tal-kura – jimmira mard infettuż li jinxtered fid-demm, partikolarment l-Epatite C u l-HIV/AIDS.

HPYP – Il-promozzjoni tas-saħħa għall-ħabsin żgħażagħ

Il-proġett għandu l-għan li jtejjeb il-promozzjoni tas-saħħa għaż-żgħażagħ vulnerabbli fil-ħabs.

NEW – L-implimentazzjoni ta' Nightlife empowerment and well-being

Il-proġett jipproponi tweġibiet għal sfidi ġodda fl-oqsma tat-tnaqqis tal-ħsara u l-promozzjoni tas-saħħa, f'ambjent rikreattiv biex jinfirxu l-isforzi.

Ħoloq interessanti oħra

UNAIDS – Il-Programm Konġunt tan-NU dwar l-HIV/AIDS

UNICEF – Il-protezzjoni tat-tfal

UNDP – HIV/AIDS

UNFPA – Il-prevenzjoni tal-HIV

ILO – L-HIV/AIDS bħala problema fuq il-post tax-xogħol

EATG – Il-Grupp Ewropew għall-Kura tal-AIDS

Azzjoni għall-AIDS Ewropa

WHO Ewropa – HIV/AIDS

WHO – HIV/AIDS

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk