Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 80, IS 24 ta´ Novembru 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Id-donazzjoni tal-organi: inizjattivi mill-Kumitat Ewropew dwar it-Trapjanti tal-Organi (CD-P-TO)

Per Pfeffer, President tas-CD-P-TO

Id-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa (EDQM, entità tal-Kunsill tal-Ewropa) - permezz tal-Kumitat Ewropew dwar it-Trapjant tal-Organi (CD-P-TO) - jippromwovi attivament id-donazzjoni mhux kummerċjali tal-organi, il-ġlieda konta t-traffikar tal-organi u l-iżvilupp ta' standards etiċi, siguri u ta' kwalità għat-trapjant tal-organi, it-tessuti u ċ-ċelloli.

L-attivitajiet tal-EDQM jinkludu l-pubblikazzjoni ta' rapporti (eż. in-Newsletter dwar it-Trapjanti), is-servejs u r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kumitat tal-Ministri, kif ukoll il-ġbir tad-dejta f'livell internazzjonali. Jippubblika wkoll u jaġġorna ta' spiss il-Gwida għall-Assigurazzjoni tas-Sigurtà u l-Kwalità għat-Trapjant tal-Organi, it-Tessuti u ċ-Ċelloli. Il-Kunsill tal-Ewropa għandu wkoll ftehim ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea biex jikkollabora regolarment f'dan il-qasam.

Il-Kunsill tal-Ewropa ilu jorganizza l-Jum Ewropew tad-Donazzjoni tal-Organi mill-1998. Dan il-jum jippromwovi d-donazzjoni u t-trapjant tal-organi u jqajjem kuxjenza f'pajjiż differenti tal-UE kull sena. B'riżultat ta' din l-esperjenza, grazzi għall-fondi tal-UE, il-proġett L-Iżvilupp ta' Linjigwida għall-Organizzazzjoni tal-Jum Ewropew tad-Donazzjoni wassal għal rakkomandazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta' avveniment simili u riċerka statistika biex jitkejjel il-potenzjal li titqajjem kuxjenza.

Il-Kunsill tal-Ewropa hu involut sew fl-iżvilupp tat-trapjant tal-organi fil-pajjiżi taż-Żona tal-Baħar l-Iswed. Saru sforzi mmirati lejn l-istabbiliment ta' oqsfa leġiżlattivi effettivi u awtoritajiet u programmi nazzjonali dwar it-trapjant. Il-Proġett fil-pajjiżi taż-Żona tal-Baħar l-Iswed imniedi reċentement se jibda kooperazzjoni reġjonali fit-tul biex tingħata struttura, jiġu żviluppati u jissaħħu l-attiviatajiet u l-programmi relatati mad-donazzjoni u t-trapjant.

Aħbarijiet mill-UE

Aqsam l-opinjoni tiegħek dwar is-sit web tas-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni

Sad-9 ta' Diċembru 2011, tista' tipparteċipa f'servej onlajn ta' 10 mistoqsijiet.

Aqsam l-opinjoni tiegħek dwar is-sit web tas-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni

Sad-9 ta' Diċembru 2011, tista' tipparteċipa f'servej onlajn ta' 10 mistoqsijiet.

"Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommom xejn" - maratona f'Ateni, 12-13 ta' Novembru 2011

Ritratti tal-avveniment (12-13 ta' Nov), organizzat bl-għajnuna tal-kampanja tal-UE kontra t-tabakk.

"Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommom xejn" - maratona f'Ateni, 12-13 ta' Novembru 2011

Ritratti tal-avveniment (12-13 ta' Nov), organizzat bl-għajnuna tal-kampanja tal-UE kontra t-tabakk.

Il-Jum Ewropew tal-Għarfien dwar l-Antibijotiċi: pjan ġdid tal-UE li jindirizza r-reżistenza tal-mikrobi

Fis-17 ta' Novembru, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija ġdida li tindirizza s-sorsi kollha ta' reżistenza għall-mikrobi u l-impatti potenzjali tagħha.

It-tnedija ta' portal Ewropew għal azzjoni fil-qasam tal-inugwaljanzi fis-saħħa

Is-sit web il-ġdid, maħluq mill-partenarjat Equity Action, jipprovdi informazzjoni dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa, fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali, il-fatturi soċjali tas-saħħa u s-saħħa fil-politiki kollha.

Is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu - it-3 laqgħa tal-Grupp ta' Tmexxija

Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Strateġika ġie adottat fis-7 ta' Novembru 2011.

Is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu - it-3 laqgħa tal-Grupp ta' Tmexxija

Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Strateġika ġie adottat fis-7 ta' Novembru 2011.

Laqgħa ta' livell għoli tal-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol – Rapport fil-qosor disponibbli.

Għall-ewwel darba l-Istati Membri kienu rappreżentati f'livell għoli, minbarra l-membri regoli tas-CNAPA.

Il-konferenza xjentifika internazzjonali dwar il-kampijiet elettromanjetiċi u s-saħħa - konklużjonijiet

F'din il-konferenza fi Brussell (16-17 ta' Nov), xjentisti mid-dinja kollha ddiskutew l-aħħar evidenza dwar il-kampijiet elettromanjetiċi u s-saħħa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Renju Unit

Ir-Renju Unit jippubblika l-Istrateġija għat-Tħejjija ta' Pandemija ta' Influwenza 2011

Id-dokument jistabbilixxi qafas ċar biex jgħin li dawk li jagħmlu l-pjanijiet fl-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw rispons effettiv għal pandemija tal-influwenza.

Belġju

Il-mediċini mhux ħelu

Kampanja li tfakkar lill-pubbliku li l-mediċini ma jibqgħux effettivi u jistgħu jkunu perikolużi jekk jittieħdu mingħajr il-parir tat-tabib jew jekk ma jiġux segwiti l-istruzzjonijiet.

Spanja

Kampanja ġdida ta' prevenzjoni u edukazzjoni biex jiġi skoraġġit ix-xorb taħt l-età

L-għan hu li titqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ ta' 13-18-il sena u l-edukaturi dwar riskji serji assoċjati mal-użu tal-alkoħol f'età bikrija.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Azzjoni tal-UE biex issalva mijiet ta' ħajjiet kull sena billi tnaqqas in-nirien ikkawżati minħabba s-sigaretti

Is-sigaretti li jintelqu bl-addoċċ jikkawżaw ħafna nirien fatali fl-Ewropa. Hemm provi li l-għadd ta' fatalitajiet jistgħu jitnaqqsu b'iżjed minn 40% bl-introduzzjoni ta' sigarretti li jkollhom "Propensità Mnaqqsa li Jitqabbdu" ("Reduced Ignition Propensity" – RIP).

Leġiżlazzjoni ġdida li tagħmel l-użu tal-addittivi fl-UE aktar sikur u trasparenti

L-użu tal-addittivi fl-ikel dalwaqt isir aktar sikur u trasparenti milli hu issa bis-saħħa ta' żewġ regolamenti adottati mill-Kummissjoni Ewropea.

Baġit tal-UE 2014-2020: Il-Kummissjoni tiżvela Programmi ġodda u ambizzjużi dwar is-Saħħa u l-Konsumaturi

Il-Kummissjoni Ewropea adottat proposti għal Programmi ġodda għas-Saħħa għat-Tkabbir u l-Konsumaturi, li għandhom l-għan li jippromwovu Ewropa b'ċittadini b'saħħithom, attivi, informati u b'poter li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku.

Avvenimenti li ġejjin

Il-laqgħa annwali tal-ECDC dwar ir-reżistenza għall-mikrobi u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (Varsavja, 23-25 ta' Novembru 2011)

Il-laqgħa għandha tindirizza kwistjonijiet mikrobijoloġiċi u kwistjonijiet diversi relatati maż-żewġ netwerks li jissorveljaw dawn l-oqsma.

Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u Pjattaforma għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa - laqgħa konġunta (Brussell, id-29 ta' Novembru 2011)

Il-grupp ta' livell għoli ta' rappreżentanti mill-pajjiżi kollha tal-UE jiltaqa' 3-4 darbiet fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-Istrateġija għall-Ewropa dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u Kwistjonijiet tas-Saħħa relatati mal-Obesità.

Il-Jum Dinji tal-AIDS (l-1 ta' Diċembru 2011)

Dan l-avveniment jgħaqqad flimkien lil persuni mid-dinja kollha biex iqajmu kuxjenza dwar l-HIV/AIDS u juru solidarjetà internazzjonali fir-rigward ta' din il-marda.

L-inugwaljanzi fl-Ewropa u l-futur tas-sigurtà soċjali – konferenza ta' livell għoli (Brussell, 5-6 ta' Diċembru 2011)

Il-konferenza tiffoka fuq l-istess għanijiet tal-istrateġija tal-UE Ewropa 2020 dwar it-tkabbir inklużiv, partikolarment dwar it-tixrid tal-benefiċċji tat-tkabbir b'mod ġenerali.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Rapport Annwali 2011 tal-EMCDDA

Ir-rapport tal-aġenzija tal-UE dwar id-drogi jipprovdi l-aħħar informazzjoni u kummenti dwar is-sitwazzjoni tad-droga madwar is-27 Stat Membru tal-UE, il-Kroazja, it-Turkija u n-Norveġja.

ECDC - ir-rapport epidemologiku annwali 2011

Daqqa t'għajn ta' kull sena lejn i-qagħda tal-mard infettiv fl-Ewropa u analiżi tat-theddid identifikat fl-2010.

ECDC - ir-rapport epidemologiku annwali 2011

Daqqa t'għajn ta' kull sena lejn i-qagħda tal-mard infettiv fl-Ewropa u analiżi tat-theddid identifikat fl-2010.

Fokus

Id-donazzjoni tal-organi: inizjattivi mill-Kumitat Ewropew dwar it-Trapjanti tal-Organi (CD-P-TO)

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – Sikurezza tal-Pazjenti

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Assigurazzjoni tal-Kwalità

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Mard rari

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Riċerka

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

L-Ewropa għall-Pazjenti – Donazzjoni u trapjanti tal-organi

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – Demm, tessuti u organi

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli

"Love dwells in the kidney" ta' Lucie Hášová Truhelková, it-2 post tal-premju għall-ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa tal-2010, rebbieħa nazzjonali tar-Repubblika Ċeka 2010

Id-"donaturi tal-organi" - il-laqam ironiku li xi drabi nagħtu lill-motoċiklisti li jagħmlu manuvri perikolużi fit-toroq...

"Blood sister" ta' Audrė Srėbalienė, in-nominata nazzjonali tal-2009 għal-Litwanja

Il-konjuġi? Il-ħematologu? Il-psikologu? Id-donatur? Min hu l-iktar importanti għal xi ħadd li għadu kif skopra li għandu kanċer tad-demm?

Aqra iktar artikli mir-rebbieħa nazzjonali tal-premju tal-UE għall-ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

MODE – Id-Donazzjoni Reċiproka tal-Organi u Skambji ta' Trapjanti

MODE tara li ttejjeb l-organizzazzjoni tas-sistemi tat-trapjant permezz tal-iskambju tal-aħjar eżempji, billi tikkomplementa l-politiki nazzjonali f'dan il-qasam permezz ta' kooperazzjoni bejn il-pajjiżi.

ODEQUS – Is-Sistema Ewropea ta' Kwalità għal indikaturi u metodoloġija dwar id-donazzjoni tal-organi

Dan il-proġett għandu l-għan li joħloq għodod utli ta' evalwazzjoni biex tiżdied l-effiċjenza tad-donazzjoni tal-organi fil-pajjiżi Ewropej kollha.

ELPAT: Aspetti Etiċi, Legali u Psikosoċjali: l-espansjoni tal-pjattaforma Ewropea

ELPLAT qed tipprova tespandi l-pjattaforma tagħha lejn pajjiżi ġodda tal-UE, pajjiżi kandidati u pajjiżi Ewropej oħrajn tal-Lvant u tħeġġeġ titjib fil-politika u l-prattika tad-donazzjoni hemmhekk u kullimkien.

Ħoloq interessanti oħra

Il-Kunsill tal-Ewropa

EDQM – Id-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa

Eurotransplant

Scandiatransplant

ESOT – Is-Soċjetà Ewropea għat-trapjanti tal-organi

ETCO – L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Koordinaturi tat-Trapjanti

WHO – Trapjanti

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk