Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 76, IS 29 ta´ Settembru 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

It-Tieni Programm tal-UE dwar is-Saħħa (2008-2013): twassil ta' riżultati biex titjieb is-saħħa taċ-ċittadini

Jacques Remacle, il-Kap tal-Unità tas-Saħħa - Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC)

It-Tieni Programm tal-Unjoni Ewropea dwar is-Saħħa (2008-2013) hu strument biex tiġi implimentata l-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa "Flimkien għas-Saħħa", sabiex tkun protetta s-saħħa taċ-ċittadini llum u fil-ġejjieni.

Hu għandu tliet għanijiet: li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, li jippromwovi s-saħħa – inkluż it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa – u li jiġġenera u jxerred l-informazzjoni dwar is-saħħa. Il-Programm tas-Saħħa hu mmanniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi.

F'nofs triqtu l-Programm diġà ffinanzja madwar 230 azzjoni, fosthom proġetti, azzjonijiet konġunti, għoti ta' flus biex l-NGOs ikunu jistgħu jaħdmu u konferenzi. Il-biċċa l-kbira għadhom għaddejjin, iżda ħafna oħrajn diġà kellhom riżultati importanti għas-saħħa pubblika.

Pereżempju, il-proġett SHIPSAN-TRAINET qed isaħħaħ l-abbiltà tal-UE li ma tħallix li jkun hawn mard li jittieħed u li tkun tista' tikkontrollah fuq bastimenti li jġorru l-passiġġieri. Inkiteb manwal li attwalment qed jintuża bħala mudell għall-iżvulupp ta' standards Ewropej kemm għal verifiki ta' sikurezza, kif ukoll għal skopijiet ta' taħriġ.

Il-proġett ORPHANET waqqaf il-portal ta' referenza tal-UE għal informazzjoni dwar mard rari u dwar mediċini orfni. Il-pazjenti u l-professjonisti għandhom aċċess għal direttorju ta' servizzi speċifiċi, fosthom kliniki speċjalizzati, laboratorji mediċi, proġetti ta' riċerka li għadha għaddejja, verifiki kliniċi, reġistri, netwerks, pjattaformi teknoloġiċi u organizzazzjonijiet tal-pazjenti. ORPHANET tant irnexxa li l-Ġappun u l-Brażil qed jittraduċu l-portal biex isir użu minnu mis-servizzi tas-saħħa tagħhom.

L-azzjoni EPAAC qed tlaqqa' flimkien lill-partijiet kollha interessati mill-marda tal-kanċer (ir-riċerka, id-djanjosi, il-kura) ħalli jippreparaw strateġija komuni sabiex jiġġieldu l-kanċer fl-Ewropa. L-EPAAC diġà wettqet analiżi komparattiva iddettaljata tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar il-Kanċer li jeżistu bħalissa, biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u s-sinerġiji potenzjali ħalli jittejbu d-djanjosi u l-kura tal-kanċer.

Meta jitqiesu dawn is-suċċessi u li ħafna azzjonijiet ta' kwalità se jiġu ffinanzjati matul it-tieni parti tal-Programm, ninsabu fiduċjużi li l-Programm tal-UE dwar is-Saħħa għandu jissodisfa l-għanijiet tiegħu li titjieb is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE.

Aħbarijiet mill-UE

Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn! Il-Kummissarju Dalli jippreżenta x'baqa' jsir fil-kampanja

Waqt avveniment għall-istampa l-Erbgħa 14 ta' Settembru, il-Kummissarju Dalli ta l-aħħar informazzjoni dwar x'irnexxielha tagħmel il-kampanja s'issa, wera żewġ filmati ġodda u ppreżenta wirja ta' stejjer u ta' ritratti ta' persuni li tassew qatgħu t-tipjip għal kollox minn 27 Stat Membru.

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2003-2008 – valutazzjoni finali

Dan ir-rapport jeżamina l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-Ewwel Programm tas-Saħħa Pubblika (PHP).

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2003-2008 – valutazzjoni finali

Dan ir-rapport jeżamina l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-Ewwel Programm tas-Saħħa Pubblika (PHP).

It-Tieni Programm tal-UE dwar is-Saħħa – rapport ta' implimentazzjoni 2009

Dan id-dokument ta' ħidma jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa 2009, rigward il-mekkaniżmi finanzjarji u l-prijoritajiet tal-ħidma annwali.

Metodoloġiji bbażati fuq l-evidenza għas-saħħa pubblika

Rapport ġdid tal-ECDC jeżamina kif metodi ta' mediċina bbażata fuq l-evidenza jistgħu jintużaw fil-qasam tal-mard li jittieħed.

Metodoloġiji bbażati fuq l-evidenza għas-saħħa pubblika

Rapport ġdid tal-ECDC jeżamina kif metodi ta' mediċina bbażata fuq l-evidenza jistgħu jintużaw fil-qasam tal-mard li jittieħed.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Renju Unit

NHS Moderna – li tpoġġi lill-pazjenti u lill-professjonisti tas-saħħa fuq quddiem nett

Il-gvern se jieħu aktar miżuri fil-pjanijiet tiegħu biex il-pazjenti jitqiegħdu fil-qalba tas-servizz tas-saħħa u jagħti lill-NHS livell dinji.

Awstrija

Emerġenza "attakk tal-qalb"

Informazzjoni dwar kif jista' jiġi evitat il-bidu ta' attakk tal-qalb u l-għajnuna f'każ ta' emerġenza li tista' tingħata tinsab fil-portal tas-saħħa pubblika Awstrijak

Italja

Għoti tad-demm u trapjanti – kampanja nazzjonali

Il-kampanja tagħti informazzjoni dwar l-għoti ta' organi, tessuti u ċelloli u t-trapjanti u tippromwovi modi ta' għajxien bla ħsara għal ġisem biex ikun evitat il-mard.

Danimarka

Qagħda tas-saħħa tal-irġiel - verżjoni ġdida

Eżaminazzjoni tal-qagħda tas-saħħa tal-irġiel fid-Danimarka u kif din tista' titjieb.

Avvenimenti li ġejjin

L-14-il Forum dwar is-Saħħa Ewropea (Gastein, 5-8 ta' Ottubru 2011)

Pjattaforma għad-diskussjoni għall-partijiet interessati differenti fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa.

Il-21 Konferenza Ewropea dwar l-Alzheimer (Varsavja, 6 - 8 ta' Ottubru 2011)

It-tema prinċipali tal-konferenza hi "Solidarjetà Ewropea Mingħajr Fruntieri".

Il-konferenza "Il-politika tal-alkoħol fil-Polonja u madwar l-Ewropa" (il-Polonja, 11-12 ta' Ottubru 2011)

L-esperti se jiltaqgħu flimkien biex jiddiskutu l-progress reċenti li sar fi kwestjonijiet relatati mal-alkoħol li jinkludu: il-konsegwenzi li jħalli l-alkoħol fuq is-saħħa, FAS (Sindromu ta' Fetu Alkoħoliku), l-epidemjoloġija u l-politika dwar l-alkoħol.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Il-preparazzjoni ġenerika tas-saħħa pubblika fl-Ewropa

Dan il-fuljett juri għażla ta' proġetti li qed jaħdmu fuq mikrobi li l-aktar li jittieħdu u fatali għall-bniedem li nafu bihom jew li qed jaħdmu kontra t-thedida ta' nuqqas ta' protezzjoni mill-kimika jew mir-radju nukleari.

Nissieħbu flimkien biex niġġieldu l-HIV/AIDS fl-Ewropa

Il-Programmi Ewropej dwar is-Saħħa 2003–2008 u 2008–2013 iffinanzjaw aktar minn 60 proġett biex tingħeleb il-marda tal-HIV/AIDS. Dan il-fuljett jiddeskrivi xi wħud li l-aktar kellhom suċċess.

Immaniġġjar ta' proġġett fis-saħħa pubblika fl-Ewropa

Dan il-fuljett joffri gwida dwar kif jista' jinħolqu u jiġu mmaniġġjati proposti ta' finanzjament skont il-Programm tas-Saħħa.

Immaniġġjar ta' proġġett fis-saħħa pubblika fl-Ewropa

Dan il-fuljett joffri gwida dwar kif jista' jinħolqu u jiġu mmaniġġjati proposti ta' finanzjament skont il-Programm tas-Saħħa.

Fokus

It-Tieni Programm tal-UE dwar is-Saħħa (2008-2013): riżultati li jtejbu s-saħħa taċ-ċittadini tal-UE

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika - 2013

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Programm tas-saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - programmi

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - politiki

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

EAHC - Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur

Il-Programm tas-Saħħa 2008-2013 hu mmexxi mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (EAHC).

Il-proġetti finanzjati mill-Programm tas-Saħħa 2008-2013 – lista tal-proġetti aġġornata tal-2010

Din il-bażi tad-dejta tinkludi informazzjoni dwar proġetti, konferenzi u l-għotjiet ta' flus li qed jintużaw mogħtija mill-2003 sal-2008 bis-saħħa tal-PHP preċedenti u mill-Programm tas-Saħħa 2008-2013 attwali.

Ħoloq interessanti oħra

Ara kif il-Programm tal-UE dwar is-Saħħa qed jittratta l-mard mifrux mad-dinja kollha tal-HIV/AIDS

Ara Kif il-Programm tal-UE dwar is-Saħħa jgħin lill-pazjenti, lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u lix-xjentisti jħabbtu wiċċhom mal-fibrożi tal-bużżieqa tal-awrina jew tal-marrara,

Ara l-Programm tal-UE dwar is-Saħħa f'dak li għandha x'taqsam il-preparazzjoni tas-saħħa

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk