Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 74, IS 14 ta´ Lulju 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Il-moħħ jgħodd: Is-Saħħa Mentali u ż-Żgħażagħ fl-Ewropa

James Higgins, Uffiċjal tal-Politika tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej

Liż-żgħażagħ ngħidulhom biex igawdu ż-żgħożija billi dawn huma l-aħjar snin ta' ħajjithom. Iżda ħafna żgħażagħ fl-Ewropa, qed isibu dejjem iktar diffikultajiet minħabba l-pressjonijiet ta' kuljum tal-eżamijiet, tar-relazzjonijiet u tat-tiftix tax-xogħol.

Għalkemm huma l-iktar ġenerazzjoni b'edukazzjoni għolja, iż-żgħażagħ tal-lum isibuha dejjem iktar diffiċli li jagħmlu t-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol. F'April 2011, Eurostat irrapporta li r-rata ta' qgħad taż-żgħażagħ kienet ta' 19,6% fl-UE, iktar mid-doppju minn dik tal-popolazzjoni adulta.

Livelli għoljin hekk ta' qgħad għandhom konsegwenzi soċjali u għas-saħħa. Il-WHO tammetti li f'dawn l-aħħar snin kien hemm żieda fil-problemi tas-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, inkluż ansjetà, depressjoni, disturbi marbuta mal-ikel u ħsara lilhom infushom.

Hemm nuqqas ta' dejta speċifika dwar iż-żgħażagħ u s-saħħa mentali, iżda WHO-Europa stmat li minn 10 sa 20% taż-żgħażagħ ibgħatu minn kwistjonijiet marbuta mas-saħħa mentali, (b'perċentaġġ ogħla fost iż-żgħażagħ żvantaġġati u l-migranti). Pressjonijiet soċjali ikbar, bħall-inkwiet finanzjarju u ta' impjieg, jistgħu jikkawżaw problemi tas-saħħa mentali jew iżidu problemi diġà eżistenti. B'hekk, hekk kif il-kriżi tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ tkompli, is-sitwazzjoni tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ fl-Ewropa probabilment tmur għall-agħar.

L-UE iffukat sew fuq kwistjonijiet tas-saħħa mentali, bil-Patt Ewropew għall-Benessri u s-Saħħa Mentali fl-2008, u l-konferenza ta' Settembru 2009 "Il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-benessri fit-tfal u ż-żgħażagħ - nagħmluha possibbli" li kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru tas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali Svediż flimkien bl-appoġġ tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej. Iktar reċentement, il-Kunsill tal-UE rrikonoxxa l-kwistjonijiet urġenti tas-saħħa mentali fl-Ewropa, b'sejħa għal riċerka u ħidma kontinwa.

L-impenn kontinwu tal-UE fil-kwistjonijiet tas-saħħa mentali huwa merħba, iżda hemm bżonn spinta ġdida ta' kooperazzjoni u determinazzjoni min dawk li jfasslu l-politika, l-professjonijisti tas-saħħa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġġieldu x-xejra tas-saħħa mentali li qed tmur għall-agħar fost iż-żgħażagħ.

Aħbarijiet mill-UE

Tossiċità u valutazzjoni tat-taħlit kimiku

Il-tliet kumitati xjentifiċi indipendenti tal-Kummissjoni, li m'għandhomx x'jaqsmu mal-ikel, nedew konsultazzjoni dwar l-opinjoni xjentifika preliminari dwar it-tossiċità u l-valutazzjoni tat-taħlit kimiku. Il-konsultazzjoni se tibqa' għaddejja sad-9 ta' Settembru 2011.

Liġijiet ġodda għall-ġlieda kontra l-mediċini ffalsifikati

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida ittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa pubblika permezz ta' miżuri pan-Ewropej amonizzati biex tiżgura li l-mediċini jkunu sikuri u li l-kummerċ fil-mediċini jkun sorveljat sew.

Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa: il-konkors jagħlaq fl-24/7/2011. Ħaffef!

Jekk tikteb dwar kwistjonijiet marbuta mas-saħħa, għandek ftit jiem oħra biex tipparteċipa u tista' tirbaħ sa' 6000 ewro u stedina għall-avveniment apposta fi Brussell.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Finland

L-adolexxenti Finlandiżi qed ipejpu u jixorbu inqas, iżda qed jużaw iktar tabbakk snus

Aqra r-riżultati tal-Isħarriġ nazzjonali dwar is-Saħħa u l-Istil ta' Ħajja tal-Adolexxenti 2011 magħmul mill-Università ta' Tampere u ffinanzjat mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa.

Franza

Tieqaf tpejjep mhux diffiċli daqs kemm taħseb

Dan ir-reklam komiku għat-TV ixejjen il-biżgħat ta' min ipejjep dwar id-diffikultajiet biex tieqaf u jinkoraġġihom iftixxu soluzzjoni tagħhom personali għal dawn il-biżgħat.

Spanja

Pjan għas-sajf 2011. Il-prevenzjoni ta' korrimenti serji fl-ilma: "Gawdi l-baħar u evita r-riskji"

Kampanja organizzata mill-Ministeru Spanjol għas-Saħħa,i is-Sigurtà Soċjali u l-Ugwaljanza, bil-kollaborazzjoni tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar Spanjola.

Avvenimenti li ġejjin

Il-ġimgħa dinjija dwar it-treddiegħ (1-7 ta' Awwissu 2011)

Il-promozzjoni tat-treddiegħ u t-titjib tas-saħħa tat-trabi madwar id-dinja.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Il-konsum tal-pjanta khat fl-Ewropa: aġġornament u implikazzjonijiet għall-politika

Din id-droga hija użata fl-Ewropa iżda l-iskala u n-natura tal-problema mhux mifhumin sew.

Karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-influwenza

Dokument tekniku ppubblikat mill-ECDC dwar iktar minn 450 kampjuni ta' vajrusijiet miġbura bejn Jannar u Mejju 2001 u pprovduti mill-UE jew pajjiżi affiljati mal-UE.

Manwal għad-dijanjosi fil-laboratorju u s-sorveljanza viroloġika tal-influwenza

Dan il-manwal jipprovdi metodi standard għall-ġbir, l-identifikazzjoni, l-iżolazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-vajrusijiet.

Fokus

Is-Saħħa Mentali u ż-Żgħażagħ fl-Ewropa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa tal-UE – Iż-Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Tfal u żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

L-inizjattiva dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ fuq Facebook

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Żgħażagħ

Kummissjoni Ewropea - DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura

Portal Ewropew għaż-Żgħażagħ

Kummissjoni Ewropea - DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Tfajliet u ġuvintur - serje interattiva fuq il-web biex tippromwovi stili ta' ħajja b'saħħitha fost l-adoloexxenti Ewropej

Dan il-proġett qed jevalwa l-effettività ta' kampanja fuq il-web li tqajjem l-għarfien dwar l-istil ta' ħajja riskjuża li timmira ż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u t-18-il sena li la jaħdmu lanqas jistudjaw.

MHPHands - Kotba għall-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali

Dan il-proġett għandu l-għan li jgħin lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa mentali biex itejjbu l-benessri taż-żgħażagħ, il-ħaddiema u l-anzjani.

Tfal b'saħħithom - Tfal b'saħħithom f'familji b'saħħithom

Dan il-proġett għandu l-għan li jtejjeb b'mod ġenerali s-saħħa tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji tagħhom meta dawn ikollhom drawwiet u stili ta' ħajja mhux tajbin għas-saħħa.

Ħoloq interessanti oħra

YFJ - Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

ENSP - Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni mit-Tipjip

EPHA – Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika

IPPFEN - Federazzjoni Ewropea tan-Netwerk ta' Ġenituri

EUROCARE - Alleanza Ewropea dwar il-Politika tal-Alkoħol

EYF - Fondazzjoni taż-Żgħażagħ Ewropej

WHO Ewropa – Is-saħħa tal-adoloxxenti

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk