Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 73, IS 30 ta´ Ġunju 2011

F'din il-ħarġa


Merħba


Nindirizzaw il-Kanċer fl-Ewropa - Forum Miftuħ tal-Partenarjat Ewropew għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer


Tina Lipušček, Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika, is-Slovenja



Wara l-mard kardjovaskulari, il-kanċer huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fl-Ewropa, responsabbli għal 20% tal-imwiet fir-reġjun Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Biex tindirizza l-kanċer fuq livell Ewropew, ġiet imwaqqfa Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer (EPAAC) fi Frar 2011. Din l-azzjoni konġunta ta' tliet snin, maħluqa bi sħab mal l-Programm tas-Saħħa tal-UE, tgħaqqad 37 imsieħeb minn madwar l-Ewropa fi sforz biex jikkonsolidaw l-għarfien u jidentifikaw l-oqsma importanti għall-kontroll tal-kanċer fil-ġejjieni.

L-EPAAC kellha l-ewwel forum miftuħ fl-14 u l-15 ta' Ġunju 2011 f'Madrid, l-ewwel konferenza minn tlieta li għandhom jiffukaw fuq attivitajiet importanti dwar il-kanċer fl-Ewropa. Il-forum miftuħ ta' din is-sena huwa l-bidu tal-EPAAC u ffoka fuq il-kura u r-riċerka tal-kanċer, inklużi kwistjonijiet importanti bħal:

- il-ħtieġa għal linji gwida għall-onkoloġija pedjatrika
- iż-żieda fl-importanza tas-saħħa psikosoċjali għall-pazjenti tal-onkoloġija
- l-appoġġ nutrittiv għall-pazjenti
- l-isfidi ta' kanċers rari
- il-kontroll tal-kanċer u l-perspettivi tal-politika tas-saħħa
- il-koordinazzjoni tal-finanzjament għal proġetti Ewropej
- l-aħjar metodi ta' proġetti ffinanzjati mill-UE
- l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-EPAAC (pazjenti, industrija, UE).

Il-forum miftuħ kien ta' suċċess kbir għax irnexxilu jressaq flimkien il-partijiet interessati dwar il-kanċer minn madwar l-Ewropa u jispirahom biex jaqbdu jaħdmu biex jindirizzaw l-ostakli. Nixtieq nistieden lil kull min jaqsam din il-viżjoni biex isegwi x-xogħol ta' EPAAC u l-Forum Miftuħ.





Aħbarijiet mill-UE


Id-donazzjoni volontarja u ta' tessuti u ċelloli

Rapport ippubblikat illum juri li kważi l-Istati Membri kollha għandhom dispożizzjonijiet li jħeġġu liċ-ċittadini jagħtu t-tessuti u ċ-ċelloli tagħhom b'mod volontarju u bla ħlas.


Id-donazzjoni volontarja u ta' tessuti u ċelloli

Rapport ippubblikat illum juri li kważi l-Istati Membri kollha għandhom dispożizzjonijiet li jħeġġu liċ-ċittadini jagħtu t-tessuti u ċ-ċelloli tagħhom b'mod volontarju u bla ħlas.


Vjaġġa fis-sigurtà - ġorr il-karta tas-saħħa miegħek

Il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa bla ħlas tal-Unjoni Ewropea tħaffef l-aċċess għall-kura tas-saħħa f'27 pajjiż tal-UE kif ukoll fl-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera. Issifirx mingħajrha.


Vjaġġa fis-sigurtà - ġorr il-karta tas-saħħa miegħek

Il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa bla ħlas tal-Unjoni Ewropea tħaffef l-aċċess għall-kura tas-saħħa f'27 pajjiż tal-UE kif ukoll fl-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera. Issifirx mingħajrha.


L-Ewropej iqiegħdu l-ikel għaqli fiċ-ċentru tar-riċerka

Esperti jemmnu li l-innovazzjoni fl-ikel għaqli tista' titwassal bix-xjenza, l-innovazzjoni R&D, għarfien individwali dwar is-saħħa u analiżi dwar ir-riskji jew il-benefiċċji individwali.


L-Ewropej iqiegħdu l-ikel għaqli fiċ-ċentru tar-riċerka

Esperti jemmnu li l-innovazzjoni fl-ikel għaqli tista' titwassal bix-xjenza, l-innovazzjoni R&D, għarfien individwali dwar is-saħħa u analiżi dwar ir-riskji jew il-benefiċċji individwali.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Litwanja

Il-Programm tas-Saħħa tal-Litwanja 2011-2020

Il-Programm tas-Saħħa l-ġdid tal-Litwanja (2011-2020) huwa bbażat fuq analiżi tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE.


Italja

"Il-ħalib tal-omm ma jintesa qatt"

Din il-kampanja għandha l-għan li turi lill-pubbliku l-benefeċċji tal-irdiegħ tas-sider - metodu fundamentalment importanti għas-saħħa tat-tfal li għadha kompatibbli mal-impenji tan-nisa tal-lum.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Il-Kummissjoni tniedi kampanja li tinkludi l-UE kollha kontra t-tabakk

"Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommom xejn" huwa l-islogan tal-kampanja mnedija mis-Sur Dalli, Kummissarju tas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur.




Avvenimenti li ġejjin


Id-19-il konferenza Ewropea dwar is-servizzi soċjali (Varsavja, 6-8 Lulju 2011)

Organizzata bi sħubija mal-Presidenza Pollakka tal-UE, il-konferenza ta' din is-sena jisimha "Nibnu Soċjetà Attiva u li Tħoss: Innovazzjoni, Parteċipazzjoni, Komunità".


Konferenza dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-pazjenti xjuħ (Varsavja, 12-13 ta' Lulju 2011)

Sfidi attwali fis-sistemi tas-saħħa u l-benessri: id-demokrazija, is-sostenibbiltà u l-pass lejn soluzzjonjiet personalizzati. Dan kollu fejn iħalli l-pazjenti xjuħ u lil dawk li jieħdu ħsiebhom?


Impatt ta' Fatturi Ambjentali fuq is-Saħħa (Riga, 25-27 ta' Lulju 2011)

Il-konferenza hija forum għad-disseminazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-aspetti differenti tal-impatt tal-fatturi ambjentali fuq is-saħħa f'dixxiplini differenti.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Negħlbu l-kanċer bir-riċerka

Dan il-fuljett jenfasizza s-suċċessi fil-ġlieda kontra l-kanċer fit-tfulija.


Negħlbu l-kanċer bir-riċerka

Dan il-fuljett jenfasizza s-suċċessi fil-ġlieda kontra l-kanċer fit-tfulija.


L-inugwaljanza fil-kura tal-kanċer: perspettiva globali

Din il-pubblikazzjoni tiffoka fuq il-kwistjoni tal-inugwaljanza fil-kura tal-kanċer u tiffoka fuq l-aċċess għall-prevenzjoni, l-iskrining, il-kura palljativa u s-servizzi tat-trattament


L-inugwaljanza fil-kura tal-kanċer: perspettiva globali

Din il-pubblikazzjoni tiffoka fuq il-kwistjoni tal-inugwaljanza fil-kura tal-kanċer u tiffoka fuq l-aċċess għall-prevenzjoni, l-iskrining, il-kura palljativa u s-servizzi tat-trattament



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Filmat: L-UE tissielet kontra l-mediċini finti

Ara l-filmat dwar il-perikli tal-mediċini finti u l-miżuri li ħadet l-UE biex tiggarantixxi l-għola livell possibbli tas-saħħa taċ-ċittadini.


Filmat: L-UE tissielet kontra l-mediċini finti

Ara l-filmat dwar il-perikli tal-mediċini finti u l-miżuri li ħadet l-UE biex tiggarantixxi l-għola livell possibbli tas-saħħa taċ-ċittadini.



Fokus


Forum Miftuħ tal-Partenarjat Ewropew għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa – UE - Kanċer

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Mard serju u kroniku - Kanċer

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ewropa għall-Pazjenti - Kanċer

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-kanċer

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi Saħħa

Negħlbu l-kanċer bir-riċerka


Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer




Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 - Artikli


Are we moving towards scaling things down?: ta' Karin Rondia, il-Belġju

Il-kanċers kollha għandhom jiġu kkurati? Il-mistoqsija kienet tinstema mhux xierqa sa ftit ilu. Iżda l-ideat fil-mediċina jevolvu u anki l-evidenza xi kultant titpoġġa fid-dubju.


Hope conquers fear: ta' Katarina Malmberg, Finlandja

Il-biża' mill-mewt hija sensazzjoni li teqred lil dak li jkun. Imma tista' tintgħeleb meta wieħed jaċċetta l-fatt li kull ħajja trid tintemm ħesrem. Il-kanċer laqat lil Virpi Romppainen fl-aħjar żmien ta' ħajjitha.


Oncological illness – does it give more than it takes?: ta' Dalia Vencevičienė, Litwanja

It-tobba u l-psikologi jikkonfermaw li n-nies li jfiequ mill-kanċer ikunu kapaċi jaraw il-valur veru tal-ħajja. Kif jaraw il-ħajja issa Erika Umbrasaitė, Dalia Bielskytė u Ieva Babilaitė? U x'jgħidu l-esperti dwar dawk affettwati bil-kanċer?



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


ECCG - Kooperazzjoni Ewropea dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-iskrining tal-kanċer u linji gwida ta' prevenzjoni

Il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa supplimenti għal-linji gwida attwali tal-UE sabiex jiġu involuti l-iżviluppi l-ġodda u tittejjeb il-prevenzjoni tal-kanċer permezz ta' vaċċinazzjoni u testijiet tal-HPV


EUROSUN - Kwantifikazzjoni tal-esponiment tax-xemx fl-Ewropa u tal-effetti tagħha fuq is-saħħa

Il-proġett għandu l-għan li jissorvelja l-esponiment għar-raġġi ultravjola fl-Unjoni Ewropea u l-effetti tagħhom fuq l-inċidenza tal-kanċer tal-ġilda u l-katarretti.



Ħoloq interessanti oħra


ECL - European Cancer Leagues


OECI – Organizzazzjoni tal-Istituti Ewropej tal-Kanċer


ECCO - European CanCer Organisation


EORTC – Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Kura tal-Kanċer


UICC – Unjoni għall-Kontroll Internazzjonali tal-Kanċer


ECPC – Koalizzjoni Ewropea tal-Pazjenti bil-Kanċer


IARC - Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer


Kodiċi Ewropew kontra l-Kanċer


WHO - Kanċer


WHO Ewropa – Kanċer


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk