Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 71, IS 31 ta´ Mejju 2011

F'din il-ħarġa


Merħba


Jum Dinji Mingħajr Tabakk – 31 ta’ Mejju 2011


Martin Seychell, id-Deputat Direttur Ġenerali għall-Konsumaturi u s-Saħħa




Fil-31 ta' Mejju, il-Jum Dinji Mingħajr Tabakk ta' din is-sena se jiffoka fuq il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, trattat internazzjonali komprensiv innegozjat taħt l-awspiċi tad-WHO, adottat f'Mejju 2003 u fis-seħħ minn Frar 2005. Il-firmatarji tal-FCTC – s'issa 'l fuq minn 170 pajjiż – jaqblu li jieħdu miżuri effettivi biex jipproteġu lin-nies mill-konsum tat-tabakk.


L-UE kienet strumentali fl-iżvilupp tal-FCTC u ħalliet impatt fuq ħafna mid-dispożizzjonijiet tagħha. Ġibna magħna ħafna esperjenza u prattiki tajba madwar il-mejda, iżda ninsabu wkoll ħerqanin li nitgħallmu minn metodi, politiki u liġijiet ta' pajjiżi oħrajn. Dejjem nistgħu nagħmlu aħjar.


Pereżempju, id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk tagħna tfasslet biex ikunu armonizzati bosta fatturi ta' dawn il-prodotti għall-Ewropa kollha filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa. Id-Direttiva kienet pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda ilha 10 snin u qed tiqdiem. Bosta mill-mistoqsijiet li niffaċċjaw illum il-ġurnata ma kinux jitqiesu kwestjonabbli fl-2001. Pereżempju, kif nittrattaw it-tabakk ġdid bla duħħan jew il-prodotti tan-nikotina, flimkien mal-bejgħ fuq l-internet, jew it-togħmiet u l-ingredjenti li jagħmlu t-tabakk attraenti għaż-żgħażagħ?


Il-kontroll tat-tabakk jiħtieġlu strateġija fuq ħafna livelli – il-leġiżlazzjoni hi importanti ħafna iżda jiħtiġilna wkoll l-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-ħolqien ta' għarfien: Kampanja attiva fl-UE biex ikun evitat u jitnaqqas l-użu tat-tabakk hi kruċjali. Il-kampanja preċedenti tal-UE, HELP (2005 10), iffukat fuq il-prevenzjoni tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. Din is-sena, ser inniedu kampanja ġdida biex ninkuraġġixxu lill-persuni bl-età bejn il-25 u l-34 sena biex ma jkomplux ipejpu.  Il-kampanja l-ġdida minflok ma qed tiffoka fuq il-perikli tat-tipjip qed tinsisti fuq il-vantaġġi fiżiċi, mentali u finanzjarji li wieħed jakkwista meta jieqaf mit-tipjip.


L-għan tagħna hu li nirnexxu fil-kontroll tat-tabakk, għas-sikurezza u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna, biex l-Ewropa tkun aktar b'saħħitha u biex inkunu leħen strumentali fil-politika dinjija tas-saħħa dwar il-kontroll tat-tabakk.





Aħbarijiet mill-UE


Bażi tad-dejta ġdida tad-WHO/Ewropa dwar in-nutrizzjoni, l-obeżità u l-attività fiżika.

Il-bażi tad-dejta se tgħin lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-professjonisti jindirizzaw il-livelli spirali tal-mard li ma jittiħidx.


Bażi tad-dejta ġdida tad-WHO/Ewropa dwar in-nutrizzjoni, l-obeżità u l-attività fiżika.

Il-bażi tad-dejta se tgħin lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-professjonisti jindirizzaw il-livelli spirali tal-mard li ma jittiħidx.


UE-OSHA tingħaqad mad-Deċennju ta' Azzjoni għas-Sikurezza fit-Toroq 2011-20 tan-NU

UE-OSHA nediet websajt ġdid b'informazzjoni biex tassisti fis-sikurezza tas-sewwieqa.


UE-OSHA tingħaqad mad-Deċennju ta' Azzjoni għas-Sikurezza fit-Toroq 2011-20 tan-NU

UE-OSHA nediet websajt ġdid b'informazzjoni biex tassisti fis-sikurezza tas-sewwieqa.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Olanda

50plusnet - websajt bla ħlas jgħin lill-anzjani jwessgħu n-netwerk soċjali tagħhom

L-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma' nies ta' mparhom biex jiktbulhom u jitkellmu magħhom, u biex jieħdu sehem fi klabbs jew f'attivitajiet. Il-websajt inħoloq mill-Istitut Nazzjonali għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (NIGZ).


Franza

Kampanja ġdida biex is-soċjetà tħares b'mod differenti lejn il-kanċer

Kampanja ġdida ta' ħolqien ta' għarfien tipprova tibdel il-mod kif inħarsu lejn il-kanċer u l-vittmi tal-kanċer.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer (25-31 ta' Mejju 2011) – impenn konġunt biex ikun evitat il-kanċer

Din l-inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Ewropej kontra l-Kanċer u tal-Partenarjat Ewropew għal Azzjoni Kontra l-Kanċer tiffoka fuq l-istili ta' ħajja tajbin għas-saħħa.


Il-Kummissjoni tħarrax il-ġlieda kontra d-droga

Waqt il-laqgħa ministerjali tal-G8 f'Pariġi, il-Kummissjoni appellat għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-droga u ppreżentat inizjattivi ġodda għall-ġlieda kontra din il-pjaga moderna.


L-UE tadotta miżuri ambizzjużi kontra l-mediċini foloz

Il-liġi tintroduċi miżuri u kontrolli ġodda armonizzati, pan-Ewropej għas-sikurezza.




Avvenimenti li ġejjin


Il-konferenza Azzjoni għal Prevenzjoni (Budapest, 30-31 Mejju 2011)

Il-konferenza tlaqqa' flimkien ħassieba ewlenin mill-qasam tan-nutrizzjoni, l-attività fiżika u l-kontroll tat-tabakk.


Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm (14 ta' Ġunju 2011)

Id-WHO għażlet dan il-jum biex jingħata għarfien lill-miljuni ta' nies li jsalvaw il-ħajjiet u jtejbu s-saħħa ta' persuni oħrajn billi jagħtu d-demm, u biex tenfasizza l-ħtieġa li jingħata b'mod regolari d-demm biex ikunu evitati l-iskarsezzi.


It-3 konferenza Ewropea dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti (Budapest, 16-17 Ġunju 2011)

Dan l-avveniment se jlaqqa' flimkien il-partijiet interessati fil-prevenzjoni ta' aċċidenti/korrimenti mill-Ewropa u minn madwar id-dinja biex jitkellmu u jiddiskutu dwar l-aħħar riċerka, politiki u prattiki fil-qasam tal-korrimenti.




Pubblikazzjonijiet ġodda


L-infiq għall-anzjani fil-pajjiżi tal-OECD mistenni tal-anqas jirdoppja sal-2050

Il-gvernijiet jinħtiġilhom ifasslu l-politiki tal-kura fit-tul tagħhom b'mod aktar affordabbli u jipprovdu appoġġ aħjar lil min jagħti l-kura u lill-professjonisti, skont ir-rapport il-ġdid tal-OECD.


L-infiq għall-anzjani fil-pajjiżi tal-OECD mistenni tal-anqas jirdoppja sal-2050

Il-gvernijiet jinħtiġilhom ifasslu l-politiki tal-kura fit-tul tagħhom b'mod aktar affordabbli u jipprovdu appoġġ aħjar lil min jagħti l-kura u lill-professjonisti, skont ir-rapport il-ġdid tal-OECD.


Biex il-konsumaturi Ewropej jinżammu sikuri – ir-rapport annwali RAPEX 2010

Fl-2010, rekord ta' 2,244 prodott mhumiex sikuri ma tħallewx, tneħħew jew inġabru mis-suq bis-saħħa tas-sistema ta' twissija rapida tal-UE għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX).


Biex il-konsumaturi Ewropej jinżammu sikuri – ir-rapport annwali RAPEX 2010

Fl-2010, rekord ta' 2,244 prodott mhumiex sikuri ma tħallewx, tneħħew jew inġabru mis-suq bis-saħħa tas-sistema ta' twissija rapida tal-UE għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX).


Għarfien bażiku dwar il-kontroll tat-tuberkulożi – manwal dwar il-metodi ta' dijanjosi

Dan il-manwal b'9 kapitli jiddeskrivi t-tekniki bażiċi fid-dijanjosi f'laboratorju tat-tuberkulożi. Maħsub biex jikkontribwixxi għall-isforzi tal-UE/ŻEE biex jiġu armonizzati l-metodi ta' dijanjosi għall-mard tas-sider.


Għarfien bażiku dwar il-kontroll tat-tuberkulożi – manwal dwar il-metodi ta' dijanjosi

Dan il-manwal b'9 kapitli jiddeskrivi t-tekniki bażiċi fid-dijanjosi f'laboratorju tat-tuberkulożi. Maħsub biex jikkontribwixxi għall-isforzi tal-UE/ŻEE biex jiġu armonizzati l-metodi ta' dijanjosi għall-mard tas-sider.




Fokus


Jum Dinji Mingħajr Tabakk (31 ta’ Mejju 2011)


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE - Tabakk

Kummissjoni Ewropea - Saħħa u Konsumaturi

Tabakk

Kummissjoni Ewropea - Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


Stqarrija minn John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Mingħajr Tabakk

John Dalli jesprimi l-impenn kontinwu tiegħu biex jiġu ttrattat il-konsum tat-tabakk u l-effetti ħżiena tiegħu fl-UE u madwar id-dinja. Se tibda fil-ġimgħat li ġejjin kampanja ġdida mifruxa mal-UE kollha li se timmira lil dawk li jpejpu bl-età bejn il-25 u l-34 sena.


Mistoqsijiet u tweġibiet: Il-ġlieda kontra t-tabakk fl-UE

X'impatt għandu t-tabakk fuq is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE? Kull sena madwar 650,000 ċittadin tal-UE jmutu qabel iż-żmien minħabba l-konsum tat-tabakk.


Jum Dinji Mingħajr Tabakk 2011: Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO

B'mod ġenerali, it-tabakk jikkawża aktar minn 6 miljun mewt prematura ta' kull sena, 1.6 miljun fir-Reġjun Ewropew tad-WHO.



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Tipjip fil-films - impatt fuq iż-żgħażagħ Ewropej u l-għażliet ta' politika

Il-proġett jikkwantifika t-tipjip fil-films Ewropej, jinvestiga l-konnessjonijiet mat-tipjip fost l-adolexxenti, janalizza l-politiki tal-pajjiżi tal-UE rigward it-tipjip fil-films u jiżviluppa politiki biex jitnaqqas it-tipjip fil-films.


TobTaxy - Bini ta' kapaċità: Kif it-taxxa fuq it-tabakk issir moda

Dan il-proġett għandu l-għan li jinforma lill-komunità tas-saħħa pubblika u tal-kontroll tat-tabakk dwar it-taxxa fuq it-tabakk u l-kwistjonijiet tal-kuntrabandu.


ACCESS - Strateġiji ta' aċċess għall-waqfien mit-tipjip fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa

Il-proġett se jinvestiga kif żgħażagħ li jpejpu jistgħu jiġu motivati biex jieħdu sehem f'interventi li jwaqqfu t-tipjip u se jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti għall-prattika ta' waqfien.



Ħoloq interessanti oħra


Il-Partenarjat Kontra t-Tipjip


ENSP - Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip


ECL - Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Ewropej Kontra l-Kanċer


UICC - Unjoni Internazzjonali kontra l-kanċer


Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk


Inizjattiva Ħelsien mit-Tabakk tad-WHO


WHO Ewropa – Tabakk


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk