Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 69, IS 28 ta´ April 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Jum Dinji għas-Sikurezza u s-Saħħa fix-xogħol - it-28 ta' April 2011

Minn Andrew Smith, il-Kap tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni, Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fix-Xogħol (EU-OSHA)

Kull sena fl-UE, ikkalkulat li madwar 164,000 mewt huma kkawżati minħabba x-xogħol.
Minn dawn:
- 5,580 jirriżultaw minn aċċidenti fuq il-post tax-xogħol
- 159,000 huma kkawżati minn problemi relatati mas-saħħa professjonali.

It-28 ta' April hu l-Jum Dinji għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol. Organizzat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-għan tiegħu hu li jkunu promossi s-sikurezza, is-saħħa u x-xogħol deċenti fid-dinja kollha.

L-awtoritajiet nazzjonali, it-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet ta' dawk li jħaddmu u l-professjonisti tas-sikurezza u tas-saħħa fid-dinja kollha se jkunu qed jorganizzaw attivitajiet biex jimmarkaw din l-okkażjoni. Minn naħa tagħha, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, EU-OSHA, se tkun qed tippreżenta l-Premjijiet Ewropej tal-Prattika Tajba għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol waqt ċeremonja f'Budapest organizzata flimkien mal-presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-istatistika turi li ħafna ħaddiema u sidien ta' ħaddiema għadhom mhumiex konxji tar-riskji li jiffaċċjaw u kif għandhom jimmaniġġjawhom. Il-Jum Dinji għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol 2011 qed jiffoka fuq il-benefiċċji ta' Sistema ta' Ġestjoni għas-Sikurezza u s-Saħħa Professjonali: titjib kontinwu fil-prevenzjoni ta' aċċidenti u ta' ħsara għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol aktar milli biex jiġu protetti l-ħaddiema bħala attività "ta' darba".

Nistiednuk tingħaqad magħna f'dan il-jum importanti.

Aħbarijiet mill-UE

Sistema għall-Ġestjoni tal-OSH: Għodda għal titjib kontinwu

Ir-rapport jiddiskuti l-applikazzjoni tas-Sistema għall-Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Saħħa Professjonali (OSHMS) għall-ġestjoni effettiva tal-perikli u r-riskji fil-post tax-xogħol. Dan kien ippreparat biex iservi ta' sfond għall-kampanja tal-Jum Dinji għas-Sikurezza u s-Saħħa fix-Xogħol 2011.

Sejħa għall-espressjonijiet ta' interess għall-esperti

Is-Sejħa ġdida għall-espressjonijiet ta' interess għall-esperti 2011 tinsab issa ppubblikata fis-suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali. Is-sejħa tibqa' miftuħa għall-massimu tat-tul ta' żmien tal-Programm tal-UE dwar is-Saħħa (sal-aħħar tal-2013).

Il-5 edizzjoni tal-Premju Ewropew għas-Saħħa

Il-premju jenfasizza u jippremja inizjattiva f'aktar minn pajjiż Ewropew wieħed li tikkontribwixxi biex ikunu sodisfatti ċerti sfidi fil-qasam tas-saħħa fl-Ewropa u li tnaqqas id-differenzi fl-għoti ta' servizzi tas-saħħa fl-Ewropa kollha.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Il-Bulgarija

Il-ministeru tas-saħħa jipparteċipa b'mod attiv fil-politika għall-integrazzjoni tar-Roma

Prijorità ewlenija hi li jingħata aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa liċ-ċittadini fil-pajjiż ikunu xi jkunu s-sess, l-età, l-etniċità jew il-klassi soċjali.

Lussemburgu

L-użu tal-lingwi barranin jista' jipproteġilek il-memorja

Riċerka miċ-Ċentru għall-Istudji dwar is-Saħħa, parti miċ-Ċentru għar-Riċerka dwar is-Saħħa Pubblika tal-Lussemburgu (CRP-Santé) uriet li l-użu ta' diversi lingwi barranin jista' ma jħallix li sseħħ ħsara konjittiva.

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza dwar is-saħħa u t-teknoloġija (Guarda – il-Portugall, fid-29 ta' April 2011)

Il-konferenza se tiffoka fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp li għaddej tal-IT u fuq prospetti ġodda għal sistemi innovattivi.

Saħħa-e 2011 (Budapest, bejn l-10 u t-12 ta' Mejju 2011)

Taħt l-awspiċju tal-Presidenza Ungeriża tal-UE, il-ġimgħa tas-Saħħa-e 2011 se tkun l-akbar avveniment pan-Ewropew li qatt sar dwar is-Saħħa-e. Flimkien mal-kollokazzjoni tal-konferenza ministerjali għolja tal-Kummissjoni Ewropea u d-Dinja tal-Konferenza u l-Esibizzjoni tal-IT tas-Saħħa (WoHIT).

Konferenza dwar l-AIDS fir-reġjun Ewropew 2011 – HIV fl-Ewropa – unità u diversità (Tallin, bejn il-25 u s-27 ta' Mejju 2011)

Il-konferenza għandha tipprovdi kemm forum biex ikunu indirizzati l-prattika tajba, it-tagħlim miksub u l-lakuni fit-tagħrif, kif ukoll is-suċċessi, l-isfidi u l-innovazzjonijiet fil-prevenzjoni tal-HIV.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Statistika dwar is-saħħa: Gwida kumpatta ta' Eurostat

Is-saħħa hi prijorità importanti għall-Ewropej, li jistennew li jkunu protetti kontra l-mard fid-dar, fil-post tax-xogħol u meta jivvjaġġaw.

Statistika dwar is-saħħa: Gwida kumpatta ta' Eurostat

Is-saħħa hi prijorità importanti għall-Ewropej, li jistennew li jkunu protetti kontra l-mard fid-dar, fil-post tax-xogħol u meta jivvjaġġaw.

Il-piż tal-mard mill-ħsejjes ambjentali. Kwantifikazzjoni tas-snin ta' ħajja f'saħħitha mitlufin fl-Ewropa

Din il-pubblikazzjoni tiġbor fil-qosor l-evidenza dwar ir-relazzjoni bejn il-ħsejjes ambjentali u l-problemi tas-saħħa, inklużi l-mard kardjovaskulari, il-ħsara konjittiva, it-tfixkil tal-irqad, iż-żanżin tal-widnejn, u l-fastidju.

Sikurezza u saħħa professjonali fis-settur tat-trasport — ħarsa ġenerali

Dan ir-rapport jirrivedi r-riskji tal-OHS ta' varjetà wiesgħa ta' professjonijiet fil-qasam tat-trasport, janalizza l-istatistika u l-istudji, u jippreżenta każijiet ta' studju dwar il-prevenzjoni.

Fokus

Jum dinji għas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol - it-28 ta' April 2011

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Fil-Post tax-Xogħol

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol

Kummissjoni Ewropea – DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

OSHA - L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza fuq ix-Xogħol

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

MHPHands - Kotba għall-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali

L-għan ġenerali ta' dan il-proġett hu li jagħti lil staff f'ambjenti differenti (l-iskejjel, il-postijiet tax-xogħol, l-ambjenti li fihom jgħixu persuni anzjani) ir-riżorsi meħtieġa biex jissaħħaħ il-benesseri mentali taż-żgħażagħ, tal-forza tax-xogħol u tal-persuni anzjani.

Ħoloq interessanti oħra

ENWHP - Netwerk Ewropew għall-Promozzjoni tas-Saħħa fil-Post tax-Xogħol

EPHA – Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika

WHO Ewropa - Saħħa professjonali

ILO - Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk