Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 68, IS 7 ta´ April 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Reżistenza kontra l-mikrobi: il-ħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali

Dr. Emese Szilagyi, Epidempjologu Mediku, Ċentru Nazzjonali għall-Epidemjoloġija, l-Ungerija.

Ir-reżistenza kontra l-mikrobi hi konsegwenza ta' użu żejjed u użu ħażin tal-antibijotiċi, kif ukoll prattiki ħżiena tal-kontroll tal-infezzjonijiet biex tiġi evitata t-trażmissjoni. Il-livelli dejjm jiżdiedu tar-reżistenza kontra l-mikrobi jirrappreżentaw waħda mill-ikbar theddidiet għas-saħħa pubblika fid-dinja, peress li jnaqqsu l-effettività tat-trattament kontra l-mikrobi, iwasslu għal iktar morbożità u mortalità u jżidu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa.

Minħabba li l-globalizzazzjoni tagħmel lill-pajjiżi kollha iktar vulnerabbli għall-mard li joriġina barra l-fruntieri tagħhom, ir-reżistenza hi theddida ewlenija għas-saħħa pubblika globali. L-ebda pajjiż li jaġixxi waħdu ma jista' jipproteġi lill-popolazzjoni tiegħu b'mod xieraq. In-natura dinjija tar-reżistenza kontra l-mikrobi ssejjaħ għal rispons dinji. Hi meħtieġa azzjoni kollettiva internazzjonali.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ħadu passi importanti fil-kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-reżistenza kontra l-mikrobi. It-theddida dinjija li kull ma' jmur qed tikber kienet rikonoxxuta fis-Samit tal-UE u tal-Istati Uniti fl-2009. Wara dan inħoloq it-Task Force Transatlantiku dwar ir-Reżistenza kontra l-Mikrobi (TATFAR) biex jiġu indirizzat b'mod konġunt il-kwistjonijiet urġenti: l-użu adegwat ta' mediċini kontra l-mikrobi, il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċini u strateġiji għal introduzzjoni iktar faċli ta' mediċini ġodda kontra l-mikrobi.

Il-kompitu ewlieni tat-TATFAR kien li jiddefinixxi l-oqsma potenzjali fejn kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Istati Uniti tista' tagħti l-frott u li jirrapporta dwarhom lill-mexxejja politiċi fis-Samit li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti (2011). It-TATFAR kien ukoll opportunità eċċellenti biex jiżdied il-ftehim reċiproku ta' programmi eżistenti relatati mar-reżistenza kontra l-mikrobi fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, jissaħħaħ id-djalogu transatlantiku, jitgħallmu minn xulxin u jippromwovu l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni.

Il-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-UE bi pjaċir laqgħet it-tieni laqgħa wiċċ imbwiċċ mat-TATFAR f'Budapest fit-23-24 ta' Marzu. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill għaraf it-theddida dejjem tikber tar-reżistenza kontra l-mikrobi, qed jagħti attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tar-reżistenza kontra l-mikrobi u qed jaħdem biex isib soluzzjonijiet prattiċi u effettivi.

Aħbarijiet mill-UE

It-2 rapport dwar l-għoti tad-demm u komponenti tad-demm b'mod volontarju u bla ħlas

Daqqa t'għajn lejn l-għoti tad-demm u komponenti tad-demm b'mod volontarju u bla ħlas fl-UE, b'enfasi fuq id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u l-politiki, kif ukoll kwistjonijiet tal-ġbir u tal-provvista.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Danimarka

Is-saħħa tal-irġiel Daniżi - rapport tal-gvern

Fid-Danimarka, 83.7% tal-irġiel irrappurtaw li b'mod ġenerali jħossuhom tajjeb biżżejjed biex jagħmlu dak li jixtiequ jagħmlu. Kif jirnexxilhom? Għat-tweġiba, aqra dan ir-rapport mill-Bord Nazzjonali Daniż tas-Saħħa.

Olanda

Investiment fis-saħħa: possibbli, mixtieq, indispensabbli

L-Istatus dwar is-Saħħa Pubblika u r-Rapporti ta' Tbassir tal-2010 sabu li l-Olandiżi qed isiru iktar b'saħħithom. L-istennija tal-għajxien żdiedet fis-snin reċenti, iżda din mhix raġuni għalfejn għandhom jieqfu hawn.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Il-Kummissjoni tniedi t-3 Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa

Bdiet ir-reġistrazzjoni għat-3 Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa. Dan il-premju jara li jqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet tas-saħħa billi juri t-talenti tal-ġurnalisti minn 27 pajjiż tal-UE.

Farmaċewtiċi - it-tnedija tar-Reġistru tal-UE tal-Provi Kliniċi onlajn

Iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni dwar eluf ta' provi kliniċi farmaċewtiċi awtorizzati li qed isiru fl-UE. Dan ir-reġistru pubbliku uffiċjali jagħmel ir-riċerka klinika dwar il-farmaċewtiċi iktar trasparenti għall-pazjenti u persuni oħrajn.

Avvenimenti li ġejjin

Is-saħħa tat-tfal u l-ambjent (Pariġi, 12-13 ta' April 2011)

Dan il-kungress internazzjonali se jiffoka fuq ir-riskji transġenerazzjonali kkawżati minn kontaminazzjoni fl-utru tal-embriju u l-fetu, li tista' twassal għal mard mhux biss fit-tfal, iżda anke fl-adulti.

Nindirizzaw ix-Xorb minn Persuni Taħt l-Età fl-Ewropa: Lejn Partenarjat Ewropew Komprensiv (Brussell, 13 ta' April 2011)

Is-simpożju internazzjonli se jiġbor esperjenzi komparattivi u l-aħjar prassi fi strateġiji ta' intervent bikri bbażati fuq żgħażagħ u familthom, u se jeżamina konsegwenzi ewlenin oħrajn tax-xorb minn persuni taħt l-età bħall-komportament antisoċjali u s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.

Is-7 Kungress Dinji Annwali dwar il-Kura tas-Saħħa – Ewropa (Brussell, 13-14 ta' April 2011)

400 mexxej mis-setturi kollha tal-kura tas-saħħa se jaqsmu l-aħjar prattiki u inizjattivi ta' suċċess għal twassil u riżultati aħjar fl-Ewropa.

Xjuħija b'saħħitha u attiva għall-Ewropej kollha (Bolonja, 14-17 ta' April 2011)

Dan il-kungress internazzjonali se jipprovdi opportunità għal djalogu xjentifiku interdixxiplinarju fost ir-riċerkaturi, it-tobba u l-professjonisti li jaħdmu mal-persuni anzjani li ġejjin minn oqsma differenti bħall-bijoloġija, il-bijomediċina, il-kimika, l-inġinerija, is-sengħa tal-kura, il-psikoloġija, ix-xjenzi soċjali u s-saħħa pubblika u l-politika.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Fuljett tal-Jum Dinji tas-Saħħa 2011

Spjegazzjoni tal-pakkett ta' politika tal-AMR f'sitt punti tad-WHO, li kwalunkwe pajjiż jista' juża biex jiġġieled kontra r-reżistenza tal-mikrobi.

Fuljett tal-Jum Dinji tas-Saħħa 2011

Spjegazzjoni tal-pakkett ta' politika tal-AMR f'sitt punti tad-WHO, li kwalunkwe pajjiż jista' juża biex jiġġieled kontra r-reżistenza tal-mikrobi.

Rapport dwar l-istatus globali tal-alkoħol u s-saħħa fl-2011

Perspettiva komprensiva tal-konsum tal-alkoħol globali, reġjonali u ta' kull pajjiż, ix-xejriet tax-xorb, il-konsegwenzi fuq is-saħħa u r-rispons tal-politika fil-pajjiżi tal-UE.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Imniedi l-Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa 2011

L-artikli jistgħu jiġu sottomessi sal-24 ta' Lulju 2011. Din is-sena se jkun hemm premju speċjali dwar il-"waqfien tat-tipjip" minbarra l-premjijiet għall-aqwa 3 artikli dwar suġġetti oħrajn.

Fokus

Il-Jum Dinji tas-Saħħa: Reżistenza kontra l-mikrobi - 7 ta' April 2011

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Mard Ieħor Infettiv

Saħħa-UE - L-użu prudenti tal-antibijotiċi

Ir-reżistenza kontra l-mikrobi

Aħbarijiet

Reżistenza kontra l-mikrobi: ebda azzjoni llum, ebda kura għada

Ir-reżistenza kontra l-mikrobi hi problema antika li qed qed issir iktar u iktar perikoluża. Mingħajr sfozi urġenti u konsolidati, nirriskjaw li nerġgħu lura għall-era ta' qabel l-antibijotiċi.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

ARPEC - Reżistenza tal-Antibijotiċi u l-Preskrizzjonijiet għat-Tfal Ewropej

Il-proġett jipprova jtejjeb il-kwalità tal-preskrizzjoni tal-antibijotiċi għat-tfal fl-Ewropa u jiddetermina l-varjazzjoni fil-preskrizzjoni tal-antibijotiċi għall-infezzjonijiet komuni fit-tfulija fil-komunità u l-isptarijiet madwar l-Ewropa.

Ħoloq interessanti oħra

ECDC - Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

EFSA - L-Awtorità Ewropea dwar is-Siġurtà fl-Ikel

EMA – L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Federazzjoni Internazzjonali għall-Kontroll tal-Infezzjonijiet

Task Force Transatlantiku dwar ir-Reżistenza Kontra l-Mikrobi

WHO Ewropa – Jum Dinji tas-Saħħa

WHO Ewropa - Reżistenza kontra l-mikrobi

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk