Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 67, IS 24 ta´ Marzu 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Il-prevenzjoni tat-tuberkulosi lil hinn mis-sistemi tas-saħħa tradizzjonali

It-tabiba Kristi Rüütel- esperta dwar l-HIV, Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv u tal-Abbuż mid-Droga, Istitut Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa

Il-firxa tal-HIV u ż-żieda fl-użu tad-droga b'injezzjoni (IDU) f'ħafna pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, ħolqu grupp ta' riskju ġdid għat-tuberkulosi (TB).

Minn jieħu d-droga ġol-vini huwa vulnerabbli għat-TB. Isibu ostakli biex jingħataw aċċess għall-kura marbuta mat-TB u l-HIV u jistgħu ma jfittxux kura. Hemm bżonn li nindirizzaw dawn l-ostakli biex intejbu l-aċċess għall-kura. Id-dipendenza u problemi oħra jistgħu jagħmlu sfida ikbar biex wieħed isegwi kors ta' kura għat-TB sal-aħħar, u l-pazjenti għandhom bżonn l-għajnuna kollha li nistgħu nagħtuhom.

Minkejja dijanjosi u kura aħjar, il-ġlieda kontra t-TB tkompli, u sfidi ġodda għandhom bżonn azzjoni koordinata li tinvolvi l-imsieħba kollha possibbli – mhux biss is-sistemi u l-atturi tal-kura tas-saħħa tradizzjonali. L-istitut tagħna jaħdem biex itaffi l-piż tat-TB fuq il-pajjiżi u l-individwi biex inaqqas ir-rati ta' mortalità tal-pazjenti.

L-imsieħba ewlenin tagħna huma l-fornituri tal-kura tas-saħħa, iżda f'dawn l-aħħar snin organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità (CBO) qed jinvolvu ruħhom iktar. Huwa assolutament importanti d-dijanjosi bikrija u l-kura effettiva fil-ġlieda kontra l-HIV u t-TB marbuta mal-IDU u s-CBO għandhom l-opportunitajiet uniċi biex jedukaw lill-gruppi fir-riskju, jindentifikaw il-każijiet, jittraċċaw il-kuntatti tal-pazjenti u jgħinuhom jibqgħu fil-kura.

Biex jingħata iktar poter lis-sistemi tas-saħħa u s-CBO u tiżdied il-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati, imsieħba minn għadd ta' pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant se jniedu proġett TUBIDU, bl-appoġġ mill-programm tas-saħħa tal-UE 2008-0213.

Aħbarijiet mill-UE

Konsultazzjoni dwar is-sigurtà tas-saħħa fl-UE – data ta' għeluq għall-kummenti: id-29 ta' April 2011

Qed jintalbu l-opinijonijiet tal-partijiet interessati dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni għandha tieħu biex tipproteġi liċ-ċittadini tal-UE mit-theddid tas-saħħa bejn pajjiż u ieħor b'mod iktar effettiv.

Il-qerda tat-TB fit-tfulija

B'kollaborazzjoni mas-Sottogrupp dwar it-TB fit-tfulija tad-WHO, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard qed jospita konferenza dwar it-TB fit-tfulija biex jeżamina l-isfidi u jiżviluppa strateġija ta' appoġġ ikkordinata.

L-UE toħloq sistema ta' twissija bikrija għat-tsunami

Riċerkaturi ffinanzjati mill-UE għenu fl-iżvilupp ta' sistema ta' twissija bikrija biex tipproteġi l-komunitajiet vulnerabbli mit-tsunamijiet.

L-UE toħloq sistema ta' twissija bikrija għat-tsunami

Riċerkaturi ffinanzjati mill-UE għenu fl-iżvilupp ta' sistema ta' twissija bikrija biex tipproteġi l-komunitajiet vulnerabbli mit-tsunamijiet.

Programm pilota "Xjuħija Attiva u b'Saħħitha" – ħidma preparatorja

L-ewwel sħubija pilota tal-"Unjoni tal-Innovazzjoni" parti minn Ewropa 2020 għandha l-għan li żżid sentejn fuq il-medja tal-għadd ta' snin ta' ħajja b'saħħitha Ewropea.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Svizzera

Santé! L-Isvizzera tiddiskuti l-alkoħol

Fil-qafas tal-Programm nazzjonali dwar l-alkoħol, l-Uffiċċju federali għas-saħħa pubblika qed iħeġġeġ in-nies, nisa u rġiel ta' kull età, mill-qasam ekonomiku, sportiv, edukattiv u xjentifiku, biex jieħdu seħem fi pjattaforma vasta ta' diskussjoni.

Italja

Kampanja ta' komunikazzjoni għall-prevenzjoni tat-tumur tas-sider

It-tumur tas-sider jolqot mara minn kull 11. U ħadd ma jixtieq ikun flokha

Iraq

Ras ir-Randan – Illum ieqaf pejjep

Hemm madwar miljun ruħ li jpejpu fl-Irlanda, u l-Erbgħa, 9 ta' Marzu hija l-Ġurnata Nazzjonali kontra t-Tipjip – opportunità tajba biex dawk kollha li jpejpu jippruvaw jieqfu. Is-Servizz Eżekuttiv tas-Saħħa qed jipprovdi firxa ta' servizzi ta' appoġġ biex jgħin lin-nies jieħdu dan il-pass.

Avvenimenti li ġejjin

Forum internazzjonali dwar il-kwalità u s-sigurtà fil-kura tas-saħħa (Amsterdam, 5-8 ta' April 2011)

Il-Forum jappoġġa t-titjib fil-kura tas-saħħa u għandu l-għan li jtejjeb ir-riżultati għall-pazjenti u għall-komunitajiet.

Forum Internazzjonali dwar is-Saħħa-e, it-Telemediċina, u l-ICT fis-Saħħa (il-Lussemburgu, 6-8 ta' April 2011)

Med-e-Tel jiffoka fuq l-applikazzjonijiet tas-saħħa-e u t-telemediċina, firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet tal-ICT fil-mediċina u l-konverġenza tal-ICT mal-applikazzjonijiet mediċi.

Il-Ħames Ġurnata Ewropea għad-Drittijiet tal-Pazjenti – konferenza (Brussell, 11-12 ta' April 2011)

Il-partijiet interessati fis-saħħa se jiddiskutu kif iċ-ċittadini jesperjenzaw is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Il-kontroll dinji tat-TB 2010

Dan ir-rapport jipprvodi valutazzjoni komprensiva u aġġornata tal-epidemija tat-tuberkulosi u l-progress tal-kura u l-kontroll tat-TB fuq livell dinji, reġjonali u tal-pajjiż.

Progress lejn il-qerda tat-TB

Dan ir-rapport jagħti ħarsa lejn il-kontroll tat-tuberkulosi bħalissa fl-Ewropa, ippoġiha fil-kuntest dinji u jippreżenta qafas biex ikun monitorat il-progress lejn il-qerda tat-TB.

Pjan Dinji biex Neqirdu t-Tuberkulosi 2011-15

Il-Pjan Dinji biex Neqirdu t-TB hija valutazzjoni komprensiva tal-azzjonijiet u r-riżorsi li hemm bżonn biex tkun implimentata l-istrateġija Neqirdu t-TB u jitnaqqas il-piż dinji tat-TB.

Fokus

Il-jum dinji dwar it-tuberkulosi – l-24 ta' Marzu 2011

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Mard Ieħor Infettiv

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Mard li Jittieħed

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Tuberkulożi

Kummissjoni Ewropea - Riċerka

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Imp.Ac.T – Titjib tal-Aċċess għat-Testjar tal-HIV/TB għall-gruppi marġinalizzati

Il-proġett jaħdem biex iżid l-aċċess għall-ittestjar, il-prevenzjoni, u l-kura tal-HIV/AIDS u t-TB għall-gruppi vulnerabbli bħal dawk li jieħdu d-droga b'injezzjoni (IDU) u l-migranti

HPYP – Il-promozzjoni tas-saħħa għall-ħabsin żgħażagħ

Il-proġett HPYĠ għandu l-għan li jtejjeb il-promozzjoni tas-saħħa għaż-żgħażagħ vulnerabbli fil-ħabs.

Ħoloq interessanti oħra

ECDC - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk