Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 65, IS 24 ta´ Frar 2011

F'din il-ħarġa


Merħba


Pazjenti informati għal kura tas-saħħa sikura bejn il-fruntieri


Nathalie Chaze, Kap tal-Unità C5 – Strateġija dwar is-saħħa u sistemi tas-saħħa



Raġel Ġermaniż avvanzat fiż-żmien li jbati bid-dijabete li jkun sejjer għal żjara fl-Italja jieħu miegħu ftit riċetti tat-tobba żejda, iżda l-ispiżjar jaċċettahomlu? Mara Pollakka għandha bżonn tagħmel operazzjoni f'ġenbejha u tippreferi tagħmel dan fil-pajjiż fejn jgħixu n-neputijiet tagħha, iżda kif tista' torganizza dan kollu mill-Polonja? Raġel Portugiż jixtieq jagħmel l-operezzjoni tal-katarretti għand speċjalist fi Spanja, iżda jista' jiġi rimborżat?

 

Dawn mhumiex ħlief ftit eżempji għalfejn huma meħtieġa regoli ċari u koerenti dwar il-kura tas-saħħa bejn il-pajjiżi.

 

Liġi ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kuntest tal-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri dalwaqt se tiġi adottata. Din għandha tiċċara d-drittijiet tal-pazjenti għal kura sikura u ta' kwalità tajba f'pajjiżi oħra tal-UE, u li tista' tiġi rimborżata. Il-pazjenti li jivvjaġġaw f'pajjiż ieħor tal-UE għal kura medika se jgawdu minn trattament ugwali daqslikieku huma ċittadini tal-pajjiż fejn ikunu qed jieħdu l-kura.

 

Din il-liġi l-ġdida se tibbenefika l-pazjenti tal-UE b'għadd ta' modi oħra wkoll. Din se:

- Tagħmilha aktar faċli biex l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa jaħdmu iktar mill-qrib bejniethom u biex ipartu l-informazzjoni dwar standards ta' kwalità u ta' sikurezza fil-kura tas-saħħa.
- Tipprovdi għajnuna lill-pazjenti li għandhom bżonn kura speċjalizzata, pereżempju pazjenti li jbatu minn mard rari.
- Tippromwovi r-rikonoxximent tar-riċetti tat-tobba fl-UE kollha.
- Tgħin toħloq Netwerks Ewropej ta' Referenza, li jlaqqgħu flimkien ċentri speċjalizzati u jippermettu lill-esperti fl-Ewropa jaqsmu l-aħjar eżempji dwar il-kura tas-saħħa u jiżviluppaw standards ta' eċċellenza.

 

B'din il-liġi ġdida, sa fl-aħħar se jiġu indirizzati għexieren ta' snin ta' inċertezza legali dwar il-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri.





Aħbarijiet mill-UE


Filmat ġdid tal-UE dwar il-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri

Dan il-filmat jurik min jista' jitlob kura u min iħallas il-kont.


Filmat ġdid tal-UE dwar il-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri

Dan il-filmat jurik min jista' jitlob kura u min iħallas il-kont.


Azzjoni biex jonqos l-impatt tal-użu eċċessiv tal-alkoħol

Ir-rapport dwar l-istatus globali li għadu kif ġie ppubblikat dwar l-alkoħol u s-saħħa janalizza l-evidenza tal-konsum tal-alkoħol u jipprovdi dejta dwar 100 pajjiż individwali.


Azzjoni biex jonqos l-impatt tal-użu eċċessiv tal-alkoħol

Ir-rapport dwar l-istatus globali li għadu kif ġie ppubblikat dwar l-alkoħol u s-saħħa janalizza l-evidenza tal-konsum tal-alkoħol u jipprovdi dejta dwar 100 pajjiż individwali.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Lussemburgu

"I love my body"

Bħala parti mill-programm "Eat healthy, Move more" il-kampanja l-ġdida tal-Ministeru tas-Saħħa tħeġġeġ il-konsum regolari tal-ħaxix u l-frott.


Belġju

Nindirizzaw il-marda tal-Alzheimer

Din il-gwida prattika hi mmirata għall-persuni li jbatu mill-Alzheimer jew mard relatat, iżda wkoll għal kull min jixtieq jitgħallem aktar dwar dan il-mard.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Direttiva tal-UE dwar id-Drtittijiet tal-Pazjenti fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali – dikjarazzjoni mill-Kummissarju Dalli

Id-Direttiva tiċċara d-drittijiet tal-pazjenti għal kura sikura u ta' kwalità f'pajjiżi oħra tal-UE, kif ukoll kwistjonijiet dwar ir-rimborż tal-ispejjeż.


Mistoqsijiet u Tweġibiet: Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri

L-iktar mistqsijiet frekwenti dwar id-drittijiet u r-regoli għall-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri.


Sensibilizzazzjoni dwar in-numru uniku Ewropew ta' emerġenza 112

Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-membri kollha tal-UE biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex jirreklamaw in-numru ta' emerġenza 112, li jista' jintuża fil-pajjiżi kollha tal-UE biex taqbad mas-servizzi tal-emerġenza.




Avvenimenti li ġejjin


Il-Jum tal-Mard Rari: Enfasi fuq l-inugwaljanzi fis-saħħa (28 ta' Frar 2011) (28 February 2011)

Il-Jum tal-Mard Rari hu maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar il-mard rari fost il-pubbliku, l-awtoritajiet tas-saħħa, nazzjonali u lokali u l-fassala tal-politika Ewropej, il-professjonisti tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, l-industriji farmaċewtiċi u bijotekniċi u l-midja.


Il-kura tas-saħħa fl-Ewropa – It-trasformazzjoni tal-politika, tas-sistemi u tal-finanzjament (Ġinevra, 17 ta' Marzu 2011)

Is-samit huwa laqgħa unika ta' partijiet interessati influwenti fil-kura tas-saħħa, inkluż fassala għolja tal-politika, fornituri tal-kura tas-saħħa, finanziera u regolaturi.


Saħħa-e – Pjan Olistiku Ġdid għall-Kura tas-Saħħa fl-Ewropa (Brussell. 23 – 24 ta' Marzu 2011)

Dan is-simpożju internazzjonali se janalizza l-aħħar inizjattivi tas-Saħħa u l-isfidii ewlenin biex jissawru s-sistemi futuri tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa.




Pubblikazzjonijiet ġodda


L-ewwel rapport tad-WHO dwar mard tropiku traskurat

Dan ir-rapport jippreżenta evidenza li l-attivitajiet li saru għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tropiku traskurat qed jagħtu riżultati.


L-ewwel rapport tad-WHO dwar mard tropiku traskurat

Dan ir-rapport jippreżenta evidenza li l-attivitajiet li saru għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tropiku traskurat qed jagħtu riżultati.


Pubblikazzjoni ġdida tenfasizza rakkomandazzjonijiet għad-dħul rapidu tas-Saħħa-e

Hi meħtieġa azzjoni rapida biex jiżdied l-aċċess tal-pazjenti għas-Saħħa-e billi jiġu stabbiliti miri għall-pajjiżi tal-UE dwar ir-rimborż u l-aċċess għat-teknoloġiji tal-innovazzjoni.


Pubblikazzjoni ġdida tenfasizza rakkomandazzjonijiet għad-dħul rapidu tas-Saħħa-e

Hi meħtieġa azzjoni rapida biex jiżdied l-aċċess tal-pazjenti għas-Saħħa-e billi jiġu stabbiliti miri għall-pajjiżi tal-UE dwar ir-rimborż u l-aċċess għat-teknoloġiji tal-innovazzjoni.



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Websajt ta' Ewropa għall-Pazjenti – taqsima ġdida dwar il-farmaċewtiċi

Informazzjoni uffiċjali dwar l-azzjonijiet tal-UE li jgħinu lill-Ewropej ikunu b'saħħithom kemm jista' jkun


Websajt ta' Ewropa għall-Pazjenti – taqsima ġdida dwar il-farmaċewtiċi

Informazzjoni uffiċjali dwar l-azzjonijiet tal-UE li jgħinu lill-Ewropej ikunu b'saħħithom kemm jista' jkun



Fokus


Pazjenti informati għal kura tas-saħħa sikura bejn il-fruntieri


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE - Mobilità fl-Ewropa

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Assikurazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Sigurtà għall-Pazjenti

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Kura bejn il-fruntieri

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Európai Bizottság – Egészség- és Fogyasztóügyi Főigazgatóság

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi



Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 - Artikli


Medicine without borders – minn Célia Laherrere, rebbieħa minn Franza



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


HEALTHACCESS – Preżentazzjoni tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa: Kwistjonijiet nazzjonali u bejn il-fruntieri

Il-proġett iħares lejn qafas ta' ostakli (fi ħdan il-pajjiżi) għal servizzi tas-saħħa aċċessibbli u adegwati.


BORDERNET

HIV/AIDS u prevenzjoni, dijanjosi u terapija tal-mard sesswalment trażmissibbli, f'reġjuni li jaqsmu l-fruntieri fost il-fruntieri kurrenti tal-UE u l-fruntieri l-ġodda lil hinn mill-KE



Ħoloq interessanti oħra


UEMS – Unjoni Ewropea ta' l-Ispeċjalisti Mediċi


EFN – Federazzjoni Ewropea ta' l-Assoċjazzjonijiet ta' l-Infermiera


EUPHA – Assoċjazzjoni Ewropea tas-Saħħa Pubblika


EHMA - Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġestjoni tas-Saħħa


HOSPEEM – Sptar Ewropew u Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema fis-settur tas-saħħa


HOPE – Federazzjoni Ewropea tal-Isptarijiet u tal-Kura tas-Saħħa


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk