Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 63, IS 27 ta´ Jannar 2011

F'din il-ħarġa


Merħba


3 ċifri x'tiftakar f'każ ta' emerġenza fl-UE: 1-1-2


Jerome Paris, Fondazzjoni 112



Kull sena, 150 miljun Ewropew jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea għal xogħol jew għal btala. Iżda 65% minnhom iħossuhom inqas sikuri meta jkunu barra minn pajjiżhom. Hawn iktar minn 60 numri ta' emerġenza fl-UE, iżda wieħed biss jagħtik il-possibbiltà li taqbad is-servizzi tal-emerġenza kollha (tifi tan-nar, puliżija, ambulanza) direttament u bla ħlas fil-pajjiżi membri kollha: 112.


95% taċ-ċittadini Ewropej jaqblu dwar l-utlità ta' numru ta' emerġenza  wieħed li jaħdem kullimkien fl-UE. In-numru 112 kien mitlub miċ-ċittadini. Immaġina li tinqalalek emerġenza barra minn pajjiżek u ma tkunx tista' tiftakar in-numru/i ta' emerġenza nazzjonali. Tippanikjax, kull fejn tkun fl-UE, tista' ċċempel in-numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza.


Tista' ċċempel 112 minn telefown fiss, inklużi dawk bil-ħlas, jew minn mowbajls. Dejjem bla ħlas u jaħdem 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Għadd ta' pajjiżi barra mill-UE u barra mill-Ewropa qed jibdew jużaw il-112. Fl-Istati Uniti wkoll, jekk iċċempel 112 minn mowbajl, it-telefonata tiġi kkunsidrata bħala 911.


Sfortunatament, ftit ċittadini huma konxji min-numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza. Fl-2010, 25% tal-Ewropej biss setgħu jidentifikaw il-112 bħala numru validu madwar l-UE kollha. "112 huwa serviżż għaċ-ċittadini Ewropej kollha: vera dnub li ma jafux bih. Flimkien għandu jirnexxilna nagħmlu dan in-numru magħruf minn kull ċittadin Ewropew," qal Emmanuel Paul, il-president tal-Fondazzjoni 112, fondazzjoni bbażata fi Brussell iddedikata għall-promozzjoni tan-numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza. "Kull sena, fil-11 ta' Frar infakkru il-Ġurnata Ewropea 112: Ippromwovu l-112 dakinhar"





Aħbarijiet mill-UE


Il-Presidenza Ungeriża tal-UE: WHO/Europe tikkontribwixxi għall-prijoritajiet tas-saħħa


Il-Presidenza Ungeriża tal-UE: WHO/Europe tikkontribwixxi għall-prijoritajiet tas-saħħa


Q&A: Id-drittijiet tal-pazjenti għall-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor tal-UE

Liġi ġdida li għadha kif ġiet adottata tikkjarifika d-drittijiet tal-pazjenti għall-aċċess u r-rimbors għall-kura barra minn pajjiżhom.


Q&A: Id-drittijiet tal-pazjenti għall-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor tal-UE

Liġi ġdida li għadha kif ġiet adottata tikkjarifika d-drittijiet tal-pazjenti għall-aċċess u r-rimbors għall-kura barra minn pajjiżhom.


Programm tas-saħħa - adozzjoni tal-Pjan ta' Ħidma 2010

Id-deċiżjoni li temenda hija dwar: l-implimentazzjoni tat-tieni programm dwar l-azzjoni tas-saħħa fil-Komunità (2008-13); l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programm; u l-ħlas tal-Komunità lid-WHO FCTC.


Programm tas-saħħa - adozzjoni tal-Pjan ta' Ħidma 2010

Id-deċiżjoni li temenda hija dwar: l-implimentazzjoni tat-tieni programm dwar l-azzjoni tas-saħħa fil-Komunità (2008-13); l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programm; u l-ħlas tal-Komunità lid-WHO FCTC.


Imnedija websajt ġdida dwar l-Influwenza tal-Istaġun 2011!

Imfassla b'mod li faċli tintuża u attraenti, il-websajt tinkludi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-epidemija, dak li l-UE qed tagħmel, kif ukoll mappa interattiva biex issib il-punti ta' kuntatt nazzjonali f'kull Stat Membru.


Imnedija websajt ġdida dwar l-Influwenza tal-Istaġun 2011!

Imfassla b'mod li faċli tintuża u attraenti, il-websajt tinkludi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-epidemija, dak li l-UE qed tagħmel, kif ukoll mappa interattiva biex issib il-punti ta' kuntatt nazzjonali f'kull Stat Membru.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Olanda

Sistema ta' ħlasijiet f'pakkett wieħed għall-kura tad-dijabete

Skont il-programm ta' riċerka tal-Kura Integrata għad-Dijabete, tal-Organizzazzjoni Olandiża għar-Riċerka u l-Iżvilupp fis-Saħħa (ZonMw), 10 'gruppi ta' kura' reġjonali bdew jesperimentaw b'sistema ta' ħlasijiet f'pakkett wieħed għall-ġestjoni tad-dijabete.


Italja

Il-Prevenzjoni tal-allerġiji u l-ażma fl-iskejjel

Dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jqajmu l-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-indafa u l-kwalità tal-arja ġol-iskejjel. Jipproponu wkoll miżuri biex jillimitaw l-espożizzjoni tat-tfal allerġiċi għall-fatturi ta' riskju marbuta mal-ażma u allerġiji oħra.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti għall-kura tas-saħħa transkonfinali

Id-direttiva se tkun ta' benefiċċji għall-pazjenti madwar l-Ewropa billi tikkjarifika d-drittijiet tagħhom għall-aċċess għal u r-rimborż tal-kura barra minn pajjiżhom.




Avvenimenti li ġejjin


Premjazzjoni għall-Eċċellenza fis-Sikurezza tat-Toroq (Brussell, l-1 ta' Frar 2011)

Il-Kummissarju għat-Trasport Siim Kallas se jippreżenta premjijiet lir-rebbieħa minn sitt kategoriji għall-impenn tagħhom għall-Karta Ewropea dwar is-Sikurezza tat-toroq.


Il-Jum Dinji kontra l-Kanċer (l-4 ta' Frar 2011)

Il-kanċer hu l-kawża ewlenija tal-mewt fid-dinja. Kull sena, id-WHO tappoġġja l-Unjoni Internazzjonali Kontra l-Kanċer fl-isforzi tagħha biex ittaffi l-piż globali tal-kanċer.


Konferenza dwar is-saħħa tat-tfal (Londra, il-15 ta' Frar 2011)

Din il-konferenza se tipprovdi soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi li qed tiffaċċja l-provvista tas-servizzi tas-saħħa għat-tfal u ż-żgħażagħ




Pubblikazzjonijiet ġodda


Il-manutenzjoni sikura fil-prattika

Il-metodu ġdida ippreżentat f'dan ir-rapport juri b'mod ċar li prattiċi tajba tal-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol (OSH) huma r-raġunijiet ewlenin tal-manutenzjoni sikura u ta' min joqgħod fuqha.


Il-manutenzjoni sikura fil-prattika

Il-metodu ġdida ippreżentat f'dan ir-rapport juri b'mod ċar li prattiċi tajba tal-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol (OSH) huma r-raġunijiet ewlenin tal-manutenzjoni sikura u ta' min joqgħod fuqha.




Fokus


112 - Numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa UE – Ivvjaġġar

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

Is-Soċjetà tal-Informazzjoni – Ir-Rokna tal-112 għat-Tfal

Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni

Is-Soċjetà tal-Informazzjoni - 112 - Numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza

Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni

Għanjuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili – Numru Uniku Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza, 112

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili


Aħbarijiet


Il-Ġurnata Ewropea tal-112 – il-11 ta' Frar 2011

Hekk kif il-Ġurnata Ewropea tal-112 tkun iċċelebrata fil-pajjiżi membri tal-UE kollha, il-Kummissjoni se tippreżenta r-riżultati tal-aħħar studji dwar in-numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza.



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


IPPHEC – A válság során nyújtott pszichológiai segítség javítása

A projekt célja, hogy javítsa a kórházakban nyújtott pszichológiai segítséggel kapcsolatos eljárásokat olyan súlyos katasztrófa-időszakok során, amikor nagyon rövid idő alatt nagyszámú áldozat érkezik.


CIE TOOLKIT – Ir-respons tas-saħħa pubblika għall-emerġenza f'inċidenti kimiċi

L-għan globali tal-proġett huwa li jiffaċilita respons malajr u effettiv għall-inċidenti kimiċi akuti billi jipprovdi materjal rilevanti u manwali ta' taħriġ lill-pajjiżi parteċipanti tal-UE.


CHORIST – L-integrazzjoni tal-komunikazzjoni għat-titjib fil-ġestjoni tar-riskju ambjentali u s-sikurezza taċ-ċittadini

Il-proġett jindirizza l-ġestjoni tar-riskju ambjentali fir-rigward tal-perikli naturali u l-aċċidenti industrijali.


REACH112 – Inwieġbu liċ-ċittadini kollha li għandhom bżonn l-għajnuna

Il-proġett se jimplimenta alternattiva aċċessibbli għat-telefonija tradizzjonali bil-vuċi għall-utenti b'diżabbiltà.



Ħoloq interessanti oħra


EENA – Assoċjazzjoni tan-Numru ta' Emerġenza Ewropew


Fondazzjoni 112


Il-Ġurnata Ewropea tal-112


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk