Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 61, IS 21 ta´ Diċembru 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Premju tal-UE 2010 lill-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa

Paola Testori Coggi, Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur

In-nanoteknoloġiji joffru l-possibbiltà li tiġi żviluppata varjetà ta' materjali u prodotti ġodda bil-potenzjal li jikkontribwixxu għall-oqsma kollha tas-soċjetà. Jeżistu aspettattivi għoljin għall-applikazzjonijiet mediċi (eż. it-twassil immirat tal-mediċini, tekniki għall-ħolqien ta' immaġni), is-settur tal-enerġija (eż. il-ħażna tal-enerġija, il-panelli solari) u x-xjenza materjali (eż. materjali eħfef u iktar b'saħħithom).

Madankollu, l-użu tan-nanoteknoloġiji joħloq sfidi ewlenin għall-assessuri u r-regolaturi tar-riskju, bħal ngħidu aħna kif jiġi determinat li materjal jista' jitqies bħala nanomaterjal. Bħalissa l-UE qed tħejji pjan ta' azzjoni dwar in-nanoxjenza u n-nanoteknoloġiji biex tindirizza l-isfidi ta' politika relatati.

Nanomaterjal hu sempliċiment kategorizzazzjoni ta' materjal minħabba d-daqs tal-partijiet li hu magħmul minnhom (normalment bejn 1 u 100 nm). La jimplika riskju speċifiku u lanqas ma neċessarjament ifisser li l-materjal fil-fatt għandu proprjetajiet perikolużi ġodda. Lanqas ma jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwar il-profil tat-tossiċità tiegħu.

Xi tħassib dwar in-nanomaterjali jiġi minħabba li m'hemmx ċertezza li t-testijiet li jintużaw bħalissa għall-identifikazzjoni tal-periklu u l-valutazzjoni tar-riskju għal sostanzi kimiċi "klassiċi" jistgħux jiġu applikati għan-nanomaterjali. Il-metodoloġija kurrenti tal-valutazzjoni tar-riskju hi flessibbli biżżejjed biex tiġi applikata għan-nanomaterjali. U ħafna metodi eżistenti tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi x'aktarx li huma adegwati għall-identifikazzjoni tal-perikli assoċjati.

Madankollu, ma nistgħux nassumu li l-għarfien xjentifiku kurrenti identifika l-effetti negattivi kollha tan-nanomaterjali. Għalhekk xi adattamenti jew testijiet addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex issir deskrizzjoni sħiħa tal-perikli potenzjali tan-nanomaterjali. Barra dan, għal valutazzjoni tar-riskju kif imiss, hi meħtieġa informazzjoni dwar l-esponiment tal-bniedem u tal-ambjent għan-nanometerjali.

Aħbarijiet mill-UE

Intervista mal-Kummissarju Dalli minn Moira Mizza, il-finalista minn Malta tal-Premju tal-UE 2010 lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa

John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, spjega x'wettaq matul l-ewwel 10 xhur li ilu fil-kariga u l-pjanijiet u l-isfidi tiegħu għas-snin li ġejjin.

Filmat: John Dalli matul l-għoti tal-Premjijiet lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa 2010

J. Dalli, Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, jitkellem mal-parteċipanti fis-seminar tal-midja.

Filmat: John Dalli matul l-għoti tal-Premjijiet lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa 2010

J. Dalli, Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, jitkellem mal-parteċipanti fis-seminar tal-midja.

Websajt ġdid tal-kampanja L-Ewropa għall-Pazjenti onlajn

Dehra ġdida lill-websajt tematiku u multilingwi tal-kampanja "L-Ewropa għall-Pazjenti". Dan il-websajt hu punt ta' referenza fejn issib fatti aġġornati, aħbarijiet, avvenimenti, stqarrijiet għall-istampa u filmati relatati mal-kampanja. Din l-informazzjoni tippreżenta 11-il qasam politiku tal-kampanja li tqiegħed lill-pazjenti fuq quddiem nett, fil-qalba tal-politika tas-saħħa tal-UE.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

"Nistgħu ngħinu fil-ġlieda kontra d-droga"

Din il-kampanja l-ġdida turi kif l-adulti jistgħu jgħinu jevitaw li l-adoloxxenti jużaw id-drogi.

Renju Unit

Ħajja f'Saħħitha, Persuni f'Saħħithom: L-istrateġija tagħna għas-saħħa pubblika fl-Ingilterra

Il-White Paper tistabbilixxi l-viżjoni għal tul ta' żmien tal-Gvern tar-Renju Unit għall-futur tas-saħħa pubblika fl-Ingilterra. L-għan hu li jinħoloq servizz ta' "benessri" (Saħħa Pubblika Ingilterra) u li tissaħħaħ it-tmexxija, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell lokali.

Svizzera

Programm Nazzjonali għall-HIV u infezzjonijiet oħra li jittieħdu sesswalment 2011-2017

Il-Programm Nazzjonali jkompli b'suċċess wara 25 sena ta' ħidma ta' prevenzjoni u jressaq din il-ħidma 'il quddiem fid-dawl tal-aħħar skoperti.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 – Jitħabbru r-rebbieħa!

Fit-30 ta' Novembru, Gianluca Ferraris u Ilaria Molinari ħadu t-tieni Premju għall-Ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa tal-UE fil-preżenza ta' finalisti minn 27 pajjiż, edituri, membri tal-ġurija nazzjonali u tal-UE u rappreżentanti għolja tal-Kummissjoni.

Avvenimenti li ġejjin

Laqgħa Internazzjonali dwar il-mard emerġenti u s-sorveljanza (Vjenna, 4-7 ta' Frar 2011)

Atturi fil-qasam tas-saħħa pubblika, xjentisti, ħaddiema tal-kura tas-saħħa u atturi ewlenin oħra se jiddiskutu kif għandu jiġi miġġieled il-mard li jittieħed bejn il-fruntieri u l-ispeċijiet.

Il-Jum tal-Mard Rari: Enfasi fuq l-inugwaljanzi fis-saħħa (28 ta' Frar 2011) (28 February 2011)

Il-Jum tal-Mard Rari hu maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar il-mard rari fost il-pubbliku, l-awtoritajiet tas-saħħa, nazzjonali u lokali u l-fassala tal-politika Ewropej, il-professjonisti tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, l-industriji farmaċewtiċi u bijotekniċi u l-midja.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa 2010 - ktejjeb

Dan il-ktejjeb jippreżenta l-finalisti ta' din is-sena u l-artikli tagħhom.

Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa 2010 - ktejjeb

Dan il-ktejjeb jippreżenta l-finalisti ta' din is-sena u l-artikli tagħhom.

Setgħa lin-nisa – Niġġieldu kontra l-kummerċjalizzazzjoni tal-industrija tat-tabakk fir-reġjun Ewropew tad-WHO

F'dawn l-aħħar żewġ deċennji, it-tipjip fost in-nisa u t-tfajliet f'ħafna partijiet tar-Reġjun Ewropew tad-WHO żdied, u dan speċjalment minħabba l-kummerċjalizzazzjoni b'ħila u b'suċċess mill-industrija tat-tabakk.

Fokus

Premju tal-UE 2010 lill-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Ewropa għal Pazjenti

Kampanja tal-Kummissjoni Ewropea li tgħaqqad inizjattivi ta' politika differenti bil-għan li tittejjeb il-kura tas-saħħa għal kulħadd fl-Ewropa.

Premju tal-UE 2010 lill-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa 2010 – ritratti taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ingħaqad mal-finalisti fuq Facebook

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk