Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 59, IS 25 ta´ Novembru 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Nanomaterjali: sfidi għall-valutazzjoni tar-riskju

Wim De Jong, Viċi President, Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti jew Identifikati Reċentement (SCENIHR)

In-nanoteknoloġiji joffru l-possibbiltà li tiġi żviluppata varjetà ta' materjali u prodotti ġodda bil-potenzjal li jikkontribwixxu għall-oqsma kollha tas-soċjetà. Jeżistu aspettattivi għoljin għall-applikazzjonijiet mediċi (eż. it-twassil immirat tal-mediċini, tekniki għall-ħolqien ta' immaġni), is-settur tal-enerġija (eż. il-ħażna tal-enerġija, il-panelli solari) u x-xjenza materjali (eż. materjali eħfef u iktar b'saħħithom).

Madankollu, l-użu tan-nanoteknoloġiji joħloq sfidi ewlenin għall-assessuri u r-regolaturi tar-riskju, bħal ngħidu aħna kif jiġi determinat li materjal jista' jitqies bħala nanomaterjal. Bħalissa l-UE qed tħejji pjan ta' azzjoni dwar in-nanoxjenza u n-nanoteknoloġiji biex tindirizza l-isfidi ta' politika relatati.

Nanomaterjal hu sempliċiment kategorizzazzjoni ta' materjal minħabba d-daqs tal-partijiet li hu magħmul minnhom (normalment bejn 1 u 100 nm). La jimplika riskju speċifiku u lanqas ma neċessarjament ifisser li l-materjal fil-fatt għandu proprjetajiet perikolużi ġodda. Lanqas ma jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwar il-profil tat-tossiċità tiegħu.

Xi tħassib dwar in-nanomaterjali jiġi minħabba li m'hemmx ċertezza li t-testijiet li jintużaw bħalissa għall-identifikazzjoni tal-periklu u l-valutazzjoni tar-riskju għal sostanzi kimiċi "klassiċi" jistgħux jiġu applikati għan-nanomaterjali. Il-metodoloġija kurrenti tal-valutazzjoni tar-riskju hi flessibbli biżżejjed biex tiġi applikata għan-nanomaterjali. U ħafna metodi eżistenti tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi x'aktarx li huma adegwati għall-identifikazzjoni tal-perikli assoċjati.

Madankollu, ma nistgħux nassumu li l-għarfien xjentifiku kurrenti identifika l-effetti negattivi kollha tan-nanomaterjali. Għalhekk xi adattamenti jew testijiet addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex issir deskrizzjoni sħiħa tal-perikli potenzjali tan-nanomaterjali. Barra dan, għal valutazzjoni tar-riskju kif imiss, hi meħtieġa informazzjoni dwar l-esponiment tal-bniedem u tal-ambjent għan-nanometerjali.

Aħbarijiet mill-UE

Konsultazzjoni pubblika dwar id-definizzjoni tan-nanomaterjal

Il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar kif jiġi definit "in-nanomaterjal". Il-partijiet interessati jistgħu jissottometti s-suġġerimenti tagħhom onlajn.

Komisijos sprendimas dėl 2010 m. subsidijų skyrimo pagal gautus pasiūlymus

Il-Kummissjoni Ewropea adottat id-deċiżjoni għall-għoti tal-għajnuna finanzjarji għall-kontribuzzjoni f'ċerti azzjonijiet fil-forma ta' proġetti, konferenzi, għotjiet operattivi u azzjonijiet konġunti.

Batterji reżistenti għal diversi mediċini - kwistjoni tas-saħħa pubblika fl-Ewropa

Madwar 400,000 pazjent fis-sena jbatu minn infezzjonijiet reżistenti għal antibijotiċi differenti. Dejta mill-ECDC turi li r-reżistenza kontra l-antibijotiċi għadha problema tas-saħħa pubblika fl-UE.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Belġju

Kif tieħu ħsieb l-arterji tiegħek?

Is-soċjetajiet Belġjani u Lussemburgiżi tal-kardjoloġija nedew websajt b'suġġerimenti prattiċi dwar kif tieħu ħsieb l-arterji tiegħek u tadotta stil ta' ħajja b'saħħtu.

Renju Unit

Id-dimenzja hi responsabbli għal 15% tal-imwiet fl-Ingilterra

Id-dimenzja hi responsabbli għal madwar 15% tal-imwiet kollha fl-Ingilterra skont rapport min-National End of Life Care Intelligence Network (NEoLCIN).

Avvenimenti li ġejjin

Kura tas-Saħħa tas-Seklu 21 għall-Ewropa (Brussell, 3 ta' Diċembru 2010)

Il-persuni ewlenin involuti fis-settur tas-saħħa tal-Ewropa se jipparteċipaw f'konferenza ta' jum dwar il-kura tas-saħħa fis-Senat tal-Belġju u se jiddiskutu kif jistgħu jnaqqsu l-inugwaljanzi fil-provvista u kif jippromwovu l-innovazzjoni.

Premjijiet għall-Promozzjoni tas-Saħħa Internazzjonali (Ruma, 6-7 ta' Diċembru 2010)

Ir-rebbieħa u l-finalisti se jaqsmu strateġiji li rnexxew fil-qasam tal-kura tas-saħħa f'simpożju ta' ħassieba ewlenin, uffiċjali tal-gvern, NGOs, assoċjazzjonijiet tal-kura tas-saħħa u korporazzjonijiet.

Il-prevenzjoni tad-dijabete, in-nies u l-politiki – Sfida kbira (Brussell, 8 ta' Diċembru 2010)

Dan l-avveniment se jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet biex jiġu involuti s-setturi kollha tas-soċjetà fil-prevenzjoni tad-dijabete.

Konferenza dwar il-vaċċini fl-Ewropa (Stokkolma, 10 ta' Diċembru 2010)

Din il-konferenza tipprovdi pjattaforma biex jiġu skambjati l-informazzjoni u l-aqwa prattiċi bejn il-professjonisti li jaħdmu fir-regolazzjoni, il-politika, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet ta' immunizzazzjoni fl-Ewropa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

L-obeżità qed tiżdied fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, twissi l-OECD

Ir-rapport tal-OECD jevalwa l-livelli ta' obeżità f'sitt pajjiżi: il-Brażil, iċ-Ċina, il-Messiku, ir-Russja u l-Afrika t'Isfel. Dieti mhux tajbin għas-saħħa u nuqqas ta' attività fiżika f'dawn il-pajjiżi qed iwasslu għal żieda fir-rati tal-obeżità li qed ilaħħqu ma' dawk tal-pajjiżi tal-OECD, fejn nofs il-popolazzjoni tbati minn piż żejjed.

Ħidma biex tiġi eliminata t-tuberkolożi

Ir-rapport ta' segwitu għall-Qafas tal-Pjan ta' Azzjoni għall-ġlieda kontra t-Tuberkolożi fl-UE jipproponi qafas ta' monitoraġġ biex jiġi evalwat il-progress lejn dan il-għan.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 – ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet

Fit-30 ta' Novembru 2010, il-finalisti nazzjonali se jipparteċipaw f'seminar dwar il-kwistjonijiet tas-saħħa fl-UE u se jirċievu l-premjijiet tagħhom. Se jiltaqgħu mal-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, John Dalli u mad-Direttriċi Ġenerali, Paola Testori Coggi

Fokus

Nanomaterjali: sfidi għall-valutazzjoni tar-riskju

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

In-nanoteknoloġija

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti jew Identifikati Reċentement (SCENIHR)

Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Teknoloġiji Industrijali

Kummissjoni Ewropea – DĠ Riċerka

Nanoelettronika

Kummissjoni Ewropea – DĠ Riċerka

Nanomaterjali

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Ambjent

Riċerka fin-Nanoteknoloġija

Kummissjoni Ewropea - Ċentru Ewropew ta’ Riċerka Konġunta

In-nanoteknoloġija

Kummissjoni Ewropea - Ċentru Ewropew ta’ Riċerka Konġunta

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Evalwazzjoni tas-sikurezza ta' nanomaterjali manifatturati skont il-karatterizzazzjoni tal-periklu ġenotossiku potenzjali tagħhom (NANOGENOTOX)

Din l-azzjoni konġunta għandha l-għan li tistabbilixxi metodoloġija soda għall-valutazzjoni tal-ġenotossiċità potenzjali ta' nanomaterjali manifatturati u biex jiġi ġġenerata dejta dwar l-effett ġenotossiku ta' ċerti materjali ta' referenza.

Ħoloq interessanti oħra

Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni - Nanoteknoloġiji

OECD - Nanoteknoloġija

OECD – Sikurezza ta' Nanomaterjali manifatturati

WHO – Linji gwida dwar in-nanomaterjali u s-saħħa tal-ħaddiema

WHO – Nanoteknoloġija u sikurezza tal-ikel

EEB - Uffiċċju Ewropew tal-Prodotti Kimiċi

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk