Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 56, IS 14 ta´ Ottubru 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi fl-Ewropa

Dr Alessandro Nanni Costa, Direttur taċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trapjanti (l-Italja)

L-attivitajiet ta' donazzjoni u trapjant fl-Ewropa fl-aħħar jistgħu jorbtu fuq qafas ta' referenza komuni bis-saħħa tad- Direttiva 2010/45/UE dwar l-istandards ta' kwalità u sikurezza tal-organi umani għat-trapjant. Minn issa 'l quddiem, iċ-ċittadini tal-UE se jkunu ċerti li dawn l-istandards se jintleħqu meta jagħtu jew jirċievu l-organi. Id-Direttiva tenfasizza wkoll il-bżonn li jinżammu prinċipji etiċi, b'mod partikulari li l-fatt li l-organi - kemm dawk minn kadavri kif ukoll dawk minn donaturi ħajjin – qatt ma jistgħu jinxtraw jew jinbiegħu.

Id-Direttiva takkumpanja tliet pjanijiet ta' azzjoni maħsuba biex iżidu d-disponibbiltà tal-organi, jagħmlu s-sistemi tat-trapjant iktar effiċjenti u aċċessibbli u jtejbu s-sikurezza u l-kwalità. Permezz ta' dawn l-azzjonijiet li se jiġu implimentati matul għadd ta' snin, il-Kummissjoni se tindirizza waħda mill-iktar kwistjonijiet sensittivi u kritiċi tal-kura tas-saħħa.

Ir-riżultati mistennija huma:

  • l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tad-donazzjonijiet tal-UE
  • it-tisħiħ tar-regolamentazzjoni u tal-qafas ta' ġestjoni tal-pajjiżi tal-UE
  • iktar garanziji għaċ-ċittadini

Il-Kummissjoni wettqet azzjoni straordinarja għan-nom taċ-ċittadini biex ittejjeb is-sistema. Il-Membri tal-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti fil-Kunsill ħaqqhom ringrazzjament mill-qalb mingħand iċ-ċittadini, il-pazjenti u n-netwerks ta' trapjant nazzjonali.

Nisperaw li fis-snin li ġejjin dawn l-isforzi jistabbilixxu l-qafas għal netwerk Ewropew tat-trapjanti ta' kwalità għolja li jkun etiku, trasparenti u sikur.

Aħbarijiet mill-UE

Id-Direttiva dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għat-trapjant

Adottata f'Lulju 2010. Tipprovdi għall-ħatra ta' korpi fil-pajjiżi kollha tal-UE biex jawtorizzaw ċentri u attivitajiet ta' forniment u ta' trapjant, biex jiġu introdotti sistemi ta' traċċabbiltà, kif ukoll għar-rapurtaġġ ta' avvenimenti jew reazzjonijiet avversi serji

Konsultazzjoni pubblika - reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk

Din ġiet imnedija mill-Kummissjoni biex tiġbor opinjonijiet dwar fatturi bħall-ittikkettar u l-avviżi dwar is-saħħa fuq il-pakketti tat-tabakk u dwar l-addittivi użati bħala ingredjenti tat-tabakk. Miftuħa sad-19 ta' Novembru 2010.

Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa 2010 – imħabbra l-finalisti!

Ara l-artikli tagħhom bil-lingwa oriġinali u bl-Ingliż!

Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa 2010 – imħabbra l-finalisti!

Ara l-artikli tagħhom bil-lingwa oriġinali u bl-Ingliż!

Tnedija tal-Koalizzjoni Ewropea B'Saħħitna għax-Xogħol

Din hija parti mill-isforzi kontinwi biex il-kundizzjonijiet muskoloskeletali jsiru prijorità għall-ministeri tas-saħħa u tax-xogħol madwar l-UE kollha. Il-koalizzjoni se taħdem bi sħubija mal-Lega Ewropea Kontra r-Rewmattiżmu fi Brussul u fuq livell nazzjonali.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Italja

Kampanja 2010 kontra t-tabakk – "Qatt mhu se npejjep"

Il-kampanja l-ġdida tal-ministeru tas-saħħa tipprova tnaqqas it-tipjip tat-tfal u ż-żgħażagħ billi tiskoraġġihom li jibdew ipejpu.

Polonja

Computerworld Honors – rebbieħ fil-katergorija tal-kura tas-saħħa

L-Istitut tal-Fiżjoloġija u l-Patoloġija tas-Smigħ f'Varsavja din is-sena rebaħ il-premju Computerworld Honors fil-kategorija tal-kura tas-saħħa.

Litwanja

Il-pajjiżi Baltiċi qed jikkunsidraw li jiżviluppaw sistema komuni ta' trapjant tal-organi

Il-mexxeja tal-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja iddiskutew il-pjanijiet fl-aħħar laqgħa tagħhom f'Riga, u l-Assemblea Baltika għandha tagħmel dibattitu dwarhom, qal il-Ministru għas-Saħħa Raimondas Sukys f'intervista mal-aġenzija tal-aħbarijiet BNS.

Avvenimenti li ġejjin

It-12-il Jum Ewropew għad-Donazzjonijiet tal-Organi – konferenza fit-23 ta' Ottubru 2010

Il-programm ikopri firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet u temi, inklużi l-istrateġiji tal-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tat-trapjant tal-organi, attivitajiet ta' trapjant tal-organi fil-Ġeorġja u fil-Kawkażu, il-'mudell Spanjol' ta' donazzjonijiet tal-organi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-politiki tal-UE.

Empowerment in mental health – Working Together for Leadership (27 28 ta' Ottubru 2010)

F'din il-laqgħa, organizzata mill-uffiċċju reġjonali WHO-Ewropa bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, se jipparteċipaw assoċjazzjonijiet attivi fil-livelli lokali u nazzjonali kif ukoll rappreżentanti tal-gvern biex jeżaminaw l-opportunita ta' responsabbilizzazzjoni u ta' involviment tal-pazjenti u l-familjari tagħhom.

Innaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa minn perspettiva reġjonali (8-9 ta' Novembru 2010)

Il-konferenza se teżamina l-effiċjenza tal-miżuri u l-inizjattivi politiċi li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Kif tista' tagħti l-ħajja - id-donazzjonijiet tal-organi, nifhmu x'inhi

Bħalissa iktar minn 50 000 ruħ fl-Ewropa qegħdin fuq lista ta' stennija għal trapjant tal-kliewi, fwied, qalb, pulmun eċċ. Waqt li l-mediċina qed tagħmel progressi kbar, il-lista ta' stennija għall-pazjenti baqgħet twila

Lejn aċċess universali - ngħollu l-prijorità tal-interventi relatati mal-HIV/AIDS fis-settur tas-saħħa

Dan ir-rapport jirrevedi l-progress li sar fl-2009 dwar it-titjib fl-aċċess għall-interventi magħżula fis-settur tas-saħħa marbuta mal-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV f'pajjiżi bi dħul baxx u medju.

Fokus

Sir donatur – salva ħajja

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – Sigurtà għall-Pazjenti

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Ċertezza mill-Kwalità

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Mard rari

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumatur

L-Ewropa għall-pazjenti – Id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Demm, tessuti u organi

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 - Artikli

L-OK għall-qalb! Miktub minn Mia Eidhuber, nominata nazzjonali għall-Awstrija

Dan l-artiklu ġie nnominat minħabba li jiffoka fuq id-dinja kumplessa u affaxxinanti tal-koordinazzjoni tat-trapjanti tal-qalb, li hi spjegata b'mod li faċli tifhmu.

Fejn se ssib rigal iprezzabbli miktub minn Inta Brikere, nominata nazzjonali għall-Latvja

L-artiku jkopri mhux biss kwistjonijiet ta' donazzjoni u ta' trapjant, iżda wkoll il-kura tas-saħħa transkonfinali.

L-aqwa rigal tal-Milied: wara 32 sena fid-dlam, Iveta Buriková ingħatat ir-rigal tal-vista. Miktub minn Alzbeta Linhardova, nominata nazzjonali għas-Slovakkja

Lest li tagħti donazzjoni tal-organi? miktub minn Mojca Lorenčič, nominata nazzjonali għas-Slovenja

F'dawn il-pajjiżi, erba' pazjenti jmutu kuljum waqt li qed jistennew trapjant tal-organi.

Blood sister miktub minn Audrė Srėbalienė, nominata nazzjonali mil-Litwanja

Konjugu? Ematologu? Psikologu? Donatur? Min hu l-iktar importanti għal persuna li għadha kif skopriet li għandha kanċer fid-demm?

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Segwitu psikosoċjali tad-donaturi Ewropej

L-għan prinċipali ta' dan il-proġett hu li jgħin jiżgura kwalità għolja ta' programmi ta' donazzjonijiet tal-organi matul il-ħajja billi jinħoloq mudell ta' segwitu għall-benessri psikosoċjali u l-kwalità tal-ħajja tad-donatur. Il-mudell ta' segwitu se jevalwa wkoll l-impatt tar-riżultat tat-trapjant fuq id-donatur u l-perċezzjoni tiegħu tal-proċess tad-donazzjoni.

Ħoloq interessanti oħra

EDQM - European Directorate for quality of Medicines and HealthCare

Eurotransplant

Scandiatransplant

ESOT - European society of organ transplantation

ETCO - European Transplant Coordinators Organization

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk