Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 55, IS 23 ta´ Settembru 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Ġurnata internazzjonali għall-anżjani (l-1 ta' Ottubru)

Paola Testori Coggi, Direttur Ġeneral, Politika dwar is-Saħħa u l-Konsumatur

Nixtieq nippromwovi approċċ tul il-ħajja għax-xjuħija. Dan huwa kunċett ewlieni fl-istrateġija dwar is-saħħa tal-UE – Flimkien għas-Saħħa – u jiffoka fuq li nibqgħu b'saħħitna u ngawdu l-ħajja għal kemm jista' jkun żmien.

L-Ewropa qed tixjieħ minħabba rata ta' twelid baxxa u stennija tal-ħajja itwal. Hekk kif tkompli din ix-xejra, is-soċjetà tagħna se tinbidel. Hemm bżonn li naġixxu issa biex nippjanaw u nadattaw għal din il-bidla. Dan jinvolvi l-istudju ta' modi ta' kif is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa tiżdied. Iktar investiment fil-prevenzjoni u l-enfasi fuq il-benefiċċji ta' stil ta' ħajja b'saħħitha huma parti ċara mis-soluzzjoni. L-użu tat-teknoloġiji l-ġodda għall-prevenzjoni huwa qasam b'ħafna potezjal.

L-UE nediet azzjonijiet biex ittejjeb is-saħħa tal-anżjani. Qed niffukaw fuq azzjonijiet li jġibu l-innovazzjoni u l-progress f'oqsma bħal: is-saħħa-e, il-valutazzjoni tat-tekonoloġija tas-saħħa, it-telemediċina, il-mediċina personalizzata. Pereżempju ix-xogħol fuq mard newro-deġenerattiv bħall-Alzheimers fejn qed naqsmu r-riżorsi u l-kompetenzi minn madwar l-Ewropa biex nippruvaw insibu kura iktar malajr.

Iktar snin b'saħħa tajba jfisser kwalità tal-ħajja aħjar, iktar indipendenza u l-possibbiltà li nibqgħu attivi fiżikament u soċjalment.

Naħseb li qed ngħixu fi żmien interessanti, fejn opportunitajiet ġodda, permezz tat-teknoloġiji, ir-riċerka u l-innovazzjoni, jistgħu jirrivoluzzjonaw is-sistemi tas-saħħa. Madanakollu, għandna bżonn ukoll nirrivoluzzjonaw il-mod kif naħsbu dwar ix-xjuħija. Il-Kummissjoni Ewropea nnominat l-2012 bħala s-sena tax-xjuħija attiva. Nistieden lill-qarrejja biex jaħtfu din l-opportunità u jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ippjanati għal dik is-sena.

Aħbarijiet mill-UE

Naġixxu issa għal saħħa aħjar – il-mira ta' 30% tnaqqis għall-politika tal-klima tal-UE

Dan ir-rapport jistabbilixxi provi ġodda ta' kif miri ogħla fit-tnaqqas tal-emissjonijiet tal-gass serra fl-UE jwasslu għal saħħa aħjar għall-pajjiżi membri u għaċ-ċittadini.

Il-kura ta' popolazzjoni li qed tixjieħ

F'din l-intervista mid-WHO Bullettin, Dr Muriel Gillick tiddiskuti kif jekk intawlu l-ħajja b'dannu għall-kwalità nistgħu nkunu qed nisirqu lill-anzjani minn snin sinifikanti u ta' trankwilità.

Dejta dwar is-Snin ta' Ħajja f'Saħħitha fl-UE

Il-mira ewlenija tas-saħħa għall-UE hi ż-żieda tal-għadd ta' Snin ta' Ħajja f'Saħħitha (HLY) li jgħixu l-Ewropej. Bħalissa, l-HLY mat-twelid fl-UE, fuq medja, hija 14-il sena iqsar mill-istennija tal-ħajja kumplessiva għall-irġiel u kważi 20 sena iqsar għan-nisa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Il-professjonisti tas-saħħa jaħdmu flimkien – il-bidla tibda

Il-liġi l-ġdida tal-HPST (l-isptarijiet, is-saħħa tal-pazjenti u t-terrotorji) tippromwovi l-iżvilupp ta' mod ġodda biex il-professjonisti tas-saħħa jaħdmu flimkien.

Renju Unit

L-1 ta' Ottubru hi l-'Ġurnata internazzjonali għall-anżjani'

It-tema ta' dan l-avveniment hi l-promozzjoni ta' approċċi pożittivi – ikel tajjeb għas-saħħa u stil ta' ħajja b'saħħitha, is-sikurezza, il-volontarjat, u l-wiri tal-ħidma interġenerazzjonali li qed titwettaq f'Milton Keynes fir-Renju Unit.

Malta

Il-Helpline għall-Appoġġ Emotiv ta' madwar l-UE issa disponibbli f'Malta

Il-Helpline għall-Appoġġ Emotiv ta' madwar l-UE – 116123 – joffri appoġġ emotiv lil dawk li jċemplu għax iħossuhom waħedhom.

Avvenimenti li ġejjin

It-13-il Forum Ewropew dwar is-Saħħa f'Gastein (6-9 ta' Ottubru 2010)

L-EHFG annwali jipprovdi pjattaforma għad-diskussjoni għall-partijiet interessati fis-saħħa pubblika u fil-kura tas-saħħa – il-politiċi, persuni f'karigi għolja li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-rappreżentanti ta' gruppi b'interess u l-esperti mill-gvernijiet, in-negozju, is-soċjetà ċivili, il-komunità xjentifika u d-dinja tal-akkademja.

Laqgħa Ministerjali dwar is-Saħħa tal-OECD (7-8 ta' Ottubru 2010)

Il-ministri tas-saħħa mill-pajjiżi tal-OECD se jiddiskutu kif tista' titjieb il-kwalità, jonqos l-iskart u jiġu promossi stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa.

Metodi innovattivi għal mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa – konferenza ministerjali (19-20 ta' Ottubru 2010)

Il-pajjiżi tal-UE qed jiffaċċaw dejjem iktar sfidi komuni b'piż dejjem jikber ta' mard kroniku. Fir-Reġjun Ewropew tad-WHO, il-mard kroniku jirrappreżenta 86% tal-mortalità u għandu impatt ekonomiku sinifikanti.

Pubblikazzjonijiet ġodda

L-Evalwazzjoni tal-addittivi mal-ikel

Dan ir-rapport jippreżenta l-konkluzjonijiet tal-Kumitat ta' Esperti Konġunt tal-FAO/WHO dwar is-sigurtà ta' għadd ta' addittivi mal-ikel, bil-ħsieb li jirrakkomanda d-doża aċċettabbli ta' kuljum (ADIs) u jipprepara speċifikazzjonijiet għall-identità u l-purità.

Solidarjetà interġenerazzjonali u l-importanza tagħha għall-politika

Proposti mill-Koalizzjoni tal-NGOs għal-2012 bħala s-Sena Ewropea għax-Xjuħija Attiva u s-Soldarjetà Interġenerazzjonali

Solidarjetà interġenerazzjonali u l-importanza tagħha għall-politika

Proposti mill-Koalizzjoni tal-NGOs għal-2012 bħala s-Sena Ewropea għax-Xjuħija Attiva u s-Soldarjetà Interġenerazzjonali

Introduzzjoni għall-istituzzjonijiet tal-UE u t-tfassil tal-politiki għall-anzjani

Dan id-dokument jipprova jibda djalogu fuq livell nazzjonali u lokali biex jgħin liċ-ċittadini anzjani jifhmu aħjar x'għandha x'toffri l-UE u kif huma jistgħu jgħinu fit-tfassil ta' politiki li jeffettwawhom.

Ix-xjuħija f'saħħitha u l-futur tas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika

Dan id-dokument jesplora r-rwol tax-xjuħija f'saħħitha u l-futur tas-sistemi tas-saħħa pubblika fl-istudji internazzjonali riċenti jew li ġejjin u jiffoka fuq l-ikbar sfidi għall-futur.

Fokus

Ġurnata Internazzjonali għall-Anżjani (1 ta' Ottubru 2010)

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Sistemi tal-protezzjoni soċjali - MISSOC

Kummissarju Ewropew – DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs

Aħbarijiet

L-anzjani – qawwa ġdida għall-iżvilupp

Qed issir revoluzzjoni demografika. Illum, hawn 600 miljun ruħ bl-età ta' 60 sena jew aktar madwar id-dinja.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Ikkodifikar u lokalizzazzjoni elettroniku standard tas-servizzi għall-kura għal tul ta' żmien

Il-proġett se jagħti sistemi operattiva ta' kkodifikar u diskrizzjoni tal-kura għal tul ta' żmien, li se tkun utli għat-tqabbil fl-UE u għat-titjib tal-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kura għal tul ta' żmien.

Il-Bini tal-Kapaċitajiet tal-Politiki għall-Promozzjoni tas-Saħħa permezz ta' Attività Fiżika fost l-Anżjani li ma tantx jiċċaqalqu

Il-proġett PASEO jisħaq biex jissaħħu l-kapaċitajiet għall-promozzjoni tas-saħħa permezz tal-attività fiżika fost l-anzjani li ma tantx jiċċaqalqu fi 15-il pajjiż.

Ħoloq interessanti oħra

AGE — Il-Pjattaforma Ewropea tan-Nies Imdaħħla fl-Età

MHE — Is-Saħħa Mentali Ewropa

ESMHD — Is-Soċjetà Ewropea għas-Saħħa Mentali u n-Nuqqas ta' Smigħ

Alzheimer Europe

EURAG – Federazzjoni Ewropea għall-Anzjani

EUGMS – Is-Soċjetà tal-Mediċina Ġerjatrika tal-Unjoni Ewropea

WHO Ewropa – Is-saħħa urbana: xjuħija

WHO - Kura għal tul ta' żmien

WHO – Il-kura fit-tul

WHO – Il-popolazzjoni tad-dinja li qed tixjieħ

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk