Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 53, IS 1 ta´ Lulju 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Ibża' għal saħħtek... anke waqt btala!

Andrzej Rys, id-Direttur tas-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni Ewropea

Ħafna minnkom se jkunu qed iqattgħu l-vaganzi tagħhom barra pajjiżhom din is-sena. Biex tevitaw riskji tas-saħħa assoċjati mal-ivvjaġġar, hemm affarijiet importanti li tiftakru qabel ma tmorru u meta tkunu tlaqtu.

Il-garanzija ta' kura ta' kwalità għall-Ewropej kollha u l-għajnuna biex tkun protetta saħħitkom hi waħda mill-prijoritajiet tagħna fil-Kummissjoni Ewropea.

Il-Karta Ewropea għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa hi parti minn dan l-isforz, u l-akkwist tagħha għandu jagħmel parti minn pjanijietkom. Kemm jekk qed tivvjaġġaw fuq negozju jew għal gost, din tagħmilhielkom eħfef jekk tiġu bżonn ta' kura f'pajjiż ieħor tal-UE.

Waqt li nivvjaġġaw u s-safar innifsu barra pajjiżna jġibu magħhom ħafna fatturi li jistgħu jaffettwawlna saħħitna: ikel ġdid, klima ġdida, għeja minħabba l-ajruplan, ħtieġa li jiġu evitati aċċidenti u korrimenti, protezzjoni tal-ġilda mix-xemx, lokalitajiet fejn jista' jsir għawm mingħajr periklu, teħid ta' tilqim meħtieġ, eċċ.

Billi s-sajf dieħel ġmielu, għandna l-pjaċir noffrulkom sensiela ta' informazzjoni prattika u utli li tgħinkom tnaqqsu r-riskji assoċjati mal-ivvjaġġar u biex tgawdu minn vaganzi sikuri u ta' serħan il-moħħ!

Ħudu gost taqraw dan filwaqt li nixtiqilkom vaganzi tas-sajf mill-aqwa!

Aħbarijiet mill-UE

Il-Bulgarija u l-Portugall jingħaqdu mal-pajjiżi bl-aktar postijiet għall-għawm nodfa

kwalità tal-ilma naqset ftit iżda l-parti l-kbira tal-bajjiet, l-għadajjar u x-xmajjar fl-Ewropa huma nodfa biżżejjed biex isir l-għawm fihom

Ewrobarometru ġdid dwar l-erjas elettromanjetiċi

Ewrobarometru ġdid dwar l-erjas elettromanjetiċi

"Farmċewtiċi fl-Unjoni Ewropea" issa jagħmel parti mill-websajt tal-KE dwar is-Saħħa Pubblika

"Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem", "Prodotti mediċinali għall-użu veterinarju", "Attivitajiet internazzjonali", li qabel kienu jagħmlu parti mill-websajt tad-DĠ tal-Intrapriża – issa qed jidhru fil-websajt tal-KE tas-Saħħa Pubblika.

Il-Kunsill jaqbel mar-regoli l-ġodda għad-drittijiet tal-pazjenti li jingħataw kura tas-saħħa transkonfinali

L-abbozz tad-direttiva għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-kura tas-saħħa transkonfinali bi kwalità għolja u biex jippromwovi l-kooperazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa bejn il-pajjiżi tal-UE.

L-Afrika t'Isfel – parir ta' saħħa għat-turisti tat-Tazza tad-Dinja

Informazzjoni dwar ivvjaġġar mingħajr riskji għas-saħħa u sikur lejn l-Afrika t'Isfel – appoġġat mill-FIFA u mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Afrika t'Isfel

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Belġju

SOLEIL MALIN 2010 – ixxemmex b'mod għaqli

Kampanja ta' għarfien dwar kif tgawdi x-xemx bla ma tagħmel ħsara lilek innifsek, billi tipproteġi lilek innifsek b'mod għaqli u tagħżel u tuża krims li jipproteġuk mix-xemx.

Italja

Ibża' għal saħħtek fis-sajf 2010

L-istrateġija dwar temp jaħraq mill-Ministeru Taljan tas-Saħħa tinkludi informazzjoni għall-pubbliku minn qabel dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu protetti t-tfal u l-anzjani

Renju Unit

Taqsima ddedikata għas-sajf u saħħa waqt is-safar fil-websajt "Choices" tal-NHS

Avvenimenti li ġejjin

Laqgħa ta' kull tliet snin tal-Kunsill Internazzjonali dwar l-Alkoħol, id-Droga u s-Sigurtà tat-Traffiku – 22-26 ta' Awwissu 2010

Firxa kbira ta' temi dwar is-sigurtà tat-traffiku se jkunu diskussi, inklużi d-droga u s-sigurtà tat-traffiku, bijomarkaturi għall-alkoħol, programmi ta' riabilitazzjoni min-narkotiċi u d-droga għal dawk intossikati li jsuqu.

L-10 Konferenza Dinjija dwar il-Prevenzjoni tal-Korrimenti u l-Promozzjoni tas-Sikurezza (21-24 ta' Settembru 2010)

"Sikurezza 2010" se tlaqqa' flimkien mid-dinja kollha lill-partijiet interessati fil-prevenzjoni ta' korrimenti mhux mistennija u fil-vjolenza biex jiskambjaw informazzjoni u l-esperjenzi tagħhom. It-tema prinċipali hi "Komunitajiet Sikuri u Ġusti", li tirrifletti l-piż sproporzjonat minn kull tip ta' korrimenti li jħabbtu wiċċhom magħhom komunitajiet ifqar.

It-13-il Forum Ewropew dwar is-Saħħa f'Gastein (6-9 ta' Ottubru 2010)

L-EHFG annwali jipprovdi pjattaforma għad-diskussjoni għall-partijiet interessati fis-saħħa pubblika u fil-kura tas-saħħa – il-politiċi, persuni f'karigi għolja li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-rappreżentanti ta' gruppi b'interess u l-esperti mill-gvernijiet, in-negozju, is-soċjetà ċivili, il-komunità xjentifika u d-dinja tal-akkademja.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Ivvjaġġar fl-Ewropa 2010

Informazzjoni utli u mappa tal-Ewropa

Ivvjaġġar fl-Ewropa 2010

Informazzjoni utli u mappa tal-Ewropa

Prevenzjoni ta' korrimenti fl-Ewropa: minn kollaborazzjoni internazzjonali għal implimentazzjoni lokali

Ir-rapport finali ta' proġett ta' 3 snin tad-WHO u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress li sar biex jiġu evitati l-korrimenti u biex tiġi promossa s-sikurezza.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-artikli għall-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa ġiet estiża sat-18 ta' Lulju 2010

Fokus

Ivvjaġġar u Saħħa – Ibża' għal saħħtek... anke meta tkun fuq btala!

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa UE – Ivvjaġġar

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Is-Sess

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ambjenti mingħajr riskji għas-saħħa - Prevenzjoni ta' korrimenti

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

Vaganzi mħallsa li jinkludu kollox

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

M&T dwar il-passaporti għall-annimali tad-djar

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

Drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Das-sajf ixxemmex b'mod għaqli

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

112 - Numru Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza

Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni

Ivvjaġġar fl-Ewropa - Biex tibqa' f'saħħtek

Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni

Kura medika barra pajjiżek

Il-Kummissjoni Ewropea Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs

Saħħa-UE – Sports u Passatemp

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk