Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 52, IS 14 ta´ Ġunju 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2010

Patricia Brunko, Kap tal-Unità - Liġi Internazzjonali dwar is-Saħħa Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Id-donazzjonijiet tad-demm u l-plasma tal-bniedem jiffurmaw bażi għal firxa wiesgħa ta' terapiji essenzjali li ħafna drabi jsalvaw il-ħajja. Id-demm u l-komponenti tiegħu jintużaw ukoll fl-operazzjonijiet u t-terapiji biex itejbu l-kwalità tal-ħajja ta' eluf ta' pazjenti kuljum.

Din il-kura, ibbażata fuq id-demm u l-komponenti tiegħu, tiddependi fuq il-volontà tal-persuni li jagħtu d-demm. Lkoll kemm aħna nistgħu nkunu donaturi biex nipprovdu dan ir-rigal lin-nies ta' madwarna. Madankollu, hemm biss medja ta' 4% ta' donaturi attivi tad-demm fil-popolazzjoni.

Inizjattivi bħall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm għandhom l-għan li jiċċelebraw dan l-att ta' solidarjetà, u jqajmu kuxjenza li jekk nagħtu d-demm nistgħu nkunu parti mis-soluzzjoni ta' bżonn kbir ta' demm. Se jiġu organizzati ħafna avvenimenti fl-Ewropa u madwar id-dinja, din is-sena b'enfasi speċjali fuq id-donaturi żgħażagħ, li jistgħu jipprovdu "demm ġdid lid-dinja".

Madankollu ma nistgħux ninsew li d-demm hu prezzjuż u għandu jiġi rispettat. Id-demm m'għandux "jinħela" – għandhom jitqiesu l-alternattivi terapewtiċi kollha qabel ma ssir trasfużjoni, anke jekk ta' unità waħda biss ta' demm.

L-UE ntrabtet li tiżgura l-kwalità u s-sikurezza tad-demm għat-trasfużjoni permezz ta' strumenti legali u politiki differenti. B'hekk tikkontribwixxi biex kull donazzjoni tfisser benefiċċju għall-pazjenti.

Aħbarijiet mill-UE

Rapport fil-qosor tas-6 laqgħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-UE għad-demm u għall-komponenti tad-demm

Is-sitt laqgħa tal-awtoritajiet kompetenti kif previst fl-artikolu 25 tad-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill saret fit-12 u t-13 ta' April 2010.

Rakkomandazzjonijiet tal-UE – kooperazzjoni ta' riċerka dwar dieta tajba

L-istrateġija koordinata ġdida tal-pajjiżi tal-UE tinvolvi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-programmi ta' riċerka nazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' aġenda ta' riċerka strateġika komuni.

Ħafna mill-każijiet tal-kolera jistgħu jiġu kkurati faċilment

Kull sena, madwar 3 u 5 miljun ruħ jimirdu bil-kolera u jmutu sa 120,000 mill-marda.

Ħafna mill-każijiet tal-kolera jistgħu jiġu kkurati faċilment

Kull sena, madwar 3 u 5 miljun ruħ jimirdu bil-kolera u jmutu sa 120,000 mill-marda.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Il-websajt Festival Globule issa onlajn

L-avveniment annwali għaż-żgħażagħ organizzat mill-Istabbiliment Franċiż tad-Demm fl-14 ta' Ġunju – Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm.

Spanja

Spanja titlob azzjoni urġenti biex ittejjeb is-sikurezza tal-pazjenti

L-esperti fis-saħħa tad-dinja kollha jaqblu li hemm bżonn ta' azzjoni urġenti biex jiġu indirizzati l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza għall-mikrobi.

Italja

Kampanja nazzjonali dwar id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, it-tessuti u ċ-ċelloli. "Donatur jimmultiplika l-ħajja".

Il-kampanja tal-2010 se tispjega liċ-ċittadini kif is-sistema pubblika tat-trapjanti hi sikura, trasparenti u effettiva.

Renju Unit

Filmat dwar id-donazzjoni tad-demm

Fl-2009, inġabru 2.1 miljun donazzjoni tad-demm minn 1.6 miljun donatur fl-Ingilterra. Dan jirrappreżenta 4% tal-popolazzjoni. F'dawn l-aħħar snin l-għadd ta' donaturi attivi waqa' b'madwar 6%.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Ħarġa Speċjali tal-Ewrobarometru 333b – Donazzjoni tad-demm u trasfużjoni tad-demm

Ħarġa Speċjali tal-Ewrobarometru 333b – Donazzjoni tad-demm u trasfużjoni tad-demm

Avvenimenti li ġejjin

Sessjoni ta' ħidma "Niksbu Donazzjonijiet tad-Demm 100% Volontarji Bla Remunerazzjoni" (16-18 ta' Ġunju 2010)

Organizzat flimkien mit-tim tal-Kwartieri Ġenerali tas-Sikurezza tat-Trasfużjonijiet tad-Demm tad-WHO, l-Uffiċċju Reġjunali għall-Ewropa tad-WHO, id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Gvern ta' Katalunja u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.

Is-Saħħa Mentali u l-Benessri tal-Persuni Anzjani – Nagħmlu dan realtà (28-29 ta' Ġunju 2010)

Konferenza organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Spanjol (li bħalissa għandu l-Presidenza fil-Kunsill tal-UE).

Forum Miftuħ tas-Saħħa tal-UE (29-30 ta' Ġunju 2010)

Konferenza tal-partijiet interessati dwar il-ħarsien u t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej.

Konferenza tas-Samit dwar l-Epatite B u C (14-15 ta' Ottubru 2010)

Il-partijiet interessati ewlenin se jiltaqgħu għal analiżi u diskussjoni biex jappoġġaw il-fassala tal-politika Ewropej u partijiet interessati oħra joħolqu politiki bħala rispons għall-epidemija tal-Epatite Virali B u C fl-Ewropa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Gwida dwar il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

Id-donaturi volontarji li jagħtu d-demm bla remunerazzjoni huma l-qalba ta' komunità u jitqiesu bħala s-sors l-iktar sikur tad-demm u ta' prodotti tad-demm għall-pazjenti.

MISSOC, Sistema ta’ Informazzjoni Reċiproka fuq il-Protezzjoni Soċjali fl-Istati Membri, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Iżvizzera

Dan il-ktieb jippreżenta u jispjega x'inhi MISSOC u jipprovdi informazzjoni dettaljata kumparabbli u aġġornata dwar il-protezzjoni soċjali nazzjonali, kif ukoll rapporti analitiċi u bullettini ta' informazzjoni.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Il-Kummissjoni tniedi t-2 Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Ġurnalisti huma mistiedna jissottomettu artikli relatati mal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti ppubblikati fl-istampa jew onlajn bejn is-16 ta' Ġunju 2009 u l-1 ta' Lulju 2010. Għandha tintuża l-formola għall-parteċipazzjoni onlajn.

Fokus

Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2010

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Politika tal-UE dwar is-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Kummissjoni Ewropea - DĠ Żvilupp

Is-sikurezza tal-pazjent

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Demm, tessuti u organi

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Politiki

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ewropa għal Pazjenti

Kampanja tal-Kummissjoni Ewropea li tgħaqqad inizjattivi ta' politika differenti bil-għan li tittejjeb il-kura tas-saħħa għal kulħadd fl-Ewropa.

Aħbarijiet

Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm fl-14 ta' Ġunju 2010

Opportunità biex nirringrazzjaw lil dawk kollha li jagħtu d-demm biex isalvaw il-ħajjiet, bla ma jippretendu xejn lura.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

EUBIS

Dan il-proġett hu maħsub biex jiżviluppa u jimplimenta kriterji u standards aċċetti biex jiġi żgurat għarfien ekwivalenti ta' spezzjoni tal-istabbilimenti tad-demm fl-Istati Membri.

DOMAINE

Dan il-proġett hu maħsub biex joħloq provvista tad-demm sikura u suffiċjenti, billi jqabbel u jirrakkomanda prattiċi tajba tal-ġestjoni tad-donaturi.

L-Aqwa Użu tad-Demm

Dan il-proġett hu maħsub biex jippromwovi titjib fil-kwalità tal-proċess kliniku ta' trasfużjoni, jiġifieri t-trasfużjoni f'waqtha tal-unità li suppost ta' demm lill-pazjent it-tajjeb, u fil-kundizzjoni t-tajba u skont il-linjigwida adegwati.

Ħoloq interessanti oħra

Kunsill tal-Ewropa – Donazzjoni tad-Demm

WBDD - Fondazzjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

IFRC - Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar Aħmar

FIODS - Federazzjoni Internazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tad-Donaturi tad-Demm

ISBT - Soċjetà Internazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

WHO Ewropa – Sikurezza tad-Demm

WHO – Sikurezza tat-trasfużjoni tad-demm

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk