Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 51, IS 3 ta´ Ġunju 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Is-saħħa tiegħek - tgħix fejn tgħix

Minn Paola Testori Coggi, Direttur Ġenerali tad-Direttorat tas-Saħħa u l-Konsumatur

Dan huwa l-ewwel editorjal tiegħi tan-Newsletter minn mindu nħtart Direttur Ġenerali tad-Direttorat tas-Saħħa u l-Konsumatur. Nixtieq nibda billi nagħti merħba speċjali lill-qarrejja tagħna kollha.

Waħda mill-prijoritajiet tiegħi hi li titjieb is-saħħa ta' dawk kollha li jgħixu fl-UE. Iżda jinteressawni wkoll il-kwestjonijiet dwar is-saħħa barra mill-UE. Għalfejn? Il-promozzjoni tal-valuri tal-UE u l-mudell tal-UE jimplikaw li għandna rwol fundamentali biex ngħinu ntejbu s-saħħa tan-nies kollha, jgħixu fejn jgħixu. Fuq livell prattiku, ħafna riskji għas-saħħa – it-tibdil fil-klima, l-influwenza pandemika jew it-tabakk pereżempju – jistgħu jkunu ġestiti effettivament biss permezz ta' azzjoni globali.

Il-Kummissjoni nediet inizjattiva ġdida dwar is-saħħa madwar id-dinja biex tikkontribwixxi għal titjib fis-saħħa fid-dinja, tnaqqas l-inugwaljanza fis-saħħa u tipproteġi kontra theddid globali għas-saħħa. Din se titmexxa mid-Direttorat tas-Saħħa u l-Konsumatur u d-Direttorat tal-Iżvilupp u r-Riċerka. Il-punti ewlenin tal-inizjattiva qegħdin fid- Dokument ta' politika tal-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa madwar id-dinja adottat f'Marżu 2010.

Se noħolqu sħubija iktar b'saħħitha ma' pajjiżi barra mill-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali, bl-użu ta' fondi għall-kooperazzjoni u r-riċerka għall-iżvilupp, u se neżaminaw kif politiki oħra tal-UE bħall-kummerċ jistgħu jikkontribwixxu għall-miri relatati mas-saħħa.

Bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju, il-Kummissjoni se torganizza konferenza dwar is-saħħa madwar id-dinja fi Brussell. Se nagħmlu wkoll serje ta' skambji f'pajjiżi barra mill-UE.

F'Ġunju il-Kummissarju Ewropew John Dalli responsabbli mill-Politika dwar is-Saħħa u l-Konsumatur flimkien ma' rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali tiegħi se jżuru ċ-Ċina u jiltaqgħu ma' uffiċjali Ċiniżi u jattendu avvenimenti marbuta mal-Expo Dinjija ta' Shangai. It-tema tal-Expo hija "belt aħjar, ħajja aħjar". Bil-preżenza tagħna, nisperaw li nistgħu "intejbu s-saħħa"!

Aħbarijiet mill-UE

L-UE tippreżenta qafas politiku ġdid dwar is-saħħa madwar id-dinja fl-Assemblea Dinjija tas-Saħħa

Delegati u osservaturi fit-63 Assemblea Dinjija tas-Saħħa ltaqgħu fil-kwatieri tan-NU f'Ġinevra għal avveniment parallel organizzat mill-Presidenza Spanjola tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u Global Health Europe. Dawn iddiskutew l-isfidi u l-opportunitajiet għal kollaborazzjoni mtejba bejn l-UE u reġjuni oħra fir-rigward tas-saħħa madwar id-dinja.

Il-Kunsill tal-UE jadotta konkluzjonijiet dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa madwar id-dinja

Il-Kunsill jilqa' d-dokument ta' politika tal-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa madwar id-dinja, li jenfasizza l-bżonn li tittieħed azzjoni biex titjieb is-saħħa, tonqos l-inugwaljanza u tiżdied il-protezzjoni kontra t-theddid għas-saħħa madwar id-dinja.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Italja

Kampanja ta' komunikazzjoni ġdida dwar l-irdigħ

Il-kampanja, fin-nofsinhar tal-Italja, tenfasizza l-vantaġġi u l-benefiċċji għas-saħħa tal-irdigħ għat-trabi u l-ommijiet.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Is-Saħħa madwar id-Dinja: Il-Kummissjoni titlob lill-UE biex tħaffef il-pass fejn jidħlu azzjonijiet dwar is-saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea adottat proposti biex issaħħaħ ir-rwol tal-UE fis-saħħa madwar id-dinja. L-għan hu li l-kontribut tal-Ewropa jsir aktar effettiv sabiex ikun jista' jakkumpanja aħjar il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jirritornaw fuq it-triq li twassal għall-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju (Millenium Development Goals - MDGs)

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza dwar is-Saħħa madwar id-Dinja 10-11 Ġunju 2010

L-għanijiet tal-konferenza huma li jkun ippreżentat d-dokument dwar il-politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-saħħa madwar id-dinja u jiġu diskussi l-isfidi ewlenin, il-miri, l-istrumenti tal-politika u s-sħubija mal-partijiet interessati u l-imsieħba globali, biex ikun iċċarat kif l-UE tista' taħdem mal-atturi kollha biex ittejjeb is-saħħa fuq livell dinji.

Skola tas-Sajf 2010 fl-Osservatorju ta' Veneżja: L-Integrazzjoni tal-UE u s-Sistemi tas-Saħħa - 25-31 Lulju 2010

L-Iskola tas-Sajf 2010 se tistudja l-influwenza tal-integrazzjoni u r-regolamentazzjoni Ewropea fuq is-sistemi tas-saħħa, kif ukoll l-opportunitajiet u l-isfidi li din toħloq għall-pażjenti, il-professjonisti u min ifassal il-politika.

Laqgħa ta' kull tliet snin tal-Kunsill Internazzjonali dwar l-Alkoħol, id-Droga u s-Sigurtà tat-Traffiku – 22-26 ta' Awwissu 2010

Firxa kbira ta' temi dwar is-sigurtà tat-traffiku se jkunu diskussi, inklużi d-droga u s-sigurtà tat-traffiku, bijomarkaturi għall-alkoħol, programmi ta' riabilitazzjoni min-narkotiċi u d-droga għal dawk intossikati li jsuqu.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Ekwità, determinanti soċjali u programmi tas-saħħa pubblika

Dan il-ktieb janaliżża l-impatt ta' determinanti soċjali fuq kundizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi.

Ekwità, determinanti soċjali u programmi tas-saħħa pubblika

Dan il-ktieb janaliżża l-impatt ta' determinanti soċjali fuq kundizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi.

Pubblikazzjoni ġdida dwar l-sfida tal-mard kroniku fl-EwropaL

Osservatorju Ewropew dwar il-Politiki u s-Sistemi tas-Saħħa ppubblika ktieb dwar il-kwistjonijiet prinċipali u l-istrateġiji u l-miżuri li min ifassal il-politika jista' juża biex tkun indirizzata l-isfida dejjem tikber tal-mard kroniku.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Fuljett biċ-Ċiniż dwar il-Portal Saħħa-UE

Kien ippreparat fl-okkazjoni tal-EXPO ta' SHANGAI 2010, fejn id-DĠ tas-Saħħa u l-Konsumaturi se jkollu żewġ avvenimenti.

Fuljett biċ-Ċiniż dwar il-Portal Saħħa-UE

Kien ippreparat fl-okkazjoni tal-EXPO ta' SHANGAI 2010, fejn id-DĠ tas-Saħħa u l-Konsumaturi se jkollu żewġ avvenimenti.

Il-Kummissjoni tniedi t-2 Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Ġurnalisti huma mistiedna jissottomettu artikli relatati mal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti ppubblikati fl-istampa jew onlajn bejn is-16 ta' Ġunju 2009 u l-1 ta' Lulju 2010. Għandha tintuża l-formola għall-parteċipazzjoni onlajn.

Fokus

Is-Saħħa madwar id-Dinja: Is-saħħa tiegħek - tgħix fejn tgħix

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Kooperazzjoni Internazzjonali

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Politika tal-UE dwar is-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Kummissjoni Ewropea - DĠ Żvilupp

Saħħa-UE - Politiki

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

MT: INEQ-CITIES: Inugwaljanzi soċjoekonomiċi fil-mortalità: provi u politika fl-ibliet tal-Ewropa

Inizjattiva dwar is-Saħħa Riproduttiva għaż-Żgħażagħ fl-Ażja (RHIYA) - Sri Lanka

Pakkett komprensiv għat-trattament u l-kura fejn tidħol l-HIV fiż-Żimbabwe

It-tilqim huwa l-aħjar difiża li jista' jkollhom uliedek – In-Niġerja

Titjib fis-servizzi tal-kura tas-saħħa għall-ommijiet u t-tfal fl-Użbekistan

Ħoloq interessanti oħra

Is-Saħħa madwar id-Dinja

GHSI - L-Inizjattiva Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa

Il-vuċijiet tal-vulnerabbli

Azzjoni għall-Websajt dwar is-Saħħa madwar id-Dinja

Fondi Dinjin għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja

ODS - Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk