Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 50, IS 20 ta´ Mejju 2010

F'din il-ħarġa


Merħba


L-Ewropa tfakkar il-Jum Dinji tal-isklerożi multipla fis-26 ta' Mejju 2010


Peer Baneke, kap eżekuttiv tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isklerożi Multipla (MSIF) u Dorothea Pitschnau-Michel, president tal-Pjattaforma Ewropea tal-Isklerożi Multipla (EMSP)



L-EMSP u l-MSIF, iż-żewġ organizzazzjonijiet li jikkoordinaw l-azzjoni kontra l-isklerożi multipla (SM) fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra, jippromwovu inizjattivi madwar id-dinja kollha fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-SM fis-26 ta' Mejju. It-tema ta' din is-sena hija l-impjieg. Riċerka ġdida kkummissjonata mill-MSIF turi li t-telf tal-impjieg hu wieħed mill-konsegwenzi ekonomiċi ewlenin tal-SM. Ħafna persuni li jbatu mill-SM jiffaċċaw diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol jew jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba li l-marda mhijiex magħrufa sew. Għaldaqstant, stħarriġ tal-MSIF dwar l-SM u l-impjieg wera li tibdil sempliċi bħal ħin tax-xogħol flessibbli, jista' jgħin lil dawn il-persuni jibqgħu attivi għal żmien itwal.

 

Fl-Ewropa, 80 minn 100,000 persuna jbatu mill-SM. L-età medja meta titfaċċa l-marda hi ta' 29 sena. Ħafna minn dawn il-persuni jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom meta jiġu djagnostikati bil-marda u jsibu li l-isklerożi multipla taffettwa ħafna l-kapaċità tagħhom biex jaħdmu meta jkunu għadhom fl-aqwa żmien ta' ħajjithom. In-nisa, li għandhom tliet darbiet iktar probabbiltà li jiżviluppaw il-marda, huma dawk li jbatu l-iktar. Mhux faċli li l-mara ssib bilanċ bejn il-marda, l-impjieg u l-maternità.

 

Is-sena l-oħra ħarġet iktar informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet permezz tal-proġett pilota għal Reġistru Ewropew tal-SM mill-“Multiple sclerosis information dividend”. Dan il-proġett, li spiċċa reċentement, kien kofinanzjat mill-programm dwar is-saħħa pubblika tal-Kummissjoni Ewropea.

 

Fil-Jum Dinji tal-SM se jsiru attivitajiet relatati mal-impjieg fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra. Dawk li jgħixu bil-marda jixtiequ jqajmu kuxjenza dwar il-marda biex jistimulaw il-finanzjament għar-riċerka u t-trattament. Bosta organizzazzjonijiet qed jittamaw li jiġbdu l-attenzjoni tal-fassala tal-politika li jistgħu jiżguraw li drittijiet tagħhom tal-ugwaljanza u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni jiġu rispettati skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà.





Aħbarijiet mill-UE


Reġistru Ewropew tal-isklerożi multipla (EUReMES)

Strument li jevalwa, iqabbel u jistimola l-istatus tal-persuni bl-isklerożi multipla madwar l-UE.

Reġistru Ewropew tal-isklerożi multipla (EUReMES)

Strument li jevalwa, iqabbel u jistimola l-istatus tal-persuni bl-isklerożi multipla madwar l-UE.

Innaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa – filmat ġdid tal-UE onlajn


Innaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa – filmat ġdid tal-UE onlajn


Sklerożi multipla – Barometru 2008

Il-barometru dwar l-SM hu strument ta' referenza biex isir tqabbil xieraq u biex jiġi identifikat liema aspetti tal-marda huma ġestiti sew u f'liema oqsma l-awtoritajiet għandhom bżonn itejbu l-politki u l-prattiki tagħhom.

Sklerożi multipla – Barometru 2008

Il-barometru dwar l-SM hu strument ta' referenza biex isir tqabbil xieraq u biex jiġi identifikat liema aspetti tal-marda huma ġestiti sew u f'liema oqsma l-awtoritajiet għandhom bżonn itejbu l-politki u l-prattiki tagħhom.



Rapporti minn madwar l-Ewropa


Italja

Sikurezza fis-swali tal-operazzjonijiet

Reċentement il-Ministru tas-Saħħa Taljan ippubblika linjigwida u lista ta' verifika bħala parti mill-programm tad-WHO "Operazzjonijiet sikuri jsalvaw il-ħajjiet".

Renju Unit

Is-Soċjetà tal-Isklerożi Multipla tniedi kampanja ewlenija

Fil-15 ta' Frar 2010, is-Soċjetà tal-SM fir-Renju Unit nediet il-manifest tal-2010 tagħha biex tinkuraġġixxi lill-Gvern li jmiss jaġixxi dwar l-inugwaljanzi minħabba l-SM.



Avvenimenti li ġejjin


Kungress annwali tal-Pjattaforma Ewropea tal-isklerożi multipla (EMSP) fi Stuttgart (26-28 ta' Mejju 2010)

Il-kungress annwali tal-EMSP jikkonsisti f'rapporti dwar kunċetti innovattivi għall-għoti ta' pariri u għat-trasferiment tal-għarfien żviluppati minn wħud mill-membri tal-organizzazzjoni.

Jum Dinji Mingħajr Tabakk (31 ta’ Mejju 2010)

Din is-sena l-enfasi se jitqiegħed fuq l-importanza li tiġi kkontrollata l-epidemija tat-tabakk fost in-nisa.

Expo 2010 f'Shanghai "Avveniment - Bliet f'saħħithom" (4-6 ta' Ġunju 2010)

Il-konferenza "Bliet f'saħħithom" hi opportunità unika biex inħarsu lejn kif l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jfasslu l-ibliet biex itejbu l-benessri tal-abitanti tagħhom. Il-konferenza se tinfetaħ mill-Kummissarju għall-Politika tas-Saħħa u tal-Konsumatur, is-Sur John Dalli.

Kungress annwali tal-kumitat Ewropew għat-trattament u r-riċerka fl-isklerożi multipla (ECTRIMS) (13-16 ta' Ottubru 2010)

Il-kungress jikkonsisti: f'lekċers dwar l-aħħar sejbiet tar-riċerka għall-professjonisti tas-saħħa; diskussjonijiet dwar l-epidemjoloġija; seminars u sessjoni għar-riċerkaturi żgħażagħ.




X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


In-Newsletter Saħħa-UE tiċċelebra l-50 edizzjoni

Aqra l-edizzjonijiet preċedenti!

In-Newsletter Saħħa-UE tiċċelebra l-50 edizzjoni

Aqra l-edizzjonijiet preċedenti!

Portal Saħħa-UE biċ-Ċiniż: lesti ruħek!

Il-portal biċ-Ċiniż – maħluq biex jikkoinċidi mal-Expo 2010 f'Shanghai

Portal Saħħa-UE biċ-Ċiniż: lesti ruħek!

Il-portal biċ-Ċiniż – maħluq biex jikkoinċidi mal-Expo 2010 f'Shanghai

Il-Kummissjoni tniedi t-2 Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Ġurnalisti huma mistiedna jissottomettu artikli relatati mal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti ppubblikati fl-istampa jew onlajn bejn is-16 ta' Ġunju 2009 u l-1 ta' Lulju 2010. Għandha tintuża l-formola għall-parteċipazzjoni onlajn.

Il-Kummissjoni tniedi t-2 Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Ġurnalisti huma mistiedna jissottomettu artikli relatati mal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti ppubblikati fl-istampa jew onlajn bejn is-16 ta' Ġunju 2009 u l-1 ta' Lulju 2010. Għandha tintuża l-formola għall-parteċipazzjoni onlajn.


Fokus


Jum Dinji tal-Isklerożi Multipa - 26 ta' Mejju 2010


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE - Mard Ieħor li ma Jitteħidx

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Mard serju u kroniku

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


Jum Dinji tal-SM 2010: websajt ġdida onlajn!



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Multiple Sclerosis information dividend

Dan il-proġett għandu l-għan li jħeġġeġ trattament ugwali, aċċess għat-trattament u servizzi ta' kwalità liċ-ċittadini tal-UE li jbatu mill-SM.


Ħoloq interessanti oħra


Il-Pjattaforma Ewropea dwar l-Isklerożi Sħiħa


MSIF – Federazzjoni internazzjonali tal-isklerożi multipla


Impjieg u stħarriġ dwar l-SM


ECTRIMS – Kumitat Ewropew għat-trattament u r-riċerka fl-isklerożi multipla


WFN – Federazzjoni internazzjonali tan-newroloġija


RIMS – Ċentru ta' Riabilitazzjoni tal-pazjenti bl-isklerożi multipla


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk