Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 49, IS 22 ta´ April 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Inugwaljanzi fis-saħħa – Nittrattaw il-"kawżi tal-kawżi" ta' nuqqas ta’ saħħa

Minn Clive Needle, id-Direttur tal-EuroHealthNet

Matul l-aħħar għaxar snin, il-każ – kemm morali u ekonomiku – biex jiġu ttrattati l-inugwaljanzi fis-saħħa bejn u fost il-pajjiżi tal-UE nbena b’mod formidabbli. Il-programmi ta’ azzjoni tal-UE dwar is-saħħa pubblika appoġġaw il-ħidma li tidentifika l-evidenza u l-iżvilupp ta’ strateġiji/miżuri speċifiċi biex dan ikun jista’ jsir.

Id-dokument "Solidarjetà fis-saħħa" tal-2009 tal-Kummissjoni Ewropea jagħmel sforz biex jgħaqqad flimkien it-taħlita kumplessa ta’ politika u prattika meħtieġa biex jiġu indirizzati l-problemi b’mod effettiv.

Presidenzi suċċessivi tal-UE wrew għarfien li qed jiżdied mill-gvernijiet dwar il-firxa tal-problema, prekursur importanti biex jinsabu soluzzjonijiet, bil-presidenza Spanjola attwali tinkuraġġixxi b’mod attiv passi prattiċi, b’mod partikulari biex jiġu kkalkulati u mifhumin il-ħtiġijiet.

Din il-kwistjoni tmur lil hinn mis-sistemi tas-saħħa, għalkemm il-ħtieġa li dawn jiġu orjentati mill-ġdid b'mod sistematiku lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa/tal-benesseri hi parti vitali tas-soluzzjoni, tal-anqas bħala tweġiba kruċjali għall-kriżijiet ekonomiċi u soċjali prinċipali billi qed jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-istrateġija Ewropa 2020.

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom rwol fundamentali fiha. L-aspirazzjoni ta’ min ifaħħarha tal-UE fit-Trattat ta’ Liżbona li “jiġi promoss [ … ] il-benesseri taċ-ċittadini tagħha” jinħtiġilha tinbidel f'azzjoni li tindirizza l-fatturi determinanti soċjali, ekonomiċi u ambjentali: il-"kawżi tal-kawżi" ta' nuqqas ta’ saħħa. B’hekk biss inkunu nistgħu nibdew nittrattaw il-problema.

Aħbarijiet mill-UE

Il-Kummissjoni tippubblika Ewrobarometru dwar is-Sikurezza tal-Pazjenti

Madwar 50% tal-Ewropej kollha li wieġbu stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar is-sikurezza tal-pazjenti jibżgħu li l-kura tas-saħħa tista’ tikkawżalhom ħsara.

Sejħa għal offerti - preparazzjoni ta' rapport dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa fl-UE

Fil-qafas tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE", din is-sejħa għal offerti qed titlob li jsir rapport komprensiv dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa u l-azzjonijiet li qed jittieħdu biex jiġu ttrattati fl-Unjoni Ewropea. Data tal-għeluq - l-20 ta' Mejju 2010.

Glasgow fuq skala żgħira

Filmat qasir li jippreżenta l-belt, in-nies tagħha u l-inugwaljanzi li jeżistu, inklużi dawk fis-saħħa. Verżjonijiet u sottotitoli b’9 lingwi.

Glasgow fuq skala żgħira

Filmat qasir li jippreżenta l-belt, in-nies tagħha u l-inugwaljanzi li jeżistu, inklużi dawk fis-saħħa. Verżjonijiet u sottotitoli b’9 lingwi.

Il-ġens tar-Roma jiġġieled kontra l-faqar u l-preġudizzju

B’popolazzjoni minn 10 sa 12-il miljun ruħ mifruxa f'bosta pajjiżi, ir-Roma jikkostitwixxu waħda mill-minoranzi etniċi l-kbar tal-Ewropa. Iżda jgħixu fejn jgħixu, ir-riskju tar-Roma li jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali hu akbar minn dak tal-parti l-kbira tal-Ewropej.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Lussemburgu

Pjan ta' azzjoni ġdid dwar id-drogi mill-gvern (2010-14)

Jittratta l-problema tad-drogi/vizzju bħala fenomenu olistiku billi jinkludi d-dipendenza mhux biss fuq drogi illegali iżda wkoll fuq prodotti legali bħall-alkoħol, it-tabakk, id-drogi b’riċetta u psikotropiċi, kif ukoll fuq il-vizzji tal-logħob tal-ażżard u logħob ieħor.

Renju Unit

National Care Service Ġdid fir-Renju Unit

In-National Care Service tar-Renju Unit se jipprovdi servizz ta’ kura abbażi ta’ assigurazzjoni soċjali kollettiva – iffinanzjata permezz tal-kontribuzzjonijiet minn kulħadd b’mod ġust. Dan hu l-akbar tibdil fl-assistenza soċjali mill-1948.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Ewrobarometru speċjali 331 “L-attitudnijiet taċ-ċittadini tal-UE lejn l-alkoħol”

Il-konsum tal-alkoħol fl-UE għadu fl-istess livell li kien erba' snin ilu. Il-"binge drinking" (xorb alkoħoliku għal ħames darbiet jew aktar f'okkażjoni waħda) jaffettwa l-etajiet kollha iżda l-aktar suxxettibbli għal dan it-tip ta’ konsum ta’ alkoħol li jsir kull ġimgħa huma ż-żgħażagħ bl-età bejn 15 u 24 sena.

Avvenimenti li ġejjin

Is-6 Kungress Annwali dwar il-Kura tas-saħħa madwar id-dinja – Ewropa (19-20 ta' Mejju 2010)

Forum internazzjonali ewlieni fejn aktar minn 400 mexxej mis-setturi kollha tal-kura tas-saħħa jistgħu jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u inizjattivi b’suċċess għal twassil ta’ servizz u riżultati aħjar fl-Ewropa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Kitbiet fil-qosor dwar il-politiki proposti minn Equity Channel

Equity Channel ipproduċa serje ta’ Kitbiet fil-Qosor li juru r-rabta bejn l-ekwità fil-qasam tas-saħħa u l-aġenda tal-politiki tal-UE għax-xhur li ġejjin. Dawn il-folji ta’ tagħrif għandhom jiggwidaw lill-partijiet interessati billi huma jistabbilixxu opportunitajiet konkreti għal azzjoni ta' benesseri aħjar.

Ħarsa lejn l-obeżità mil-lenti tal-ekwità fil-qasam tas-saħħa (it-2 edizzjoni)

Rapport li juri l-konnessjoni qawwija bejn l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa u r-rati li dejjem qed jiżdiedu tal-obeżità, u kif miżuri eżistenti biex tiġi ttrattata l-kundizzjoni jistgħu jikkunsidraw dan.

Belt f’saħħitha f’belt attiva – gwida għall-ippjanar ta’ attività fiżika

Ideat, informazzjoni u għodda għall-iżvilupp ta' belt f'saħħitha u attiva.

Belt f’saħħitha f’belt attiva – gwida għall-ippjanar ta’ attività fiżika

Ideat, informazzjoni u għodda għall-iżvilupp ta' belt f'saħħitha u attiva.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Il-Kummissjoni tniedi t-2 Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Ġurnalisti huma mistiedna jissottomettu artikli relatati mal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti ppubblikati fl-istampa jew onlajn bejn is-16 ta' Ġunju 2009 u l-1 ta' Lulju 2010. Għandha tintuża l-formola għall-parteċipazzjoni onlajn.

Fokus

Ġestjoni tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Prevenzjoni u Promozzjoni

DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Statistika

DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - L-Ambjent Soċjali

DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Programmi

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Politiki

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

DETERMINE – Konsorzju tal-UE għal azzjoni dwar il-fatturi soċjo-ekonomiċi determinanti fil-qasam tas-saħħa

DETERMINE (2007-10) għandu l-għan li jmexxi 'l quddiem il-ħidma tal-Kummissjoni tad-WHO dwar din il-kwistjoni, f’kuntest tal-UE.

Gradient

Dan il-proġett irċieva finanzjament mis-7 Programm ta' Qafas għar-riċerka. Dan jindirizza l-inugwaljanzi fost il-familji u t-tfal, bl-għan li jinfluwenza lil dawk li jfasslu l-politiki biex jieħdu l-passi neċessarji ħalli jitnaqqsu d-differenzi fil-livell tas-saħħa.

ŻGĦAŻAGĦ

Proġett li l-għan tiegħu hu li jitfasslu rakkomandazzjonijiet dwar politiki biex jiġu evitati l-inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi konnessi mal-komportament tas-saħħa tal-adolexxenti Ewropej.

Ħoloq interessanti oħra

EPHA – Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika

EuroHealthNet - Netwerk Ewropew tal-Aġenziji għall-Promozzjoni tas-Saħħa

Equity Channel

IUHPE - Unjoni Internazzjonali għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Edukazzjoni

WHO Ewropa – L-ambjent soċjali

WHO Ewropa - Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki fil-Qasam tas-Saħħa

WHO – Il-Kummissjoni dwar id-determinanti soċjali tas-saħħa

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk