Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 48, IS 15 ta´ April 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti, it-18 ta' April 2010

Melody Ross – Direttur tan-Netwerk taċ-Ċittadinanza Attiva (ACN)

Post ċentrali għaċ-ċittadin fil-politika tas-saħħa tal-UE jfisser li l-garanzija tad-drittijiet tal-pazjenti tkun rispettata. Dan huwa possibbli biss bil-kooperazzjoni u l-impenn tal-partijiet interessati kollha fil-kura tas-saħħa f'kull pajjiż tal-UE. Għaldaqstant huwa essenzjali li nżidu l-għarfien dwar l-importanza tad-drittijiet tal-pazjenti u r-responsabbiltajiet ta' kulħadd fl-iżgurar tar-rispett tagħhom.

Għal din ir-raġuni, iċ-Ċittadinanza Attiva tal-2007 flimkien mal-organizzazzjonijiet taċ-ċittadini-pazjenti fil-pajjiżi Membri kollha tal-UE bdiet tippromwovi ċ-ċelebrazzjoni annwali tal-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti (fit-18 ta' April) bħala okkażjoni komuni għal informazzjoni, diskussjoni u azzjoni biex jitjiebu d-drittijiet tal-pazjenti fl-Ewropa u f'kull pajjiż tal-UE.

L-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u ċ-ċittadini qed jorganizzaw avvenimenti madwar l-Ewropa biex jiċċelebraw ir-4 Jum Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti. Din iċ-ċelebrazzjoni għandha tikkonkludi b'konferenza fis-6 ta' Mejju fil-Parlament Ewropew fi Brussell, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarju Dalli. Iċ-Ċittadinanza Attiva se tirrepeti t-talba li l-Kummissarju u l-Membri tal-Parlament jirrikonoxxu b'mod legali li t-18 ta' April huwa l-"Jum Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti". Ingħaqad magħna!

Aħbarijiet mill-UE

Eurobarometer ġdid dwar ir-reżistenza antimikrobika

Il-Kummissjoni tippubblika dan ir-rapport li juri l-ħtieġa għal aktar progress fl-Unjoni Ewropea fejn tidħol ir-reżistenza antimikrobika. Dan huwa l-ewwel stħarriġ pan-Ewropew li juri tendenzi inkwetanti fl-attitudni pubblika lejn l-użu tal-antibijotiċi

Sejħiet ġodda għal offerti fil-qasam tas-Saħħa Pubblika

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea qed isejħu għal offerti fil-qasam tal-preskirzzjonijiet bejn il-fruntieri, taħriġ għall-koordinaturi tat-trapjanti, saħħa mentali, mediċini orfni, differenzi fis-saħħa, saħħa sesswali, kuntratti fil-fondi strutturali u ta' qafas tal-UE dwar ir-rapporti tas-saħħa u s-sigurtà tas-saħħa.

Librerija elettronika dwar tas-Saħħa issa onlajn

Il-pubblikazzjonijiet relatati mas-saħħa jenfasizzaw ir-riżultati ta' proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fis-6 u s-7 Programmi Kwadri. Jikkonċernaw oqsma strateġiċi fir-riċerka tas-saħħa bħal, ngħidu aħna puplesija, influwenza, kanċer, terapiji ġodda, eċċ, kif ukoll pubblikazzjonijiet ġenerali dwar il-finanzjament tar-riċerka fis-saħħa.

Niffukaw fuq l-organizzazzjonijiet dwar sistemi tas-saħħa

Proġett ġdid iffinanzjat mill-UE għandu jqabbel l-organizzazzjonijiet tas-sistemi tas-saħħa fis-27 Stat Membru, u jeżamina l-qawwa tar-riżultati fis-saħħa li attwalment qed jintużaw mill-uffiċjali tal-evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa.

Stħarriġ speċjali tal-Eurobarometer dwar l-Isport u l-attività Fiżika

Ir-riżultati ta' dan l-Istħarriġ speċjali tal-Eurobarometer mistenni juri differenzi kbar fl-attitudnijiet lejn l-isport u l-attività fiżika. Is-sejbiet huma bbażati fuq intervisti wiċċ-imb-wiċċ ma' kważi 27,000 ruħ fis-27 Stat Membru.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Kompetizzjoni dwar id-drittijiet tal-pazjenti

Il-Ministru tas-Saħħa u l-Isport ta' Franza se jiċċelebra r-4 Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti b'kompetizzjoni dwar prattika tajba "Nippromwovu l-użu effettiv u l-għarfien tad-drittijiet tal-pazjenti".

Italja

Cittadinanzattiva tiċċelebra 30 sena ta' promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti

L-għanijiet ewlenin ta' Cittadinanzattiva huma l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fl-Italja u l-Ewropa. Il-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Pazjenti kienet ispirata mill-esperjenza Taljana tal-karti tad-drittijiet tal-pazjenti nazzjonali u lokali u l-jum tad-drittijiet tal-pazjenti.

Renju Unit

Aptit għall-frott u ħxejjex friski fi żmienhom

F'Edinburgh dan l-aħħar ġie mniedi toolkit ġdid li jgħin lill-fornituri tal-ikel u x-xorb jipprovdu lill-konsumaturi b'aktar tagħrif dwar l-oriġini tal-ikel u x-xorb disponibbli fil-lukandi, kafejiet, bars u ristoranti tal-Iskozja.

Avvenimenti li ġejjin

Il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti (it-18 ta' April 2010)

Dan il-jum għandu l-għan li jqiegħed liċ-ċittadini f'post ċentrali fil-politika tas-saħħa u jiżgura li l-garanzija tad-drittijiet tal-pazjenti tkun rispettata. Huma meħtieġa l-kooperazzjoni u l-impenn ta' dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kura tas-saħħa f'kull pajjiż tal-UE.

Iċ-ċittadini fil-qalba tal-politika dwar is-saħħa tal-UE (6 ta' Mejju 2010)

Konferenza fil-Parlament Ewropew fi Brussell mal-Kummissarju Dalli bħala ċelebrazzjoni tar-4 Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Ħidma ma' individwi, familji u komunitajiet għat-titjib tas-saħħa fit-tqala u tat-tarbija

L-għan ta' dan id-dokument hu li jistabilixxi viżjoni u metodu komuni, kif ukoll jidentifika r-rwol tal-inizjattiva tad-WHO: Making Pregnancy Safer.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Il-Kummissjoni tniedi t-2 Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Ġurnalisti huma mistiedna jissottomettu artikli relatati mal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti ppubblikati fl-istampa jew onlajn bejn is-16 ta' Ġunju 2009 u l-1 ta' Lulju 2010. Għandha tintuża l-formola għall-parteċipazzjoni onlajn.

Fokus

Il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti (it-18 ta' April 2010)

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE – Sigurtà għall-Pazjenti

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-ħidma mal-pazjenti u mal-konsumaturi

EMA - L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

Is-sikurezza tal-pazjent

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Ewropa għal Pazjenti

Kampanja tal-Kummissjoni Ewropea li tgħaqqad inizjattivi ta' politika differenti bil-għan li tittejjeb il-kura tas-saħħa għal kulħadd fl-Ewropa.

Farmaċewtiċi

DĠ Saħħa u Konsumaturi

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 - Artikli

Il-pazjenti għandhom ikunu liberi jagħżlu liema sptar iridu fl-UE, ta' Kristine Jul Andersen, nominata nazzjonali għad-Danimarka

Kull ċittadin għandu jkollu d-dritt jiġi kkurat f'pajjiż ieħor tal-UE bil-flejjes pubbliċi jekk l-istennija tkun twila wisq f'pajjiżu.

Kura barra bl-ispejjeż imħallsa f'pajjiżek, ta' Gary Finnegan, nominat nazzjonali għall-Irlanda

Proposta għal Direttiva tal-UEgħandha tippermetti liċ-ċittadini jkollhom kura fejn iridu fl-UE u jiġu rrimborsati fl-istat tagħhom.

Elenku ta' oġġetti vitali fis-sala tal-operazzjonijiet, ta' Agnese Codignola, nominata nazzjonali għall-Italja

Ikkonferma l-organu li għandu jiġi operat. Aħsel idejk. Qis li d-demm huwa disponibbli... prekawzjonijiet żgħar, iżda li sikwit jiġu injorati mill-kirurġi. Kirurgu famuż tispjega kif jiġu salvati miljuni ta' ħajjiet.

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

SIMPATIE - titjib fis-Sikurezza għall-Pazjenti fl-Ewropa

L-użu ta' netwerks ta' organizzazzjonijiet, esperti, professjonisti u partijiet oħra interessati madwar l-Ewropa bil-għan li jiġi stabbilit vokabularju komuni Ewropew, kif ukoll indikaturi u strumenti esterni għat-titjib tas-sikurezza u l-kura tas-saħħa.

Value + il-promozzjoni tal-involviment tal-pazjenti fi proġetti tas-saħħa appoġġati mill-UE

Il-proġett jipprova jtejjeb l-informazzjoni u l-għarfien sabiex tkun żviluppata saħħa pubblika aħjar kif ukoll sistemi tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa fejn il-pazjent ikun ċentrali.

Ħoloq interessanti oħra

ACN - Netwerk ta' Ċittadinanza Attiva

Linji gwida Ewropej għad-Drittijiet tal-Pazjenti bil-Kanċer

Kodiċi Ewropew kontra l-Kanċer

Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Pazjent

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk