Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 47, IS 24 ta´ Marzu 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Jum Dinji tat-Tuberkulożi – daqqa t'id mill-NGOs kontra t-TB

Lilian Severin – Direttur, TV/HIV fil-programmi tal-ħabsijiet

Teżisti prevenzjoni mit-tuberkulożi (TB), u grazzi għall-medikazzjoni vvintata 50 sena ilu, teżisti kura għaliha. Iżda sal-ġurnata tal-lum fl-Ewropa, kull siegħa, jimirdu biha 49 persuna u jmutu 7.

Ir-raġunijiet għalfejn il-pajjiżi Ewropej għad ma rnexxilhomx jeqirdu t-TB huma magħrufa sew: ir-reżistenza persistenti tal-marda kontra l-mediċini, il-preżenza tat-TB fil-popolazzjonijiet vulnerabbli, iż-żieda tal-infezzjonijiet magħquda li jinvolvu l-HIV u t-TB, eċċ.

L-organizzazzjonijiet non-governattivi għandhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni tat-TB, għall-kura tal-vittmi u għall-qerda tal-marda. Għandhom kuntatti mill-qrib mal-atturi fil-livelli kollha – il-gvern, id-dinja medika, il-popolazzjonijiet f'riskju – u għandhom esperjenza prezzjuża fil-qasam.

L-organizzazzjoni tagħna tiddisinja u timplimenta proġetti tal-għajnuna soċjali għall-persuni li jippreżentaw reżistenza għal diversi mediċini kontra t-TB. Dan l-aħħar konna attivi fil-Moldova, pajjiż li ntlaqat minn xokk soċjali qawwi wara l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika. L-NGO Carlux hi s-suċċessur għall-programm TB/HIV fil-ħabsijiet imniedi fl-1999 bl-appoġġ finanzjarju tal-Caritas tal-Lussemburgu. Il-missjoni tagħna hi li nnaqqsu l-infezzjonijiet u l-imwiet mit-TB/HIV permezz ta' attivitajiet sportivi, il-bini tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet ċivili u penitenzjarji u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-kura f'dawn l-istituzzjonijiet.

Kellna l-unur naraw ħidmietna u l-kontribuzzjoni tagħna rikonoxxuti mill-premju Ewropew KE/ECDC/WHO-Ewropa 2009 għall-NGOs li jiġġieldu kontra t-TB.

Lil hinn mis-sodisfazzjon personali, dan il-premju hu partikolarment importanti għax jenfasizza l-kontribuzzjoni mogħtija mill-NGOs. Ir-rikonoxximent u l-appoġġ tal-ħidma ta' dawn l-organizzazzjonijiet jagħtu spinta lill-isforzi konġunti tagħna biex neqirdu t-TB darba għal dejjem.

Aħbarijiet mill-UE

Imniedi l-ewwel netwerk ta' laboratorji ta' referenza għat-tuberkulożi

L-ewwel laqgħa annwali tan-Netwerk ta' Laboratorji Ewropej ta' Referenza għat-Tuberkulożi (ERLN-TB) saret fi Stokkolma fil-25 ta' Jannar 2010. Ir-rappreżentanti tal-UE u taż-ŻEE u tal-pajjiżi kandidati se jipparteċipaw f'inizjattiva bla preċedent għall-kontroll tat-TB.

Metodi u għodod ġodda għall-kontroll tat-tuberkulożi

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) ospita l-ewwel laqgħa tal-partenarjat "Stop TB" dwar l-introduzzjoni ta' metodi u għodod ġodda għat-tuberkulożi (23-24 ta' Frar 2010).

In-nisa u t-tuberkulożi

Fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa, id-dinja qed tirrifletti kif tiżgura drittijiet u opportunitajiet ugwali għan-nisa u t-tfajliet. It-tuberkulożi, flimkien mal-HIV/AIDS u l-kawżi relatati mal-maternità, huma t-tliet kawżi prinċipali tal-mewt għan-nisa fid-dinja kollha.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Renju Unit

Imnedija kampanja ġdida biex titqajjem il-kuxjenza dwar it-TB

Fil-25 ta' Frar 2010 l-Parlament Brittaniku, f'seduta parlamentari informattiva għad-deputati, l-organizzazzjonijiet tas-saħħa u gruppi ta' pazjenti, nieda kampanja ġdida biex "titqajjem radikalment kuxjenza dwar il-marda".

Avvenimenti li ġejjin

Simposju dwar il-Jum Dinji tat-Tuberkulożi – Indaħħlu innovazzjonijiet biex neliminaw it-tuberkulożi (24 ta' Marzu 2010)

Is-simposju li se jsir fl-24 ta' Marzu 2010 qed jiġi organizzat b'kooperazzjoni mal-grupp ta' ħidma tal-Parlament Ewropew dwar l-innovazzjoni, l-aċċess għall-mediċini u l-mard relatat mal-faqar.

Konferenza ta' livell għoli dwar it-trapjant tal-organi (23-25 ta' Marzu 2010)

Din il-Konferenza, li se ssir fit-23 ta' Marzu f'Madrid se tħares lejn is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi ewlenin fil-qasam tad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u se tagħti lill-parteċpanti informazzjoni aġġornata dwar l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu l-UE f'dan il-qasam.

Forum ta' Ġinevra dwar is-Saħħa (19-21 ta' April 2010)

It-tielet edizzjoni tal-Forum ta' Ġinevra dwar is-Saħħa se jlaqqa' lil dawk interessati fl-aċċess globali għas-saħħa, mill-operaturi li jaħdmu fil-qasam sal-politiċi responsabbli.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Rapport tad-WHO – Inkejlu l-impatt tat-TB

Politiki u rakkomandazzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-piż epidemjoloġiku tat-TB u l-impatt tal-kontroll tal-marda.

Rapport tad-WHO – Inkejlu l-impatt tat-TB

Politiki u rakkomandazzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-piż epidemjoloġiku tat-TB u l-impatt tal-kontroll tal-marda.

Fokus

Jum Dinji tat-Tuberkulożi 2010

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Tuberkulożi

Kummissjoni Ewropea - Is-Saħħa u l-Konsumaturi

ECDC - Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Tuberkulożi PAN-NET

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

StopLATENT-TB

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

SME-STREP għall-iżvilupp ta' mediċina kontra t-tuberkulożi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Tuberkulożi

Kummissjoni Ewropea - Riċerka

Aħbarijiet

Niġġieldu kontra t-tuberkulożi

Fis-sena 2010 il-pjan globali "Stop TB" (2006-2015) jinsab f'nofs triq. Hu ċar daqs qatt qabel li rridu nżidu l-isforzi u nkomplu nfittxu modi ġodda u innovattivi biex inwaqqfu t-TB jekk irridu tassew nilħqu l-għanijiet tagħna.

Ippubblikat ir-rapport konġunt tal-ECDC/WHO dwar is-sorveljanza tat-tuberkulożi fl-Ewropa fl-2008

Dan ir-rapport juri li r-rata ta’ suċċess għall-kura ta’ każijiet ta’ tuberkulożi misjuba reċentement irreġistrati fl-2007 kienet ta’ 70.7%.

Ħoloq interessanti oħra

Carlux – l-ewwel premju, KE/ECDC/WHO-Ewropa 2009 għall-NGOs li jiġġieldu kontra t-TB

Fondazzjoni għas-saħħa tar-Roma

KNCV – it-tieni premju, KE/ECDC/WHO-Ewropa 2009 għall-NGOs li jiġġieldu kontra t-TB

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk