Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 45, IS 25 ta´ Frar 2010

F'din il-ħarġa


Merħba


"Pazjenti u Riċerkaturi: Imsieħba għall-Ħajja!"


Minn Yann Le Cam, Uffiċjal Eżekuttiv Prinċipali ta' EURORDIS



Il-Jum tal-Mard Rari jsir kull sena fl-aħħar jum ta' Frar. Hu organizzat minn EURORDIS, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Mard Rari u l-Alleanzi Nazzjonali tagħha f’19-il pajjiż tal-UE biex titqajjem kuxjenza dwar mard rari u 30 miljun persuna milquta minnu fl-Ewropa.

Il-mard rari huwa mard li jhedded il-ħajja jew li huwa kronikament debilitanti bi prevalenza baxxa u livell għoli ta' kumplessità. Fl-Ewropa, marda hi definita bħala rari meta tolqot inqas minn 1 fost 2,000 ċittadin, jiġifieri minn xi ftit nies sa 250,000 persuna. L-Unjoni Ewropea tqis li hemm bejn 6,000 u 8,000 marda rari. 80% minnhom għandhom oriġini ġenetika, u l-maġġoranza vasta tagħhom jolqtu lit-tfal.

 

Il-persuni milquta mill-mard rari jiffaċċaw sfidi komuni bħal ħafna dewmien għad-dijanjosi, dijanjosi ħażina, nuqqas ta' informazzjoni u appoġġ għall-ħajja ta' kuljum. Il-mard rari għandu impatt drammatiku u ħafna drabi inviżibbli fuq il-familja kollha, kif ukoll fuq is-soċjetà. Minħabba l-prevalenza baxxa ta' dan il-mard, l-esperti mediċi huma rari wkoll, l-għarfien hu skars, l-offerta tal-kura mhijiex adegwata, ir-riċerka hi limitata u l-kuri kważi ineżistenti.

 

It-tema ta' din is-sena hi "Inġibu flimkien lill-Pazjenti u r-Riċerkaturi." Il-progress xjentifiku u mediku joffri opportunitajiet ġodda fil-qasam tar-riċerka tal-mard rari. Il-mard rari kkontribwixxa ferm għar-riċerka u fl-iskoperta tal-kura għal mard iktar frekwenti.

 

Il-Kummissjoni Ewropea tqis il-mard rari bħala prijorità tas-saħħa pubblika b'valur miżjud għoli Ewropew. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni adottata fl-2008 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill adottata fl-2009 wittew it-triq għall-istrateġija Ewropea kif ukoll għall-pjanijiet nazzjonali għall-mard rari fil-pajjiżi membri kollha qabel l-2013.

Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din l-istrateġija Ewropea hu li tiġi appoġġata r-riċerka ta’ trasferiment permezz ta' infrastrutturi pan-Ewropej tar-riċerka, in-Netwerks Ewropej ta' Riċerka ta' Eċċellenza, u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-politika nazzjonali tar-riċerka f'metodu integrat tal-UE. Gruppi ta' pazjenti li jbatu minn mard rari huma l-pijunieri ta' dawn l-isforzi, billi jgħaqqdu l-bżonnijiet tal-pazjenti mal-potenzjal tar-riċerkaturi.

 





Aħbarijiet mill-UE


Rapport speċjali – Jum tal-Mard Rari 2010: Dalwaqt!

Il-Jum tal-Mard Rari qed isir data ewlenija fil-kalendarju. Fi Frar, EURORDIS qed jistenna li l-organizzazzjonijiet kollha tal-pazjenti li jbatu mill-mard rari fl-Ewropa u madwar id-dinja jingħaqdu għaċ-ċelebrazzjonijiet.

Rapport speċjali – Jum tal-Mard Rari 2010: Dalwaqt!

Il-Jum tal-Mard Rari qed isir data ewlenija fil-kalendarju. Fi Frar, EURORDIS qed jistenna li l-organizzazzjonijiet kollha tal-pazjenti li jbatu mill-mard rari fl-Ewropa u madwar id-dinja jingħaqdu għaċ-ċelebrazzjonijiet.



Rapporti minn madwar l-Ewropa


Avvenimenti tal-Jum tal-Mard Rari: attivitajiet skont il-pajjiż




Avvenimenti li ġejjin


Workshop Ewropew “Inġibu flimkien lill-Pazjenti u r-Riċerkaturi” biex nibnu l-aġenda tal-futur għar-riċerka tal-mard rari fl-Ewropa (1 ta' Marzu 2010)

Dan il-grupp ta’ ħidma hu koorganizzat minn EURORDIS u E-RARE f'partenarjat ma' Orphanet u EuroPlan u bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea.

Konferenza ta’ Livell Għoli: “Ġimgħa dwar is-Saħħa onlajn 2010” (15-18 ta’ Marzu 2010)

Il-Konferenza Ministerjali dwar is-Saħħa onlajn 2010 organizzata b’mod konġunt mill-Presidenza Spanjola tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

Is-sitt Konferenza Internazzjonali dwar il-mard rari u l-mediċini orfni (18-20 ta' Marzu 2010)

L-għan ġenerali tal-konferenza internazzjonali dwar il-mard rari u l-mediċini orfni – ICORD 2010 – hu li tiġi żviluppata kooperazzjoni internazzjonali kostruttiva li tirriżulta fi progress fid-dijanjosi u t-trattament għall-pazjanti b’mard rari.



Pubblikazzjonijiet ġodda


Rapport tal-OECD dwar l-użu tal-ICTs fis-sistemi tal-kura tas-saħħa

Dan ir-rapport jippreżenta analiżi tal-isforzi tal-pajjiżi tal-OECD biex jużaw teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICTs) fis-sistemi tal-kura tas-saħħa.

Rapport tal-OECD dwar l-użu tal-ICTs fis-sistemi tal-kura tas-saħħa

Dan ir-rapport jippreżenta analiżi tal-isforzi tal-pajjiżi tal-OECD biex jużaw teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICTs) fis-sistemi tal-kura tas-saħħa.



Fokus


Mira tal-Jum tal-Mard Rari 2010: "Inġibu flimkien lill-Pazjenti u r-Riċerkaturi"


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Mard rari

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumatur

Saħħa-UE - Il-Mard Rari

Il-Mard Rari

L-Ewropa għall-pazjenti - Politiki u azzjonijiet



Aħbarijiet


It-28 ta' Frar huwa t-tielet Jum annwali ddedikat għall-Mard Rari.

F'din id-data u madwarha mijiet ta' gruppi ta' pazjenti u l-imsieħba tagħhom se jorganizzaw varjetà ta' attivitajiet li jgħollu l-għarfien biex jiġbdu l-attenzjoni lejn mard rari u lejn il-miljuni ta' persuni milquta minnhom


Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 - Artikli


La appoġġ u lanqas benefiċċji soċjali, minn Victor Vella, nominat nazzjonali għal Malta

Dan l-artiklu jiddeskrivi l-esperjenzi ta' pazjent li jbati mill-ME (enċefalopatija muskolari). F'Malta, il-ħajja tal-persuni li jbatu mill-ME mhijiex faċli minħabba numru ta' fatturi inklużi n-nuqqas ta' benefiċċji soċjali, informazzjoni u appoġġ.

L-orfni tal-mediċina minn Katharina Kluin, nominata speċjali għall-Ġermanja

Dan l-artiklu jippreżenta problema li mhix magħrufa f'termini ġurnalistiċi u professjonali b'mod sofistikat ħafna. Jirreferi għal waħda mill-poltiki tal-kampanja Ewropa għall-pazjenti u jenfesizza d-dimensjoni nazzjonali, Ewropea u internazzjonali.


Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Orphanet - Portal tal-mard rari

L-għan hu li tinħoloq bażi tad-dejta aċċessibbli bla ħlas dedikata għall-informazzjoni dwar il-mard rari u l-mediċini orfni.

ECORN-CF - Ċentri Ewropej ta' netwerk ta' referenza għall-fibrożi ċistika

Dan il-proġett għandu l-għan li jinforma lill-pazjenti dwar l-aspetti mediċi u psikosoċjali tal-marda.

Europlan - Proġett Ewropew għall-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali dwar il-mard rari

L-għan tal-proġett hu li jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġi definit pjan strateġiku għall-mard rari.


Ħoloq interessanti oħra


EURORDIS – L-Organizzazzjoni Ewropea inkarigata mill-Mard Rari


ORPHANET – Database ta' mard rari u mediċini orfani


Myeloma Euronet


Lab Tests Online - Testijiet tal-Laboratorju Onlajn


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk