Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 43, IS 3 ta´ Diċembru 2009

F'din il-ħarġa

Merħba

L-Isforzi f’isem aċċess universali qed joħorġu l-AIDS mill-iżolament

Minn Denis Haveaux l-Uffiċjal għall-Koordinament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS (UNAIDS)

Dan l-ewwel ta’ Diċembru, se nkunu qed nikkommemoraw il-jum dinji tal-AIDS, bis-saħħa tal-mobilizzazzjoni tal-entitajiet li qed jaħdmu mal-persuni seropożittivi jew minħabba li l-HIV/AIDS hi parti ta’ kuljum minn ħajtek jew ta’ xi ħadd li jiġi minnek.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-jum dinji tal-AIDS hi kontradittorja kemm bħala sors ta’ tama kif ukoll bħala preokkupazzjoni.

Tama meta sirna nafu li fl-Ewropa tal-Lvant il-kopertura għall-prevenzjoni mill-omm għat-tarbija taqbeż il-95% u li dawn il-pajjiżi jistgħu jeliminaw din it-trażmissjoni sal-2015; jew meta nafu li 4 miljuni qed jieħdu mediċini anti-retrovirali u li l-programmi ta’ prevenzjoni juru l-effikaċja tagħhom, diversi pajjiżi fl-Afrika u fl-Ażja kellhom tnaqqis fil-prevalenza.

Ta’ preokkupazzjoni għaliex jinħtiġilna nżommu d-dinamika fl-istess waqt li għaddejjin minn kriżi ekonomika maġġuri u li l-ġvernijiet għandhom jiffaċċjaw problemi oħra emerġenti.

Jeżisti dejjem nuqqas serju ta’ riżorsi u l-istigmatizzazzjoni li tingħata lill-Aids għadha importanti ħafna.

Attwalment, meħtieġ li jinżammu l-wegħdiet li saru, inkluż it-tkomplija tal-għan tal-Millennju għall-iżvilupp: minn issa sal-2015, li jitwaqqaf it-tixrid tal-HIV/AIDS hu minn qabel indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-parti l-kbira tal-għanijiet l-oħrajn.

Illum il-ġurnata aktar minn 33 miljun persuna huma seropożittivi u għal kull żewġ persuni li tinbdilhom il-kura, ħamsa oħra huma infettati mill-ġdid.

Għandna nżidu l-impatt tal-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-HIV; fejn il-programmi ta’ prevenzjoni mhumiex adattati għall-persuni l-aktar vulnerabbli għar-riskju ta’ infezzjoni, ir-rati ta’ infezzjoni baqgħu stabbli jew reġgħu bdew jiżdiedu.

L-investiment importanti li ngħata dawn l-aħħar snin mill-Kummissjoni Ewropea għandu, flimkien mal-imsieħba tagħha, jimmira lejn żewġ miri prinċipali: l-ewwel, għandna niftakru li fl-2006 l-Istati kollha impenjaw lilhom innifishom li jilħqu l-aċċess universali ta’ prevenzjoni, tat-trattament, u tal-kuri sal-aħħar tal-2010. Imbagħad flimkien għandna naħsbu għal strateġija fit-tul biex nimmaniġġjaw l-epidemija li se tkun magħna fid-deċennji li ġejjin.

Aħbarijiet mill-UE

Il-każijiet tal-HIV jkomplu jiżdiedu fl-UE: Il-mod ewlieni ta' trażmissjoni huwa s-sess bejn l-irġiel li jkollhom x'jaqsmu ma' rġiel oħra

L-infezzjoni tal-HIV għandha importanza kbira fis-saħħa pubblika fl-Ewropa. Skont id-dejta l-ġdida tas-sorveljanza tal-HIV/AIDS ippubblikata fl-1ta’ Diċembru teżisti evidenza li t-tixrid tal-HIV qed jiżdied f’diversi pajjiżi Ewropej.

L-infezzjonijiet ġodda tal-HIV naqsu bi 17% f’dawn l-aħħar tmien snin

Ir-rapport, imwettaq mill-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS (UNAIDS) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), jenfasizza li l-programmi ta' prevenzjoni tal-HIV qed jagħmlu differenza.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-programm tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi

It-tliet mardiet se jkomplu joħolqu sfidi dinjin eċċezzjonali għad-deċennji li ġejjin, u l-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE għandhom jagħmlu sforzi aktar qawwija, aktar effettivi u aktar konċertati biex jikkumbattuhom.

Dokument ta' politika tal-UE - Niġġieldu kontra l-HIV/AIDS fl-UE u fil-pajjiżi ġirien 2009-2013

Ġiet approvata Komunikazzjoni ġdida mill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet biex tiġi indirizzata l-marda tal-HIV/AIDS fl-Ewropa fis-snin li ġejjin.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Iraq

Slán: Korrimenti fl-Irlanda – Sejbiet minn Servejs dwar il-Popolazzjoni Nazzjonali

Dan ir-rapport jippreżenta s-sejbiet prinċipali dwar korrimenti rrapportati mill-persuni stess li ħtiġilhom kura medika fost l-adulti Irlandiżi mis-Servej tal-2007 dwar l-Istil ta' Ħajja, l-Attitudnijiet u Nutrizzjoni (SLÁN 2007) fl-Irlanda.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Jum Dinji tal-AIDS 2009 – Il-Kummissjoni Ewropea taqbeż il-biljun ewro ta’ investiment fil-ġlieda kontra l-epidemija dinjija tal-AIDS

Jum Dinji tal-AIDS 2009 – Il-Kummissjoni Ewropea taqbeż il-biljun ewro ta’ investiment fil-ġlieda kontra l-epidemija dinjija tal-AIDS

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza VALUE+ tal-EPF (9-10 ta' Diċembru 2009)

Din il-konferenza dwar l-involviment tal-pazjent se tkun l-aħħar avveniment tal-proġett VALUE+. Hi għandha tippreżenta r-riżultati u l-għodda għall-involviment tal-pazjent u għandha sservi bħala pjattaforma importanti għat-trawwim ta’ impenn politiku kontinwu.

Prevenzjoni tad-Depressjoni u s-Suwiċijdu (10-11 ta' Diċembru 2009)

Il-Kummissjoni u l-Ungerija se jorganizzaw konferenza tematika dwar il-prevenzjoni tad-depressjoni u tas-suwiċidju fl-10-11 ta’ Diċembru f’Budapest.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Lejn aċċess universali: estensjoni tal-prijorità mogħtija lill-interventi tal-HIV/AIDS fis-settur tas-saħħa

Dan ir-rapport jenfasizza t-titjib inklużi t-twessigħ tat-testijiet tal-HIV u tal-pariri u titjib għall-aċċess tas-servizzi għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-HIV mill-omm għat-tarbija.

Aġġornament tal-2009 dwar l-epidemija tal-AIDS

Dan ir-rapport maqsum f’kapitoli separati li jiġbru fil-qosor it-tendenzi epidemjoloġiċi f’reġjuni

Aġġornament tal-2009 dwar l-epidemija tal-AIDS

Dan ir-rapport maqsum f’kapitoli separati li jiġbru fil-qosor it-tendenzi epidemjoloġiċi f’reġjuni

Fokus

Jum Dinji tal-AIDS, l-1 ta’ Diċembru 2009

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

ECDC - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Saħħa-UE - L-HIV-AIDS

L-HIV-AIDS

Politika Ewropea tal-Viċinat

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

BORDERNET

Il-prevenzjoni tal-HIV/AIDS u tal-STI, dijanjosi u terapija fir-reġjuni mal-fruntieri attwali u ġodda tal-UE.

AIDS u Mobilità Ewropa 2007–2010

L-għan prinċipali tal-AIDS u Mobilità Ewropa (A&M) hu li jiġu żviluppati u implimentati politiki li jagħmlu lill-migranti u lill-popolazzjonijiet l-oħra li jiċċaqalqu minn post għall-ieħor anqas vulnerabbli għall-HIV.

KORRELAZZJONI – Netwerk Ewropew għall-Inklużjoni Soċjali u s-Saħħa

Korrelazzjoni II jittratta l-inugwaljanzi fis-saħħa fl-Ewropa u jipprova jtejjeb is-servizzi tal-prevenzjoni, tal-kura u tat-trattamenti. Hu jimmira l-mard li jittieħed mid-demm (BBID) – b’mod partikulari l-Epatite Ċ u l-HIV/AIDS – fost il-popolazzjonijiet vulnerabbli u b’riskju għoli (pereżempju d-drogati u ż-żgħażagħ b'riskju).

Ħoloq interessanti oħra

UNAIDS – Il-Programm Konġunt tan-NU dwar l-HIV/AIDS

WHO – L-infezzjonijiet bl-HIV

UNICEF - Protezzjoni tat-tfal

UNDP u HIV/AIDS

UNFPA - Prevenzjoni tal-HIV

IOM - HIV/AIDS u mobilità tal-popolazzjoni

ILO - HIV/AIDS bħala kwistjoni fuq il-post tax-xogħol

EATG - Grupp Ewropew għall-Kura tal-AIDS

AIDS Action Europe

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk