Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 42, IS 19 ta´ Novembru 2009

F'din il-ħarġa


Merħba


Ir-reżistenza għall-antibiotiċi hija theddida dinjija għas-saħħa pubblika li tista' tissolva biss b'dinja li taġixxi f'daqqa.


Minn Otto Cars, MD. PhD, Professur, President ta' Strama (programm strateġiku Żvediż kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi) u Direttur ta' ReAct (Azzjoni dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi )



Ilna għexieren sħaħ ta' snin nużawhom ħażin l-antibijotiċi. Minħabba f'hekk, qed jitilfu l-effett tagħhom b'pass allarmanti. Fl-istess ħin, ftit li xejn qed jiġu żviluppati antibijotiċi li kapaċi jegħlbu r-reżistenza. Diġà huwa rrappurtat li infezzjonijiet b'batterji reżistenti għall-antibijotiċi qed joqtlu mhux inqas minn 25,000 ruħ fis-sena fl-UE.

Bosta pajjiżi tal-UE ffukaw fuq aspetti differenti tar-reżistenza għall-antibiotiċi waqt il-presidenzi tagħhom. Il-presidenza Żvediża tal-UE dan l-aħħar ospitat konferenza dwar "Inċentivi innovattivi għal antibatterji effiċjenti". L-għan kien li jiġu esplorati modi kif jinħolqu inċentivi għall-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda, inklużi l-mekkaniżmi regolatorji u strumenti finanzjarji innovattivi biex jitnaqqas id-distakk bejn it-toqol tar-reżistenza għall-antibijotiċi u l-iżvilupp ta' mediċini antibatteriċi.

 

L-użu għaqli u responsabbli tal-antibijotiċi huwa essenzjali biex titrażżan l-emerġenza u l-firxa ta' batterji reżistenti. Eżempju tal-problema huwa l-preskrizzjoni żbaljata tal-antibijotiċi fil-kura ewlenija għall-infezzjonijiet tan-nifs. Dan l-aħħar, ir-riċerkaturi tan-netwerk =ta' eċċellenza ffinanzjata mill-UE GRACE ħarset lejn varjazzjonijiet madwar l-Ewropa fl-użu tal-antibijotiċi fit-trattament ta' sogħla akuta u l-effetti tal-irkupru. Sabu distakki qawwija bejn il-pajjiżi li ma kinux iġġustifikati klinikament.

 

Il-preskrizzjoni tal-antibijotiċi fil-kura primarja hija waħda mill-oqsma importanti waqt it-tieni Jum Ewropew tal-Għarfien dwar l-Antibijotiċi fit-18 ta' Novembru 2009. Kien miftiehem ukoll waqt is-samit bejn l-UE u l-Istati Uniti fit-3 ta' Novembru li tiġi stabbilita taskforce transatlantika dwar kwistjonijiet ta' reżistenza antimocrobjali urġenti. Jinħtieġ rispons magħqud dinji biex jiġu indirizzati r-rati dejjem jiżdiedu ta' reżistenza għall-antibijotiċi. Jekk ma jsirx hekk, nispiċċaw immorru lura għall-era ta' qabel ma kellna l-antibijotiċi.

 





Aħbarijiet mill-UE


Premju fil-Ġurnaliżmu - artiklu finalist Żvediż: "Batterji reżistenti kkunsidrati theddida kbira daqs it-tibdil fil-klima"


Premju fil-Ġurnaliżmu - artiklu finalist Żvediż: "Batterji reżistenti kkunsidrati theddida kbira daqs it-tibdil fil-klima"


It-tnejid ta' sit ġdid tal-UE dwar il-Pandemija H1N1

Is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar il-Pandemija H1N1 ġie aġġornat u issa għandu dehra moderna, friska u iktar dħulija.

It-tnejid ta' sit ġdid tal-UE dwar il-Pandemija H1N1

Is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar il-Pandemija H1N1 ġie aġġornat u issa għandu dehra moderna, friska u iktar dħulija.



Rapporti minn madwar l-Ewropa


Ä ermanja

Saħħa fil-Lvant u l-Punent - il-ħajt waqa' hawnhekk ukoll

Ir-rapport "20 sena wara l-waqgħa tal-ħajt: Kif evolviet is-saħħa fil-Ġermanja?" turi l-evoluzzjoni tas-saħħa pubblika fil-Ġermanja riunifikata.


Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


L-esperti jħeġġu l-użu prudenti tal-antibijotiċi bien niġġieldu kontra r-reżistenza

Fil-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi, 18 ta' Novembru 2009, dejta ġdida ta' sorveljanza mill-Ewropa kollha dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi mis-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARSS) turi li l-iżvilupp ta' reżistenza għall-antibijotiċi tirrappreżenta theddida dejjem tikber fuq l-effett tal-antibijotiċi.



Avvenimenti li ġejjin


Jum tal-Valutazzjoni tar-Riskju (20 ta' Novembru 2009)

L-għan ta' dan l-avveniment hu li jiġi promoss id-djalogu bejn ix-xjenzjati li jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-partijiet interessati fil-livell Ewropew.

It-Tieni Konferenza Ewropea dwar is-Saħħa Pubblika (25-28 ta' Novembru 2009)

It-tieni konferenza konġunta Ewropea dwar is-saħħa pubblika se ssir f'Lodz, il-Polonja. Hi organizzata b'mod konġunt mal-assoċjazzjoni Ewropea tas-saħħa pubblika (EUPHA) u l-Assoċjazzjoni tal-iskejjel tas-saħħa pubblika fl-Ewropa (ASPHER).

Il-Jum Dinji tal-AIDS (1 ta' Diċembru 2009) 'Aċċess Universali u Drittijiet tal-Bniedem'

Il-Jum Dinji tal-AIDS li sar l-ewwel darba fl-1 ta' Diċembru 1988, għandu l-għan li jiġbor il-flus, iżid l-għarfien, jiġġieled kontra l-preġudizzju u jtejjeb l-edukazzjoni. Il-Jum Dinji tal-AIDS 2009 jfakkar lin-nies li l-HIV għadha magħna, u fadal ħafna x'isir.



Pubblikazzjonijiet ġodda


Studju konġunt bejn ECDC u EMEA – L-isfida tal-batterji: ħin għal reazzjoni

Sejħa biex jonqos id-distakk bejn il-batterji li huma reżisteni għal ħafna mediċini fl-UE u l-iżvilupp ta' aġenti antibatteriċi ġodda

Studju konġunt bejn ECDC u EMEA – L-isfida tal-batterji: ħin għal reazzjoni

Sejħa biex jonqos id-distakk bejn il-batterji li huma reżisteni għal ħafna mediċini fl-UE u l-iżvilupp ta' aġenti antibatteriċi ġodda

ECDC: rapport epidemoloġiku annwali – 2009

Din it-tielet edizzjoni tar-Rapport dwar il-Mard li Jittieħed fl-Ewropa jipprovdi sinteżi komprensiva tad-dejta ta' sorveljanza fl-2007 u theddid sorveljat fl-2008.

ECDC: rapport epidemoloġiku annwali – 2009

Din it-tielet edizzjoni tar-Rapport dwar il-Mard li Jittieħed fl-Ewropa jipprovdi sinteżi komprensiva tad-dejta ta' sorveljanza fl-2007 u theddid sorveljat fl-2008.

Il-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi 2008

l-ewwel kampanja tal-informazzjoni pubblika li tinkludi l-Ewropa kollha dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi: metodi u stħarriġ tal-attivitajiet fil-pajjiżi parteċipanti

Il-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi 2008

l-ewwel kampanja tal-informazzjoni pubblika li tinkludi l-Ewropa kollha dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi: metodi u stħarriġ tal-attivitajiet fil-pajjiżi parteċipanti



Fokus


Jum Ewropew tal-Għarfien dwar l-Antibijotiċi, 18 ta' Novembru 2009


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


ECDC - Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard


Reżistenza antimikrobjali

Kummissjoni Ewropea - Is-Saħħa u l-Konsumaturi

Tagħrif dwar ir-reżistenza tal-mediċini antimikrobjali

Kummissjoni Ewropea - Riċerka


Aħbarijiet


Filmat dwar il-Jum Ewropew ta' Għarfien dwar l-Antibijotiċi

Il-filmat tal-EAAD jipprovdi ħarsa ġenerali ta' ħames minuti tat-theddida tar-reżistenza għall-antibijotiċi u l-istrateġiji biex inżommu l-antibijotiċi effettivi għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Biex tara l-filmat, ikklikkja fuq il-link.


Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


e-Bug - Żvilupp u disseminazzjoni ta' programm edukattiv dwar l-antibijotiċi u l-indafa


BURDEN – il-piż tal-mard u r-reżistenza fil-pajjiżi Ewropej


ABS International – implimentazzjoni ta' strateġiji għall-użu tajjeb tal-antibijotiċi fl-isptarijiet



Ħoloq interessanti oħra


ESAC - Sorveljanza Ewropea tal-Konsum Antimikrobjali


EARSS - sistema Ewropea ta' sorveljanza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi


GRACE - Netwerk ta' Eċċellenza Ewropea biex jiġġieled kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi fil-komunità.


STRAMA – il-programm strateġiku Żvediż kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi


WHO - Reżistenza kontra l-mikrobi


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk