Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 40, IS 2 ta´ Ottubru 2009

F'din il-ħarġa

Merħba

Is-Saħħa Mentali fil-Kura Primarja

Minn Lisette Tiddens Engwirda, Kumitat Permanenti tat-Tobba Ewropej (CPME)

Is-CPME laqa' bil-ħerqa l-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali bħala mezz biex jippromwovi s-saħħa mentali u biex issir prijorità madwar id-dinja. It-tema ta' din is-sena tqiegħed lis-saħħa mentali fil-qalba tal-kura primarja.

Illum, hu stmat li madwar 11% tal-popolazzjoni tesperjenza disturbi mentali, li sal-2020 jaf ikunu l-kawża ewlenija ta' inkapaċità għax-xogħol. Bħalissa, id-dipressjoni diġà hi l-iktar problema tas-saħħa prevalenti f'bosta pajjiżi tal-UE.

Hu kruċjali li jiġi enfasizzat li s-saħħa mentali mhijiex biss fundamentali għal saħħa ġenerali u kwalità tal-ħajja tajba, iżda hi importanti wkoll għall-produttività u l-kapaċità tax-xogħol u b'hekk għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa.

Din hi sena importanti għas-saħħa mentali fl-Ewropa minħabba l-ewwel passi lejn l-implimentazzjoni tal- Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benessri u se jiġu organizzati konferenzi tematiċi appoġġati mill-Kummissjoni.

It-tobba u speċjalment dawk fil-kura primarja għandom rwol importanti li għandu jkun imsejjes fuq taħriġ tajjeb, ħiliet kliniċi u disponibilità ta' servizzi psikjatriċi effettivi. Il-metodu integrat jipprova jagħmel is-servizzi u l-professjonisti iktar disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Flimkien ma' miżuri preventivi, dan għandu jikkontribwixxi biex l-impenn tal-Ewropa għas-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali jsir wegħda sostenibbli.

Aħbarijiet mill-UE

Adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ sovvenzjoni għat-Tieni Programm tas-Saħħa (2008-2013)

Adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ sovvenzjoni għat-Tieni Programm tas-Saħħa (2008-2013)

Filmat b’messaġġ tal-Kummissarju Vassiliou għall-Jum Ewropew għad-Donazzjonijiet tal-Organi

Filmat b’messaġġ tal-Kummissarju Vassiliou għall-Jum Ewropew għad-Donazzjonijiet tal-Organi

Dokument ta' referenza għall-konferenza tematika: Il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ – impenn konkret

Il-benessri mentali ta' sehem sinifikanti ta' żgħażagħ hu kompromess, u dan iwaqqafhom milli jilħqu l-potenzjal tagħhom fil-fażijiet differenti ta' ħajjithom. Mir-riċerka qed joħorġu serje ta' metodi empiriċi biex jinkisbu riżultati aħjar u fit-tul fis-saħħa mentali u l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-pajjiżi tal-UE.

It-tipjip u l-kontraċettivi orali jistgħu jgħollu r-riskju ta' attakk ta' puplesija f'xi tfajliet

Xjenzjati Daniżi sabu li t-tfajliet bil-lupus anticoagulant (LA) għandhom riskju ferm ogħla li jagħtihom attakk tal-puplesija jew tal-qalb minn dawk li m'għandhomx dan l-antikorp. Ir-riskju għal dawn in-nisa jiżdied iktar jekk ipejpu u jużaw il-kontraċettivi orali.

Il-Parlament Ewropew jiddiskuti dwar kif jistgħu jinġabru r-riżorsi tal-Ewropa għall-ġlieda kontra l-marda tal-Alzheimer.

Hemm iktar minn 7 miljun persuna fl-Ewropa li jbatu mill-marda tal-Alzheimer u disturbi relatati u din iċ-ċifra se tirdoppja f'20 sena. Fid-29 ta' Settembru fil-Parlament Ewropew ġew ippreżentati pjanijiet ġodda biex jinġabru r-riżorsi tal-pajjiżi membri biex jiġi massimizzat l-investiment, jiġu promossi prassi tajba u tiġi koordinata r-riċerka.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Ä ermanja

Iġjene orali tajba biex nevitaw il-mard

Is-slogan tal-"Jum tas-saħħa tas-snien" juri r-riskji relatati maż-żieda tal-batterja kkawżata mit-tħassir tas-snien u l-parodontiti.

Finland

L-għan tal-liġi kontra t-tipjip għandu jkun li jitwaqqaf l-użu tal-prodotti mit-tabakk

Il-gvern qed jipproponi li jbiddel l-għan tal-liġi kontra t-tipjip biex jitwaqqaf l-użu ta' prodotti mit-tabakk. Il-proposta tipprojbixxi l-espożizzjoni ta' prodotti mit-tabakk u t-trademarks tagħhom fil-ħwienet.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Naħdmu flimkien kontra l-kanċer

Il-President Barroso u l-Kummissarju Vassiliou jniedu l-Partenarjat Ewropew għall-azzjoni kontra l-Kanċer

Avvenimenti li ġejjin

Is-Saħħa Mentali fil-Kura Primarja: intejbu l-kura u nippromwovu s-saħħa mentali (7-8 ta' Ottubru 2009).

L-għan ta' din il-konferenza hu li jkun hemm kollaborazzjoni fost il-livelli differenti ta' psikjatri fl-Albanija.

Jum dinji tal-ostjoporosi (20 ta' Ottubru 2009)

Din hi t-tieni sena tal-kampanja kontra l-ostjoporosi. L-inizjattivi intitolata "Stand Tall" qed tipprova timmobilizza miljuni ta' votanti, persuni li jħallsu t-taxxa u ċittadini interessati biex jitjiebu l-politiki dwar il-kura tal-ostjoporosi fis-sistemi tas-saħħa tal-gvern, il-kumpaniji tal-assikurazzjoni privata u n-netwerks sanitarji korporattivi.

Konferenza EHTEL: "Joining for Visions of Person-centric Health" (21-22 Ottubru 2009)

Fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tagħha, l-Assoċjazzjoni Ewropea tat-telemediċina (European Health Telematics Association – EHTEL) qed tistieden lill-membri, il-ħbieb, il-kollegi u dawk l-entużjasti tal-assistenza sanitarja onlajn tal-Ewropa kollha biex jipparteċipaw fis-simpożju "Joining for Visions of Person-centric Health" fl-għaxar anniversarju tal-assoċjazzjoni.

L-għaxar laqgħa ta' ħidma dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' terapiji kontra l-mard rari (26 – 27 ta' Ottubru 2009)

L-EPPOSI (European platform for patients organisations, science and industry – Pjattaforma Ewropea għall-organizzazzjoni tal-pazjenti, ix-xjenza u l-industrija) qed torganizza l-għaxar laqgħa ta' ħidma dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' terapiji kontra l-mard rari li se ssir mis-26 sas-27 ta' Ottubru fil-Parlament federali Belġjan fi Brussell.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Is-Saħħa Mentali fil-Kura Primarja: Intejbu l-Kura u Nippromwovu s-Saħħa Mentali

Din il-kampanja dinjija ta' sensibilizzazzjoni tindirizza l-bżonn kostanti biex "is-saħħa mentali titqies bħala prijorità globali".

L-integrazzjoni tas-Saħħa Mentali fil-Kura Primarja

Dan ir-rapport dwar l-integrazzjoni tas-saħħa mentali fil-kura primarja – żviluppat b'mod konġunt mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Tobba tal-Familja (Wonca) – jispjega l-ġustifikazzjoni u l-vantaġġi li jingħataw servizzi tas-saħħa mentali fil-kura primarja.

Mill-esklużjoni għall-inklużjoni – Kif nippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni bi problemi tas-saħħa mentali fl-Ewropa

Analiżi bbażata fuq rapport nazzjonali mill-membri tal-MHE tas-27 pajjiż tal-UE

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Tfakkira: Ipparteċipa fl-istħarriġ dwar in-newsletter Saħħa-UE

Tfakkira: Ipparteċipa fl-istħarriġ dwar in-newsletter Saħħa-UE

Fokus

Jum Dinji tas-Saħħa Mentali 2009

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Is-Saħħa Mentali

Is-Saħħa Mentali

Is-Saħħa Mentali

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Aħbarijiet

WHO – Jum Dinji tas-Saħħa Mentali

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Kura fl-Istituzzjonijiet tas-saħħa, Drittijiet tal-Bniedem u Evalwazzjoni tal-Kura

Il-proġett għandu l-għan li jtejjeb il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità kif ukoll is-saħħa ġenerali tal-persuni bi problemi tas-saħħa mentali, b'diżabilità mentali jew li huma dipendenti li jinsabu f'istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa jew tal-għajnuna soċjali.

Saħħa mentali tat-tfal tal-iskola fl-Ewropa

L-għanijiet huma li tiġi żviluppata, ittestjata u vvalidata kitt ta' strumenti ttestjati xjentifikament biex titkejjel is-saħħa mentali tat-tfal tal-iskola bejn is-6 u l-11-il sena f'seba' pajjiżi parteċipanti tal-UE u biex titqabbel is-saħħa mentali, l-użu tal-kura u l-fatturi ta' riskju f'dawn il-pajjiżi.

Ħoloq interessanti oħra

IMHPA

Eurofound - Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta' għajxien u xogħol

GAMIAN — L-Alleanza Globali tan-Networks li Jikkonċernaw il-Mard Mentali — Ewropa

EUFAMI - Il-Federazzjoni Ewropea ta' Assoċjazzjonijiet tal-Familji ta' Nies b'Mard Mentali

Alzheimer Europe

WHO - Is-Saħħa Mentali fil-Kura Primarja

MHE — Is-Saħħa Mentali Ewropa

ESMHD — Is-Soċjetà Ewropea għas-Saħħa Mentali u n-Nuqqas ta' Smigħ

PSO. Psichikos sveikata

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk