Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 39, IS 24 ta´ Settembru 2009

F'din il-ħarġa

Merħba

Niċċelebraw l-impenn tal-Ewropa lejn persuni b’dimenzja

Minn Jean Georges – Id-Direttur Eżekuttiv, Alzheimer Europe

Għal bosta snin, il-Jum Dinji tal-Alzheimer fil-21 ta’ Settembru serva ta’ opportunità għall-assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer biex jipprovaw jinfluwenzaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jirrikonoxxu l-impatt fuq is-saħħa pubblika tad-dimenzja fuq is-sistemi Ewropej kollha tas-saħħa.

Fl-2009, nistgħu nħarsu lura lejn is-sena li għaddiet u niċċelebraw il-ħafna twettiq u ż-żieda fl-għarfien tad-dimenzja bħala prijorità Ewropea għas-saħħa pubblika.

F'Lulju, il-Kummissjoni Ewropea adottat inizjattiva dwar il-marda tal-Alzheimer b'enfasi fuq id-dijanjosi bikrija, il-prevenzjoni, il-koordinazzjoni bejn ir-riċerki, il-prattiċi tajba u d-drittijiet u d-dinjità tal-pazjenti.

Fi Frar, viċin is-60% tal-Membri tal-Parlament Ewropew iffirmaw id-Dikjarazzjoni Miktuba 80/2008 dwar il-prijoritajiet fil-ġlieda kontra l-marda tal-Alzheimer.

Matul il-presidenza tal-UE, Franza ddedikat żewġ konklużjonijiet tal-Kunsill u konferenza ta’ livell għoli għall-marda tal-Alzheimer, biex jidhru b’mod eżatt l-elementi prinċipali ta’ kooperazzjoni Ewropea aktar mill-viċin fil-qasam tagħna.

Bis-saħħa tal-appoġġ tal-Kummissjoni, Alzheimer Europe setgħet timplimenta l-proġett tagħha “EuroCoDe – Kollaborazzjoni Ewropea dwar id-Dimenzja”, li pprovda ħarsa ġenerali fuq strateġiji differenti fl-Ewropa kollha fir-rigward tad-dijanjosi, il-kura, l-appoġġ soċjali u l-interventi psiko-soċjali u ħarsa ġdida fuq il-prevalenza, l-ispiża u l-prevenzjoni tad-dimenzja.

Alzheimer Europe kienet verament kuntenta b’dan l-impenn importanti mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex titjieb il-ħajja ta' 7.3 miljun Ewropew li jbatu mill-Alzheimer jew forom oħra ta' dimenzja, u niggarantixxu l-kooperazzjoni sħiħa tagħna f'din l-inizjattiva importanti Ewropea.

Aħbarijiet mill-UE

Tnedija tal-Partenarjat Ewropew għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer

L-avveniment se jinfetaħ mill-President tal-Kummissjoni Barroso u jittella’ mill-Kummissarju għas-Saħħa Vassiliou. Se jinstemgħu messaġġi personali minn pazjenti bil-kanċer u minn dawk li fiequ mill-UE kollha.

Il-kumment tas-Soċjetà tal-Alzheimer dwar ir-riċerka li tikkonċerna fatturi ġenetiċi assoċjati mal-memorja fid-dehra bikrija tal-marda

Il-kumment tas-Soċjetà tal-Alzheimer dwar ir-riċerka li tikkonċerna fatturi ġenetiċi assoċjati mal-memorja fid-dehra bikrija tal-marda

Il-Kummissjoni tħaffef l-azzjoni dwar l-Alzheimer u kundizzjonijiet oħra newrodeġenerattivi

Il-Kummissjoni adottat proposta biex tiġi ttrattata l-Alzheimer u forom oħra ta’ dimenzja u ta’ kundizzjonijiet newrodeġenerattivi.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Tnedija ta’ tikketta Frenċiża "bien-vieillir - vivre ensemble" ("nixjieħu b’mod dinjituż u ngħixu flimkien") –

L-ibliet għandhom parti importanti fix-“xjuħija b’suċċess” tal-popolazzjoni tagħhom

Renju Unit

Ir-Renju Unit b’sehem prinċipali fil-ġlieda Ewropea kontra d-dimenzja

Svizzera

Prévention Alzheimer - Gardez votre cerveau en bonne santé (Prevenzjoni tal-Alzheimer – żomm moħħok b’saħħtu)

Avvenimenti li ġejjin

Simpożju internazzjonali biex jiġi ċċelebrat iċ-ċentinarju tal-bank tal-ħalib (26 ta' Settembru 2009)

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ħalib (EMBA) għandha l-pjaċir tospita dan is-simpożju fl-okkażjoni taċ-ċentinarju fi Vjenna, is-sedja tal-ewwel bank ta’ ħalib matern fid-dinja. Attwalment l-EMBA għandha 15-il pajjiż membru.

“Promozzjoni ta' Saħħa Mentali u Benesseri tat-Tfal u ż-Żgħażagħ – Azzjoni Konkreta” (29-30 ta’ Settembru 2009)

Konferenza dwar ir-rwol tas-saħħa mentali fiż-żgħażagħ u fl-edukazzjoni. Organizzata mill-Kummissjoni u mill-Ministeru Żvediż għas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali bħala parti mill-presidenza Żvediża tal-UE.

It-Tieni Konferenza “Provi Kliniċi fuq il-Marda tal-Alzheimer” (29 - 30 ta’ Ottubru 2009)

Il-konferenza se tlaqqa’ flimkien esperti mid-dinja kollha dwar il-provi kliniċi tal-Alzheimer biex jiġu diskussi riżultati ġodda, mediċini li qed jiżviluppaw u kwistjonijiet dwar metodoloġija ġejjiena (riżultati li jimmodifikaw il-marda, bijomarkaturi, ekonomija tas-saħħa).

European Health Forum Gastein (30 ta’ Settembru – 3 ta’ Ottubru 2009)

Il-konferenza ta’ din is-sena se tiġbed l-attenzjoni lejn l-impatt fuq is-saħħa u l-kura tas-saħħa li ħallew il-kriżi finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika sussegwenti. B’insegwiment tal-istrateġija tradizzjonali Gastein, persuni li jispikkaw fit-teħid tad-deċiżjoni mill-oqsma amministrattivi, mill-kummerċ u l-industrija, mill-komunità xjentifika u mis-soċjetà ċivili se jiddiskutu l-impatti tal-kriżi u l-opportunitajiet li din tirrappreżenta għall-kwistjonijiet dwar is-saħħa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Dimenzja fl-Ewropa Ktieb għas-Sena 2008

Il-Ktieb għas-Sena jagħmel parti mill-proġett ta’ Alzheimer Europe “Kollaborazzjoni Ewropea dwar id-Dimenzja – EuroCoDe”, li ngħata għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni fil-qafas tal-programm għal azzjoni Komunitarja fis-saħħa pubblika (2003-2008).

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Rss feeds tal-portal Saħħa-UE: Irċievi l-aħbarijiet tagħna u l-aġġornamenti dwar l-avvenimenti b’mod dirett fuq il-kompjuter tiegħek.

Issa tista’ tabbona fl-rss feeds tal-portal Saħħa-UE u tirċievi aġġornamenti dwar l-aħbarijiet u l-avvenimenti.

L-ittra tal-aħbarijiet elettronika Saħħa UE tniedi l-ewwel stħarriġ tagħha

Nistednuk jekk jogħġbok tiddedika ftit minuti biex timla dan l-istħarriġ qasir, bl-għan li jittejjeb kwalunkwe aspett tal-ittra tal-aħbarijiet elettronika. Il-kwestjonarju hu disponibbli bit-22 lingwa tal-UE

Fokus

Jum Dinji tal-Alzheimer 2009

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Mard Ieħor li ma Jitteħidx

Mard Ieħor li ma Jitteħidx

L-Ewropa għall-pazjenti

Il-marda tal-Alzheimer u dimenzji oħra

Saħħa mentali ta’ persuni anzjani

Strateġija tal-UE għas-Saħħa – Flimkien għas-Saħħa

Saħħa-UE - Is-Saħħa Mentali

Is-Saħħa Mentali

Aħbarijiet

Messaġġ b’filmat mill-Kummissarju għas-Saħħa tal-UE Androulla Vassiliou fil-Jum Dinji tal-Alzheimer

Messaġġ b’filmat mill-Kummissarju għas-Saħħa tal-UE Androulla Vassiliou fil-Jum Dinji tal-Alzheimer

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

Proġett EUROCODE (Kollaborazzjoni Ewropea dwar id-Dimenzja)

Il-proġett EuroCoDe, ikkoordinat minn Alzheimer Europe, qed jiżviluppa netwerk Ewropew ta’ atturi fil-qasam tad-dimenzja biex jiġu żviluppati b’mod konġunt indikaturi u biex jiġu identifikati sinerġiji u modi ta’ kooperazzjoni aktar mill-viċin fil-livell tal-UE.

Ħoloq interessanti oħra

EPF-Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti

EFNS - Federazzjoni Ewropea tas-Soċjetajiet Newroloġiċi

EFNP – Federazzjoni Ewropea tan-Newropskjatrija

Il-Marda tal-Alzheimer Internazzjonali

IAG – Reġjun Ewropew (RE) tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ġerontoloġija

EADC – Konsorzju Ewropew għall-Marda tal-Alzheimer

WHO – Newroloġija u saħħa pubblika

Alzheimer Europe

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk