Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 37, IS 19 ta´ Ġunju 2009

F'din il-ħarġa

Merħba

Inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni dwar is-saħħa taż-żgħażagħ ‘Kun B'Saħħtek – Kun Inti Nnifsek’

Androulla Vassiliou Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

"Nixtieq nara liż-żgħażagħ jipparteċipaw attivament fid-deċiżjonijiet dwar saħħithom u nixtieq ninkuraġġihom jieħdu r-responsabbiltà tal-għażliet u tal-istil tal-ħajja tagħhom."

Is-saħħa taż-żgħażagħ fl-UE llum hi aħjar minn qatt qabel. Madankollu, hemm ukoll sinjali ta’ tħassib: Hawn wisq żgħażagħ li qed jadottaw stili ta’ ħajja u mġiba li maż-żmien se jnaqqsulhom il-kapaċità tagħhom li jgħixu ħajja sana u produttiva, u għalhekk jipperikolaw il-ġejjieni tagħhom. Iddeċidejt li nwaqqaf Inizjattiva dwar is-saħħa taż-Żgħażagħ imsejsa fuq il-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ewlenin u x-xogħol li diġà sar . L-inizjattiva l-ġdida, li għandha l-għan li tistimola u tinvolvi attivament liż-żgħażagħ biex jieħdu ħsieb saħħithom se titnieda f'Lulju.

L-inizjattiva se tiġi ppreżentata f'konferenza dwar is-saħħa taż-żgħażagħ – "Kun B'Saħħtek, Kun Inti Nnifsek", fi Brussell, fid-9 u l-10 ta' Lulju 2009. Iż-żgħażagħ mill-Ewropa kollha flimkien ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tas-saħħa kif ukoll imsieħba nazzjonali se jkunu mistiedna jiddiskutu dwar kwistjonijiet ewlenin tas-saħħa, bħalma hu l-konsum tal-alkoħol, it-tabakk u d-drogi, jew l-attività fiżika u s-saħħa sesswali. Se jiġu diskussi wkoll kwistjonijiet trasversali, pereżempju l-involviment taż-żgħażagħ, is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, il-midja u l-informazzjoni. F'dawn iż-żminijiet ta' inċertezza ekonomika, ta' min jistaqsi x'se jkunu l-impatti fuq is-saħħa taż-żgħażagħ. Qabel il-konferenza, se jsir Kamp taż-Żgħażagħ, iffaċilitat mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ. Il-kamp taż-żgħażagħ se jipprovdi l-opportunità perfetta għall-parteċipanti żgħażagħ biex jiddiskutu l-opinjonijiet tagħhom u jippreparaw il-kontribut tagħhom fil-konferenza.

Il-konferenza se tiftaħ ukoll websajt ġdida mmirata lejn iż-żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena, disponibbli fi 22 lingwa fuq il-portal tas-saħħa tal-UE. L-għan ta' din il-websajt hu li tinforma dwar l-attivitajiet riċenti u futuri dwar is-saħħa taż-żgħażagħ tal-Kummissjoni u toffri post fejn iż-żgħażagħ jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet dwar kwistjonijiet u prijoritajiet tas-saħħa tagħhom. Żewġ żviluppi eċċitanti fuq il-websajt huma l-opportunità li tieħu sehem f'kompetizzjoni dwar is-saħħa taż-żgħażagħ u forum ta' diskussjoni interattiv immoderat mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ. Il-kontribuzzjonijiet s'issa diġà joffru kontenut interessati li jġiegħlek taħseb. Ninkuraġġik iżżur il-websajt u tinvolvi ruħek f'din l-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni.

Aħbarijiet mill-UE

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar mard rari, adottatta mill-Kunsill

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni hu li tassisti lill-pajjiżi tal-UE biex jaffaċċjaw mard rari b'mod aktar effettiv u komprensiv.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar mard rari, adottatta mill-Kunsill

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni hu li tassisti lill-pajjiżi tal-UE biex jaffaċċjaw mard rari b'mod aktar effettiv u komprensiv.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-pazjenti

Ir-Rakkomandazzjoni hija maħsuba biex fil-ġejjieni toħloq qafas li jħeġġeġ żvilupp ta' politika, kif ukoll azzjoni bejn u fl-Istati Membri tal-UE biex jindirizzaw kwistjonijiet ewlenin dwar il-pazjenti. Dawn jinkludu l-prevenzjoni u l-kontroll tal-kura tas-saħħa li għandha x'taqsam mal-infezzjonijiet.

Seħjiet għall-offerti tal-EAHC 2009

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi tniedi sejħa għall-offerti fil-qasam ta' : l-allerġiji fil-ġilda, l-ambjent u s-saħħa, l-iżvilupp tal-ħila fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-iskambju ta' organi bejn il-pajjiżi tal-UE.

Seduta xjentifika dwar in-nanoteknoloġija – tnedija ta' konsultazzjoni pubblika

Tista’ tibgħat il-kummenti tiegħek sad-19 ta' Ġunju 2009

Seduta xjentifika dwar in-nanoteknoloġija – tnedija ta' konsultazzjoni pubblika

Tista’ tibgħat il-kummenti tiegħek sad-19 ta' Ġunju 2009

Sejħa għal tagħrif dwar is-sfigmomanometri bil-merkurju fil-kura tas-saħħa u l-possibbiltà ta' alternattivi

Tista’ tibgħat it-tagħrif sal-24 ta' Ġunju 2009

Sejħa għal tagħrif dwar is-sfigmomanometri bil-merkurju fil-kura tas-saħħa u l-possibbiltà ta' alternattivi

Tista’ tibgħat it-tagħrif sal-24 ta' Ġunju 2009

Il-Presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea – dalwaqt magħna!

Mill-1 ta' Lulju sat-tmien tas-sena, l-Iżvezja se jkollha t-tmun tal-Presidenza tal-UE.

Il-Presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea – dalwaqt magħna!

Mill-1 ta' Lulju sat-tmien tas-sena, l-Iżvezja se jkollha t-tmun tal-Presidenza tal-UE.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Lussemburgu

Ħu ħsieb ħajtek!

Il-Jum Dinji Mingħajr Tabakk ġie mfakkar b'kampanja tal-midja ("Ne fous pas ta vie en l'air" – tirvinax ħajtek) li tinkludi stqarrijiet għall-istampa u powsters fil-postijiet fejn in-nies jistennew il-karozzi tal-linja, skejjel, uffiċċji tat-tobba, sptarijiet, spiżeriji u postijiet pubbliċi.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Il-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ

Diskors ta' Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għas-Saħħa

Il-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ

Diskors ta' Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għas-Saħħa

Avvenimenti li ġejjin

Id-19-il Kungress Dinji dwar is-Saħħa Sesswali (21-25 ta' Ġunju 2009)

Il-konferenza li għandha t-tema "Is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali: Sfida Globali" – tfittex li tippromwovi l-edukazzjoni, is-saħħa u l-ugwaljanza sesswali.

Il-Kungress tal-Balkani dwar il-mard rari (26-27 ta' Ġunju 2009)

Din il-konferenza se tindirizza l-kwistjonijiet dwar id-djanjosi u l-ġestjoni tal-mard rari f'dan ir-reġjun u tesplora modi kif tkattar il-kooperazzjoni Ewropea.

Laqgħa konġunta bejn il-KE, ECDC, id-WHO EURO dwar it-tuberkolożi (30 ta' Ġunju–1 ta' Lulju 2009)

Din il-laqgħa hija l-ewwel segwitu rigward l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Berlin dwar it-TB.

Laqgħa informali tal-ministri dwar l-impjiegi, il-politika soċjali, is-saħħa u l-affarijiet tal-konsumatur ((6-9 ta' Lulju 2009)

Il-Presidenza Żvediża se tindirizza xi wħud mill-kwistjonijiet segwenti: id-drittijiet tal-pazjenti, aċċess għall-antibatterjali, il-prevenzjoni ta' danni relatati mal-alkoħol, u l-eSaħħa għat-titjib fis-sigurtà tal-pazjenti.

Pubblikazzjonijiet ġodda

"Is-Saħħa u ż-Żgħażagħ" mill-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ

Tagħrif dwar is-saħħa u kif iż-żgħażagħ huma involuti fil-kwistjonijiet li jolqtuhom. Din il-kwistjoni tal-Opinjoni taż-Żgħażagħ tinkludi intervista mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Androulla Vassiliou.

Rapport dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni ta' korrimenti taż-żgħażagħ – korrimenti minn inċidenti tat-traffiku

Dan ir-rapport għandu l-għan li jgħin lill-fassala tal-politika, lir-riċerkaturi fil-prevenzjoni tal-korrimenti u l-prattikanti tas-sigurtà fit-tfassil kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' interventi għas-sigurtà fit-traffiku fit-toroq li jiffukaw fuq l-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

Żbilanċ fl-imġiba fis-saħħa taż-żgħażagħ

Din il-pubblikazzjoni tad-WHO tipprovdi informazzjoni dwar iż-żgħażagħ minn firxa wiesgħa ta' miżuri dwar is-saħħa, l-edukazzjoni, soċjali u l-familja.

Żbilanċ fl-imġiba fis-saħħa taż-żgħażagħ

Din il-pubblikazzjoni tad-WHO tipprovdi informazzjoni dwar iż-żgħażagħ minn firxa wiesgħa ta' miżuri dwar is-saħħa, l-edukazzjoni, soċjali u l-familja.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

L-applikazzjonijiet għall-Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa issa għalqu

L-applikazzjonijiet għall-Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa issa għalqu. Intbagħtu 476 artikli minn 27 pajjiż tal-UE. Bejn Ġunju u Lulju se tiltaqa' ġurija biex tagħżel ir-rebbieħa minn kull pajjiż.

Fokus

Inizjattiva dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Iż-Żgħażagħ

Iż-Żgħażagħ

Portal Ewropew taż-Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea — Edukazzjoni u Cultura

Iż-Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea — Edukazzjoni u Cultura

Min jaqta’ t-tipjip ma jwaqqfu xejn

Min jaqta’ t-tipjip ma jwaqqfu xejn

Aħbarijiet

Konferenza dwar is-saħħa taż-żgħażagħ "Kun b'saħħtek – Kun inti nnifsek" (9-10 ta' Lulju 2009)

Din il-konferenza dwar iż-żgħażagħ u s-saħħa se tkun mifruxa fuq jumejn. Se tiġi organizzata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħra taż-żgħażagħ. Il-Kummissarju għas-Saħħa, Androulla Vassilious se tiftaħ din il-konferenza.

Il-kompetizzjoni Inizjattiva dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ – data tal-iskadenza finali 26 ta' Ġunju 2009

Din id-data tal-iskandenza tapplika għas-sottomissjoni tal-filmat, powster, tpinġija jew ritratt tiegħek relatati mal-kwistjonijiet tas-saħħa!

WHO/Ewropa Is-saħħa u l-iżvilupp tat-tfal u l-adolexxenti

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

It-tfal, l-obeżità u mard kroniku relatat li jista' jiġi evitat

Pariri dwar divertiment matul il-lejl mingħajr ħsara għas-saħħa – interventi effettivi għall-użu tad-droga (żgħażagħ) f'ambjent ta' divertiment

Tipjip fil-films – l-impatt fuq iż-żgħażagħ Ewropej u l-għażliet tal-politika

AdRisk – Azzjoni Komunitarja fuq l-adoloxxenti u r-riskju ta' korriment

Nedukaw liż-żgħażagħ dwar il-perikli tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew drogi

Ħoloq interessanti oħra

Imsieħba tal-Konferenza tal-UE dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ 2009

FORUM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – Youth Forum Jeunesse

WHO – is-saħħa tal-adoloxxenti

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk