Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 26, IS 20 ta´ Novembru 2008

F'din il-ħarġa

Merħba

Id-Donazzjoni u t-trapjanti tal-organi – strateġija Ewropea

Ta' Rafael Matesanz, id-Direttur tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Trapjanti (ONT), Spanja

Kull sena, it-trapjanti qed isalvaw eluf ta' persuni madwar id-dinja kollha. Għal ħafna pazjenti, dawn ifissru l-unika tama ta' salvazzjoni jew l-unika opportunità biex itejbu b'mod sinifikanti l-kwalità ta' ħajjithom. Madankollu, l-unika kontradizzjoni hija l-fatt li xejn inqas minn 12-il ċittadin Ewropew imutu kuljum minħabba n-nuqqas ta' disponibilità ta' organi għat-trapjanti. Barra minn hekk, id-differenzi fid-disponibilità tal-organi huma akbar minn 10:1 fost il-pajjiżi membri tal-UE varji. Jeżistu wkoll differenzi ovvji fil-livelli tal-kwalità u s-sigurtà tat-trattament provdut.

Minħabba dawn ir-raġunijiet l-UE bdiet tfassal direttiva li tiffoka fuq l-aspetti tal-kwalità u s-sigurtà tat-trapjanti tal-organi. L-għan huwa li jingħata l-aqwa trattament possibbli liċ-ċittadini kollha tal-UE. Barra minn hekk, qed jiġi żviluppat Pjan ta' Azzjoni biex titjieb id-disponibilità tal-organi billi jiġu implimentati organizzazzjoni tat-trapjant aktar effettiva, programmi ta' taħriġ professjonali u livelli operattivi xierqa. Dawn għandhom jippermettu lill-pajjiżi membri tal-UE biex jaqsmu bejniethom l-aqwa prattiċi f'dan il-qasam.

Dawn iż-żewġ inizjattivi għandhom jassiguraw li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom l-aqwa ċans li jgawdu minn dan it-tip ta' trattament b'livell għoli ta' kwalità. Dan jixraqlu appoġġ qawwi minħabba l-fatt li jistgħu jiġu salvati ħafna persuni.

Aħbarijiet mill-UE

"l-Promozzjoni ta' Forza tax-Xogħol Sostenibbli għas-Saħħa fl-Ewropa": inkiteb għall-Konferenza għat-tnedija tal-Green Paper

Id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi qed jorganizza konferenza sabiex iniedi formalment il-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar il-Ħidma tal-UE għas-Saħħa u l-promozzjoni tal-eżerċizzju tal-konsultazzjoni. Din hija inizjattiva tal-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti. Tista' tirreġistra għal din il-konferenza billi tikklikkja fuq il-link t'hawn taħt:

Ittra tal-Aħbarijiet mill-JRC: dak kollu li għandek tkun taf dwar l-attivitajiet ta' riċerka tal-KE

L-Ittra tal-Aħbarijiet tal-JRC hija pubblikazzjoni ta' kull xahar. Din hija intiża biex tipprovdi lill-konsumatur, il-partijiet interessati u entitajiet oħra interessati tal-JRC b'ħarsa ġenerali ta' ġrajjiet ewlenin riċenti mill-kisbiet xjentifiċ sa l-appoġġ politiku, il-kontribuzzjoni għal avvenimenti u aħbarijiet oħra relatati mal-JRC. Tista' tinkiteb għal avviż permezz ta' email dwar pubblikazzjonijiet ġodda tal-ittra tal-aħbarijiet.

Rapport annwali 2008 mill-aġenzija tal-UE dwar id-drogi

Ir-rapport annwali miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Drogi u l-Vizzju tad-Droga (EMCDDA) dwar il-fenomenu tad-drogi fl-Ewropa fl-2008 jikkonferma l-bżonn ta' għaqda fis-soċjetà biex tinħoloq alleanza Ewropea biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tad-drogi.

Iffirmat Ftehim Ġdid dwar il-Kooperazzjoni: Bejn iċ-Ċentru tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka Konġunta (JRC) u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)

Illum (10 ta' Novembru) fi Brussell ġie ffirmat Ftehim ta' Kooperazzjoni li se jqawwi l-kooperazzjoni xjentifika u l-iżvilupp tal-istandards internazzjonali fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel u l-għalf.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Ä ermanja

DART – Intlaħaq ftehim dwar l-istrateġija Ġermaniża għar-reżistenza tal-antibijotiċi

Din l-istrateġija għandha l-għan li titratta l-problema tar-reżistenza tal-antibijotiċi li dejjem qed tikber. Il-miri u l-azzjonijiet jinkludu aktar żvilupp tas-sistemi ta' sorveljanza, taħriġ tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u miżuri fil-qasam tal-tgħammir tal-istokk tal-bhejjem

Belġju

Beldonor.be – unità tas-Servizzi Federali tal-Belġju (SPF) għall-promozzjoni tas-Saħħa Pubblika dwar l-għarfien tad-donazzjoni tal-organi

Il-websajt www.beldonor.be hija punt ewlieni tal-isforzi tal-Belġju matul il-Jum Ewropew għad-Donazzjoni tal-Organi. Żur is-sit għal dak kollu li jeħtieġlek tkun taf dwar id-donazzjoni tal-organi u t-tessuti.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Direttiva ġdida biex ittejjeb is-sigurtà tal-ġugarelli

Il-Kumitat EP tas-Suq Intern adotta rapport immirat biex jagħmel il-ġugarelli aktar siguri.

Direttiva ġdida biex ittejjeb is-sigurtà tal-ġugarelli

Il-Kumitat EP tas-Suq Intern adotta rapport immirat biex jagħmel il-ġugarelli aktar siguri.

Avvenimenti li ġejjin

Il-politika dwar it-tfassil tal-politika tas-saħħa fuq il-livell tal-UE (27-28 ta' Novembru 2008)

EPF u VALUE+ qed jorganizzaw laqgħa f'Vilnius għar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti mill-pajjiżi Baltiċi u tal-viċinat. L-għan hu li jissawru għarfien u ideat dwar il-ħidma fil-livell tal-UE u jiġu esplorati sejbiet inizjali mill-proġett VALUE+.

Id-9 Ġimgħa Ministerjali tal-Inizjattiva tas-Sigurtà Globali tas-Saħħa ospitata mill-Kummissjoni Ewropea (1-5 ta' Diċembru 2008)

L-Inizjattiva tas-Sigurtà Globali tas-Saħħa (GHSI) hija sħubija informali internazzjonali bejn il-pajjiżi bl-istess għan biex isaħħu l-istat ta' tħejjija għas-saħħa u t-tweġiba globali għat-theddidiet bijoloġiċi u kimiċi għas-sigurtà tas-saħħa, it-terroriżmu radju-nukleari (CBRMN) u l-influwenza pandemika.

Konferenza għat-tnedija tal-Green Paper dwar il-Ħidma tal-UE għas-Saħħa: "l-Promozzjoni ta' Forza tax-Xogħol Sostenibbli għas-Saħħa fl-Ewropa"(10 ta' Diċembru 2008)

Pubblikazzjonijiet ġodda

Rapport Annwali 2007 tal-Fondazzjoni Internazzjonali Eurotransplant

L-għan ta' dan ir-rapport hu li għandu jagħti rendikont tal-attivitajiet u l-inizjattivi li saru fl-2007 fl-Awstrija, il-Belġju. Il-Kroazja, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Olanda u s-Slovenja lejn il-partijiet interessati interni u esterni tal-Fondazzjoni

Nieħdu ħsieb persuni b'kondizzjonijiet kroniċi: Perspettiva ta' sistema tas-saħħa

Dan il-ktieb jiġbor l-evidenza dwar x'nafu li jaħdem (jew li ma jaħdimx) f'ċirkostanzi differenti u jindirizza r-rekwiżiti għal politiki effettivi u l-ġestjoni tal-mard kroniku.

Ktieb ġdid dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa

Dan il-ktieb inħoloq bħala kollaborazzjoni bejn il-Proġett EUnetHTAu l-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa bl-għan li tiġi riveduta r-relazzjoni bejn l-HTA u t-tfassil tal-politika minn perspettivi differenti, b'attenzjoni speċjali fuq l-Ewropa.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Kif il-ħarsien tal-ambjent itejjeb is-saħħa: filmati biex titqajjem kuxjenza

Għaxar filmati qosra magħmula waqt konferenza ta' ġurnata fi Brussell fl-24 ta' Ġunju 2008 dwar it-tibdil klimatiku . L-Alleanza dwar is-Saħħa u l-Ambjent organizzat b'mod konġunt din il-koferenza dwar it-"Tibdil klimatiku u l-isfidi għas-saħħa pubblika: ninvolvu r-reġjuni". Il-pubbliku destinatarju huma l-fassala tal-politika, il-professjonisti tas-saħħa u u dawk mediċi.

Fokus

Donazzjoni u trapjanti ta' organi: strateġija Ewropea

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Ċertezza mill-Kwalità

Ċertezza mill-Kwalità

Is-Sigurtà tal-Pazjent

Il-Kummissjoni Ewropea - Is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

Saħħa-UE - Il-Mard Rari

Il-Mard Rari

Saħħa-UE - Riċerka

Riċerka

L-Ewropa għall-pazjenti - Politiki u azzjonijiet

Aħbarijiet

Il-Kummissarju Androulla Vassiliou tindirizza l-10 Jum Ewropew għad-Donazzjoni u t-Trapjanti tal-Organi

Il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa, is-Sinjura Androulla Vassiliou permezz ta' filmat indirizzat lill-parteċipanti waqt l-10 Jum Ewropew għad-Donazzjoni u t-Trapjanti tal-Organi

L-inizjattivi tal-UE dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi huma spjegati fil-paġna web tad-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumatur

Ħoloq interessanti oħra

EDQM - European Directorate for quality of Medicines and HealthCare

Eurotransplant

ESOT - European society of organ transplantation

EUROCET – Reġistru Ewropew għall-Organi, Tessuti u Ċelloli

Scandiatransplant

EURORDIS – L-Organizzazzjoni Ewropea inkarigata mill-Mard Rari

CEAPIR - Il-Federazzjoni Ewropea għall-Pazjenti tal-Kliewi

WHO - Trapjanti

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk