Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 24, IS 23 ta´ Ottubru 2008

F'din il-ħarġa

Merħba

"Jum Dinji tal-Osteoporożi: nippromwovu l-għarfien u t-tibdil fil-politika"

Minn Daniel Navid, Konsulent Għoli tal-Fondazzjoni Internazzjonali dwar l-Osteoporożi

Il-Jum Dinji tal-Osteoporożi (WOD) tiġi ċċelebrata kull sena fl-20 ta' Ottubru mill-Fondazzjoni Internazzjonali dwar l-Osteoporożi (IOF) u l-membri nazzjonali tagħha madwar id-dinja. WOD jipprovdi punt fokali kruċjali għall-għarfien dwar il-prevenzjoni u t-trattament tal-osteoporożi, marda li qed tiżdied fl-importanza minħabba li l-popolazzjoni qed tikber u tgħix aktar.

L-osteoporożi tnaqqas id-densità u l-kwalità tal-għadam u twassal għal riskju akbar ta' ksur. Fl-Ewropa, huwa maħsub li madwar 1 f'kull 3 nisa u 1 f'kull 5 irġiel 'il fuq minn 50 sena jkollhom xi ksur ikkawżat mill-osteoporożi. Din is-sena, il-WOD se jniedi l-kampanja tal-IOF “Stand Tall, Speak Out for Your Bones”, bil-għan li ċċaqlaq il-qawwa ta' miljuni ta' persuni li jivvutaw, li jħallsu t-taxxa u li huma mħassba biex tiġi enfasizzata l-importanza tal-prevenzjoni, id-djanjożi u t-trattament tal-osteoporożi fil-waqt.

Din is-sena, se jkun hemm importanza fuq l-Ewropa, bl-2008 bħala l-10 Anniversarju tal-ewwel rapport tal-Komunità Ewropea dwar l-osteoporożi u tat-tmien rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni mill-gvernijiet, li għad iridu jiġu implimentati kompletament. Dan l-aħħar ġie ppubblikat rapport ġdid tal-IOF bit-titlu L-Osteoporożi fl-Unjoni Ewropea fl-2008: Għaxar snin ta' progress u sfidi kontinwi. Dan ir-rapport, xogħol tal-Bord ta' Konsultazzjoni tal-UE, ġie mniedi waqt avveniment għall-istampa fi Brussell fl-14 ta' Ottubru, fil-preżenza ta' laqgħa tal-Mexxejja Nisa tal-IOF li inkludiet lis-Sinjura Vassiliou, Kummissarju tal-UE għas-Saħħa. L-għan tar-rapport hu li jservi ta' spinta għall-azzjoni mill-ministri tas-saħħa madwar l-Unjoni.

Nistiednuk tingħaqad mas-soċjetajiet membri tal-IOF fil-lokal tiegħek biex niċċelebra il-WOD 2008.

Aħbarijiet mill-UE

Ir-Rapport Dinji dwar is-Saħħa jitlob li mmorru lura għall-metodu tal-kura tas-saħħa primarju

Ir-Rapport Dinji dwar is-Saħħa għall-2008 jagħti ħarsa lejn kif il-kura tas-saħħa tiġi organizzata, iffinanzjata, u mwassla f'pajjiżi għonja u foqra madwar id-dinja.

Il-Ġimgħa Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (20-24 ta' Ottubru 2008)

Il-Kampanja, li hija organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), tiffoka fuq l-evalwazzjoni tas-saħħa u r-riskji fis-sigurtà u għandha l-għan li tnaqqas l-inċidenti u l-mard marbuta max-xogħol.

Atlas tas-saħħa fl-Ewropa, it-tieni edizzjoni 2008

Dan l-atlas statistiku aġġornat jippreżenta ċifri tas-saħħa importanti għar-Reġjun Ewropej tal-WHO. Dawn ikopru tagħrif bażiku dwar popolazzjonijiet, twelid, imwiet, stennijja ta' ħajja u mard, stil ta' ħajja u indikaturi ambjentali bħax-xorb, it-tipjip u inċidenti tat-traffiku, u tipi u livelli ta' kura tas-saħħa.

Filmat: "L-Ewropa tgħaqqad is-saħħiet għas-sanità mentali"

Dan il-filmat juri eżempji ta' inizjattivi dwar is-saħħa mentali li kienu ta' suċċess. Jinkludu l-Alleanza Ewropea kontra d-Dipressjoni , u inizjattivi li jippromwovu r-responsabbiltà soċjali korporattiva fuq il-post tax-xogħol. Jirrapporta wkoll dwar il-Patt Ewropew għall-Benessri u s-Saħħa Mentali, imniedi mill-Kummissarju għas-saħħa, is-Sinjura Androulla Vassiliou f'Ġunju 2008.

Rapport: "Policies and Practices for Mental Health in Europe - Meeting the Challenges"

Dan ir-rapport mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, parzjalment iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, jagħti ħarsa lejn il-politiki u l-prattiki għas-saħħa mentali fi 42 Stat Membru tar-Reġjun Ewropew tal-WHO.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Finland

Titjib fis-servizzi u l-effettività taċ-ċentri tas-saħħa

Il-pjan ta' azzjoni Ċentru tas-Saħħa Effettiv, imniedi mill-Ministru tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali, Paula Risikko, jippreżenta metodi għat-titjib tal-prattiki, l-amministrazzjoni, it-tmexxija u l-istrutturi taċ-ċentri tas-saħħa muniċipali.

Italja

Ħu ħsieb saħħtek: il-mappa tal-obeżità fl-Italja

'Il fuq minn 46,000 tifel u tifla tkejlu u ntiżnu bħala parti minn stħarriġ riċenti. 1 minn kull 3 nstabu li jbagħtu minn ħxuna jew obeżità - kolazzjon ħażin jew non-eżistenti, wisq tnaqqir ħażin u ftit li xejn frott u ħxejjex apparti nuqqas ta' attività fiżika.

Renju Unit

Approvazzjoni biex tittejjeb l-informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa u soċjali

Id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa għall-proposti biex isib operatur indipendenti għal skema ġdida biex jipprovdi approvazzjoni li tiżgura li l-informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa u soċjali tkun ta' min jorbot fuqha.

Awstrija

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Ix-xjenzati jwissu dwar riskji għas-saħħa mill-esponiment għall-istorbju tal-plejers tal-mużika personali

Meta wieħed jisma’ l-mużika fuq plejers personali f’volum għoli għal żmien twil jista’ jgħarraq is-smigħ b’mod permanenti, skont opinjoni maħruġa llum tal-Kumitat Xjentifiku tal-UE dwar ir-Riskji għas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Riċentement (SCENIHR – Scientific Committee on Emerging and Newly Identified Health Risks).

Avvenimenti li ġejjin

It-tieni Il-Konferenza Xjentifika Ewropea dwar l-Epidemoloġija Applikata tal-Mard Infettiv (ESCAIDE) (19-21 ta' Novembru 2008)

Din il-konferenza mistennija tressaq flimkien professjonisti involuti fl-epidemoloġija applikata tal-mard infettiv.

Il-Ġenomika tas-Saħħa Pubblika fl-Ewropa (26-28 ta' Novembru 2008)

Il-Konferenza Aħħarija tan-Netwerk Ewropew dwar il-Ġenomika tas-Saħħa Pubblika (PHGEN)

Il-Kungress Dinji tal-IOF dwar l-Osteoporożi (3-7 ta' Diċembru 2008)

L-IOF (Fondazzjoni Internazzjonali dwar l-Osteoporożi) tistieden l-ispeċjalisti tal-osteoporożi u l-professjonist tas-saħħa minn madwar id-dinja jattendu l-Kungress Dinji tal-IOF dwar l-Osteoporożi 2008.

Pubblikazzjonijiet ġodda

L-osteoporożi fl-Unjoni Ewropea fl-2008: 10 Snin ta' progress u sfidi kontinwi

Dan ir-rapport, ippubblikat f'Ottubru 2008, jipprovdi stampa tal-progress u l-isfidi fit-tmexxijja tal-osteoporożi fl-UE - għaxar snin wara r-rapport seminali tal-1998 u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea u bħala paragun għar-rapport 'verifika' tal-EU fl-2001.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Il-Portal tas-Saħħa tal-UE jivjaġġa fil-Ġermanja

Id-Direttorat Ġenerali tal-UE għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sikurezza qed jorganizza roadshow li tilħaq kważi 60 belt fil-Ġermanja bejn l-14 u t-30 ta' Ottubru biex jgħin lil-pubbliku ġenerali ikun aktar infurmat dwar drittijietu. Ikun hemm ukoll materjal informattiv dwar kwistjonijiet tas-saħħa u dwar il-portal tas-Saħħa tal-UE. Ikklikkja fuq il-link għal aktar dettalji (bliet, skeda, eċċ.).

Fokus

Jum Dinji dwar l-Osteoporożi - 20 ta' Ottubru, 2008

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa-UE - Mard Ieħor li ma Jitteħidx

Mard Ieħor li ma Jitteħidx

Aħbarijiet

IOF issejjaħ lill-Ewropej iqumu u jgħidu tagħhom dwar għadamhom.

Ħoloq interessanti oħra

bjdonline - Il-Portal dwar il-Mard tal-Muskoli u l-Għadam

WHO - Mard kroniku u l-promozzjoni tas-saħħa

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk