Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 23, IS 9 ta´ Ottubru 2008

F'din il-ħarġa

Merħba

Ewropa għall-pazjenti – kampanja tal-Kummissjoni – għal kura tas-saħħa aħjar għal kulħadd fl-Ewropa

Ta' Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Fit-30 ta' Settembru nedejt il-kampanja l-Ewropa għall-Pazjenti. Din il-kampanja tiffoka fuq l-inizjattivi poltiċi differenti li Kummissjoni beħsiebha tadotta dwar is-saħħa fis-6-9 xhur li ġejjin. Dawn l-inizjattivi kollha huma marbuta b'għan komuni – it-titjib tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa u b'konsegwenza l-ħajja tal-pazjenti.

Din hija kampanja mmexxija mill-politika li tinkludi għadd differenti ta' proposti politiċi li huma relatati mal-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa: jindirizzaw is-sigurtà tal-pazjenti, mard rari, donazzjoni u trapjant tal-organi, skrining tal-kanċer, il-ħaddiema tas-saħħa, it-tilqim għat-tfal u kontra l-influwenza u l-użu antibijotiku. L-għan ta' din il-kampanja hu li tipprovdi kunċett realistiku u li jinftiehem biex jinġabru dawn l-inizjattivi u jipprovdi punt ta' aċċess sempliċi fl-ambjent tal-politiki u l-azzjonijiet tal-kura tas-saħħa tal-UE li ta' spiss huwa kkunsidrat ikkumplikat.

Hija aġenda ambizzjuża u tipprovdi messaġġ ċar u koerenti dwar il-viżjoni u l-prijoritajiet tagħna fil-kura tas-saħħa. Il-kampanja se tikkontribwixxi lejn il-kisba ta' wieħed mill-valuri promossi fl-istrateġija tal-UE għas-saħħa, dak tal-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini. Inħolqot paġna web iddedikata għall-Ewropa għall-Pazjenti fuq il-portal tas-saħħa tal-UE . L-għan ta' din il-websajt, disponibbli f'22 lingwa, hu li tiffunzjona bħala għajn ta' tagħrif fejn in-nies jistgħu jpoġġu l-avvenimenti u l-aħbarijiet tagħhom dwar l-inizjattivi tal-Ewropa għall-Pazjenti li jolqtuhom l-aktar mill-viċin.

Irrid inħeġġeġ il-fluss ta' tagħrif f'direzzjonijiet differenti fuq livelli varji u bejn diversi msieħba. Irrid ninvolvi liċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tas-saħħa billi nressaqhom aktar viċin tal-inizjattivi tal-pubbliku; inizjattivi li huma tassew validi għaliex jistgħu jipprovdu opportunijiet lill-pazjenti biex jirċievu kura tas-saħħa sigura u ta' kwalità għolja li jeħtieġu, jistennew u jitolbu. Għalhekk nittama u nistenna li l-kampanja Ewropa għall-Pazjenti tkun suċċess.

Qiegħda norbot fuq l-appoġġ mill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, ir-rappreżentati nazzjonali u reġjonali, il-membri tal-Parlament Ewropew, l-industrija, l-assiguraturi u bosta organizzazzjonijiet oħra – għaliex aħna lkoll nistgħu nikkontribwixxu għall-istess għan: li ntejbu l-kura tas-saħħa għal kulħadd fl-Ewropa.

Aħbarijiet mill-UE

Il-Kroazja u l-Kummissjoni jiffirmaw Memorandum ta' Ftehim għall-parteċipazzjoni fit-tieni Programm Komunitarju dwar is-Saħħa – "Flimkien għas-saħħa"

Fit-30 ta' Settembru 2008, l-Ambaxxatur għall-Kroazja għall-UE is-Sur Branko Baričević u d-Direttur Ġenerali għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi, is-Sur Robert Madelin, iffirmaw Memorandum ta' Ftehim li jippermetti lill-Kroazja tipparteċipa fit-tieni Programm ta' Azzjoni Komunitarja fil-Qasam tas-Saħħa 2008-2013.

150 Miljun Raġuni biex Naġixxu - Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti jniedi l-Manifest tal-Pazjenti

F'Settembru ta' din is-sena, il-Forum Ewropew tal-Pazjenti nieda Manifest tal-Pazjenti fil-Parlament Ewropew. Dan il-Manifest jelenka miżuri essenzjali ġodda li għandhom jittieħdu sabiex tittejjeb il-kwalità tal-kura tas-saħħa tul l-Unjoni Ewropea kollha.

Forum Miftuħ tal-UE dwar is-Saħħa 2008 "Niżviluppaw u Nimplimentaw is-Saħħa fl-Unjoni Ewropea"

Taħt it-tema ġenerali "Niżviluppaw u Nimplimentaw is-Saħħa fl-Unjoni Ewropea" (10-11 ta' Diċembru 2008) il-konferenza se tfakkar pass importanti lejn it-tisħiħ u l-involviment tal-partijiet interessati kollha fil-kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet għall-ħarsien u t-titjieb tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa.

L-Ewropa teħtieġ li tintensifika l-azzjonijiet biex tadatta għall-impatti tat-tibdil klimatiku

Rapport ġdid javża li l-Ewropa teħtieġ tieħu azzjoni urġenti biex tadatta għall-impatti tat-tibdil klimatiku. Ir-rapport 'Impatti tat-tibdil fil-klima tal-Ewropa' huwa ppublikati b'mod konġunt miċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea (JRC), l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

Stħarriġ globali jiġbed l-attenzjoni ta' kampanja biex tikkoreġi l-kunċetti żbaljati tal-kanċer

Kunċetti żbaljati dwar x'iħarrek il-kanċer jikkawżaw ħafna tħassib fost il-pazjenti u konfużjoni għad-dinja medika.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Il-Bulgarija

Il-Bulgarija tħabbar l-approvazzjoni ta' programm nazzjonali għall-mard rari

Svizzera

Il-kanċer fit-tfal u l-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Iżvizzera

L-istudju CANUPIS għandu l-għan jiddetermina jekk it-tfal li jikbru ħdejn impjant tal-enerġija nukleari ikunux f'riskju li jiżviluppaw kanċer fit-tfulija b'mod partikolari l-lewkimja. Barra minn hekk l-istudju se jeżamina l-influwenza ta' fatturi oħra li jinkludu r-raġġi elettromanjetiċi jew l-emissjonijiet industrijali.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Forum Farmaċewtiku ntemm b'suċċess

Ir-rapport finali tal-Forum Farmaċewtiku ġie ppreżentat fit-tieni ta' Ottubru. Dan ta prinċipji u rakkomandazzjoni dwar tlett sfidi ewlenin fil-qasam farmaċewtiku. L-ewwelnett, kif għandna ntejbu t-tagħrif dwar il-mard u l-kura, it-tieni kif għandna nqabblu l-mediċini u nidentifikaw dawk l-aktar effettivi u t-tielet kif nibbilanċjaw l-aċċess u l-premijiet għall-innovazzjoni bil-baġits limitati għall-kura tas-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin

Konferenza "Is-Saħħa Ewropea għas-servizz tal-pazjenti" – Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE (13-14 ta' Ottubru 2008)

L-għan ta' din il-konferenza hu li tagħti valur miżjur għall-azzjonijiet immexxija mill-UE fil-qasam tas-saħħa li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà, il-kwalità tal-kura u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti.

L-10 Jum Ewropew għad-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi – is-Slovenja (18 ta' Ottubru 2008)

L-idea wara dan il-jum, maħluq mill-Kunsill tal-Ewropa, hi biex kull sena jgħin għadd ta' Stati Membri biex iqajmu dibattitu dwar dawn il-kwistjonijiet soċjali u b'dan il-mod jgħin fil-progress tad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi.

Il-ġlieda kontra l-Alzheimer u mard relatat (30-31 ta' Ottubru 2008)

Pubblikazzjonijiet ġodda

Gwida – Gruppi għall-prijorità ta' Riskju għat-Tilqim kontra l-Influwenza

Gwida – Gruppi għall-prijorità ta' Riskju għat-Tilqim kontra l-Influwenza

Nipproteġu l-ħaddiema f'lukandi, restoranti u min jipprovdi l-ikel

Dan ir-rapport jitratta s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-settur, u jagħti ħarsa ġenerali lejn il-prattiċi tajbin kemm fuq il-livell politiku kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.

Azzjoni tal-UE kontra t-tibdil klimatiku: Immexxu l-azzjoni globali lejn l-2020 u lil hinn

Dan il-fuljett jippreżenta u jispjega l-proposti tal-UE dwar l-azzjoni globali kif ukoll il-miżuri li l-UE stess qed tieħu.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Ewropa għal Pazjenti - Websajt

Il-Kummissjoni Ewropea nediet websajt ġdida fl-okkażjoni tal-kampanja "Ewropa għal pazjenti". Aqra dwar l-inizjattivi differenti żviluppati u ibgħat l-avvenimenti u l-aħbaijiet tiegħek.

Fokus

Ewropa għall-pazjenti. Kampanja tal-Kummissjoni: għal kura tas-saħħa aħjar għal kulħadd fl-Ewropa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

L-Ewropa għall-pazjenti - Avvenimenti

L-Ewropa għall-pazjenti - Il-midja

L-Ewropa għall-pazjenti - Ibgħat avvenimenti u artikli tal-aħbarijiet

L-Ewropa għall-pazjenti - Politiki u azzjonijiet

Aħbarijiet

Filmat tal-Kummissarju Vassiliou waqt it-tnedija tal-kampanja Ewropa għall-Pazjenti

Intervista tal-Kummissarju Vassiliou waqt il-preżentazzjoni tal-kampanja Ewropa għall-Pazjenti u intervista mas-Sur Anders Olauson, Presidenti tal-Forum Ewropew għall-Pazjenti.

Ħoloq interessanti oħra

EPF-Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti

EPHA – Alleanza Ewropea għas-Saħħa Pubblika

EuroHealthNet - Netwerk Ewropew tal-Aġenziji għall-Promozzjoni tas-Saħħa

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk