Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 21, IS 11 ta´ Settembru 2008

F'din il-ħarġa

Merħba

L-Ewropa kontra l-Alzheimer

Ta' Florence Lustman, spettur ġenerali tal-finanzi, responsabbli mill-koordinazzjoni tal-pjan Franċiż kontra l-Alzheimer 2008-2012

Inevitabilment, l-Alzheimer u mard relatat ieħor jiggravaw mal-età. Fl-Ewropa dawn jolqtu mara minn 4 u raġel minn 5 'l fuq minn 85 sena. Hekk kif il-popolazzjoni tal-Ewropa tkompli tixjieħ, għandna nirreaġixxu għaż-żieda tal-problema u naffaċjaw l-isfidi xjentifiċi, mediċi u soċjali varji.

It-tfittxija għall-għodod ta' dijanjostika u l-kura tkompli. Sadattant nistgħu ntaffu s-sintomi tedjanti, nippermettu ħajja indipendenti lil min qed ibati u ngħinu lilhom u lil min jieħu ħsiebhom jiksbu ħajja ta' kwalità ogħla.

Franza fasslet pjan ambizzjuż għal ħames snin biex taffronta l-aspetti kollha tal-marda. Il-kwistjoni ġiet analizzatta fuq livell tal-UE permezz tal-5, is-6 u s-7 programmi ta' qafas għar-riċerka, l-Era-net Neuron jħeġġeġ proġetti, il-programm EuroCoDe fuq id-dimenzja u d-diskussjonijiet politiċi dwar l-iżvilupp ta' kura fit-tul aċċessibbli u ta' kwalità għolja.

Il-pajjiżi tal-UE qed jitħabtu ma' kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni, il-kura integrata u l-kura, l-appoġġ għal persuni li jieħdu ħsieb il-pazjenti u ż-żamma tad-dinjità ta' min qed isofri. Filwaqt li r-responsabbiltà aħħarija għas-sejba ta' soluzzjonijiet tinsab f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali, dawn jistgħu jagħmlu aktar u jgħaġġlu l-progress billi jaqsmu bejniethom l-esperjenza u l-aqwa l-prattiċi u jikkooperaw fuq proġetti xjentifiċi. Dan se jkun l-attenzjoni prinċipali waqt il-konferenza li se ssir mill-Presidenza Franċiża f'Pariġi fit-30 u l-31 ta' Ottubru. L-għan ta' Franza huwa li tippromwovi proġetti konġunti biex tiġġieled din il-marda li taffettwa miljuni ta' Ewropej.

Aħbarijiet mill-UE

L-UE tgħin lit-tfal tal-iskola jiġġieldu kontra l-ħxuna

Pjanijiet ġodda biex jingħataw frott u ħxejjex b’xejn lit-tfal tal-iskola - u biex tiġi estiża l-firxa ta’ prodotti tal-ħalib disponibbli.

L-UE tgħin lit-tfal tal-iskola jiġġieldu kontra l-ħxuna

Pjanijiet ġodda biex jingħataw frott u ħxejjex b’xejn lit-tfal tal-iskola - u biex tiġi estiża l-firxa ta’ prodotti tal-ħalib disponibbli.

Il-promozzjoni ta' mediċini ġeneriċi

Din il-ħarġa tal-Euro Observer tagħti l-punti prinċipali dwar il-politiki strateġiċi fis-seħħ f'seba' pajjiżi tal-OECD biex jippromwovu l-użu tal-mediċini ġeneriċi u r-rwol tagħhom għall-iffrankar fis-sistemi tal-kura tas-saħħa.

Eupha nediet websajt ġdida

L-Assoċjazzjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika (EUPHA) għadha kif nediet websajt ġdida. Il-websajt hija aġġornata u faċli biex tużaha.

Eupha nediet websajt ġdida

L-Assoċjazzjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika (EUPHA) għadha kif nediet websajt ġdida. Il-websajt hija aġġornata u faċli biex tużaha.

Valutazzjoni ta’ riskju: Kumitati Xjentifiċi

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana biex fil-futur qrib tistieden xjentisti biex jingħaqdu fil-Kumitati Xjentifiċi tal-Istruttura Xjentifika għall-Pariri dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju, Għaqda ta' Konsulenti u Database ta' Esperti.

Tittejjeb il-kwalità tal-ħajja fix-xjuħija

Progress sostenevoli fil-kwalità tal-ħajja għall-anzjani jista' jinkiseb billi jinġiebu timijiet ta' infermiera u fiżjoterapisti fid-djar residenzjali għall-kura tal-anzjani. Skont skema pilota intensiva li saret tul perjodu ta' sentejn fir-Renju Unit, dan ma jwassalx biss għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti, iżda mistenni jnaqqas id-dħul fl-isptarijiet ukoll.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Renju Unit

Change4Life – kul sew, iċċaqlaq aktar, għix fit-tul

Change4Life hija organizzazzjoni ġdida appoġġata mid-Dipartiment tas-Saħħa, immirata lejn id-dieta tat-tfal u l-livelli ta' attività biex jitnaqqas it-thedid lejn is-saħħa u l-kuntentizza tagħhom fil-futur. L-għan tagħna huwa li ngħinu lill-familji Ingliżi jieklu sew, jiċċaqalqu aktar u jgħixu fit-tul

Italja

Kampanja ta' komunikazzjoni kontra ċ-Chikungunya

Ir-reġjun tal-Emilia Romagna nieda kampanja ta' informazzjoni komprensiva wara li s-sena li għaddiet faqqgħet iċ-Chikungunya. Il-materjal jikkonsisti f'fuljetti ta' informazzjoni dwar il-vector (tiger mosquito), il-marda, il-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ mill-awtoritajiet tas-saħħa, is-suġġerimenti u l-pariri liċ-ċittadini kif ukoll filmat.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE

Regoli ġodda dwar ir-residwi tal-pestiċidi sabiex tissaħħaħ is-sikurezza tal-ikel fl-Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea għamlet pass importanti 'l quddiem fl-isforzi tagħha biex tassigura s-sikurezza tal-ikel fl-Unjoni Ewropea, hekk kif daħal fis-seħħ regolament li jirrevedi u jissimplifika r-regoli relatati mar-residwi tal-pestiċidi.

Avvenimenti li ġejjin

Ir-4 Forum Internazzjonali dwar t-Tmexxija tad-Diżabbiltà, "Inkissru l-barrieri lkoll flimkien" (22-24 ta' Settembru 2008)

Matul dan il-forum Maniġers tad-Diżabbiltà minn madwar id-dinja kollha se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jistgħu jitgħallmu minn xulxin.

l-14-il Kungress Dinji tal-Psikjatrija "Ix-Xjenza u l-Umaniżmu: Lejn Psikjatrija li tiffoka fuq il-persuna" (20-25 ta' Settembru 2008)

Taħriġ, sessjonijiet plenarji u laqgħat ta' ħidma se jkunu organizzati abbażi ta' suġġetti differenti bħal per eżepmju l-ansjetà, il-psikjatrija u l-promozzjoni tas-saħħa relatati mat-tfal u l-adoloxxenti.

It-2 Konferenza Ewropea dwar il-Prevenzjoni tal-Korrimenti u l-Promozzjoni tas-Sigurtà (9-10 ta' Ottubru)

Hekk kif inizjattivi għall-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sigurtà jaqbdu r-ritmu fl-Ewropa, din il-konferenza se tkun opportunità tad-deheb biex jiġu kkunsidrati dawn l-iżviluppi u sa biex l-azzjonijiet fuq livell Ewropew u nazzjonali jimxu 'l quddiem.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Id-Dimenzja fil-Ktieb Annwali Ewropew 2007 – Alzheimer Ewropa bl-appoġġ tal-Kollaborazzjoni Ewropea fuq il-Proġett Dimenzja - 2007

Id-Dimenzja fil-Ktieb Annwali Ewropew 2007 – Alzheimer Ewropa bl-appoġġ tal-Kollaborazzjoni Ewropea fuq il-Proġett Dimenzja - 2007

Ir-rapport tad-WHO 'Problemi Newroloġiċi, sfidi fis-saħħa pubblika"

Ir-rapport tad-WHO 'Problemi Newroloġiċi, sfidi fis-saħħa pubblika"

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport finali ta' studju dwar il-"Kwalità u l-Ugwaljanza fl-Aċċess għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa: HealthQUEST"

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport finali ta' studju dwar il-"Kwalità u l-Ugwaljanza fl-Aċċess għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa: HealthQUEST"

Rapport tal-Missjoni: Epidemija tal-ħożba fl-Awstrija

Fi tweġiba għall-epidemija tal-ħożba qabel il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol 2008, l-awtoritajiet tas-saħħa Awstrijaċi talbu valutazzjoni rapida tar-riskju tas-sitwazzjoni.

Gruppi ta' gwida għall-prijorità ta' riskju għat-tilqma kontra l-influwenza

Gruppi ta' gwida għall-prijorità ta' riskju għat-tilqma kontra l-influwenza

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Sit web ġdid għall-filmati dwar il-promozzjoni tas-saħħa

Wara inizjattiva tad-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumatur tal-Kummissjoni, dan is-sit web ġdid għandu l-għan li jaqsam l-ideat u l-aħjar prattiki u li juri x’sar fil-kampanji tas-saħħa pubblika madwar l-Ewropa.

Fokus

L-Ewropa kontra l-Alzheimer

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Stabbiltà tal-Moħħ: Is-saħħa mentali tal-anzjani

Il-marda tal-Alzheimer u dimenzji oħra

Saħħa-UE - Is-Saħħa Mentali

Is-Saħħa Mentali

Ħoloq interessanti oħra

EBC — Il-Kunsill Ewropew tal-Moħħ

Il-Marda tal-Alzheimer Consortium Ewropew

WHO – Newroloġija u s-saħħa pubblika

Il-Marda tal-Alzheimer Internazzjonali

Alzheimer Europe

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk