Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 177, IS 8 ta´ Lulju 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Interferenti Endokrinali: Il-Kummissjoni tieħu passi biex tipproteġi s-saħħa u l-ambjent

minn Sabine Jülicher, id-Direttur għas-Sikurezza Alimentari u l-Għalf, Innovazzjoni, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

minn Sabine Jülicher, id-Direttur għas-Sikurezza Alimentari u l-Għalf, Innovazzjoni, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

L-interferenti endokrinali huma sustanzi, kemm naturali kif ukoll kimiċi, li jistgħu jbiddlu l-funzjoni tas-sistema ormonali fil-bniedem u fl-annimali u jikkawżaw effetti avversi għas-saħħa tat-tnejn li huma.

L-UE ilha s-snin tittratta l-interferenti endokrinali permezz tal-leġiżlazzjoni fis-setturi bħal dawk tas-saħħa tal-bniedem (inklużi l-konsumaturi u l-ħaddiema), is-saħħa tal-annimali, l-ikel u l-għalf u l-ambjent.

Barra minn hekk, l-UE għandha waħda mill-aktar sistemi stretti fid-dinja għall-valutazzjoni tal-pestiċidi u tal-bijoċidi, li permezz tagħha mijiet ta' sustanzi għaddejjin jew għ [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-Istat tas-Saħħa fl-UE: Il-Kummissjoni tlaqqa' flimkien l-għarfien espert biex tappoġġja l-politiki dwar is-saħħa fil-pajjiżi tal-UE  »

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Vytenis Andriukaitis ħabbar l-Istat tas-Saħħa fl-inizjattiva tal-UE għall-2016-17 fil-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (ESPCO) li ltaqa' fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 2016.

L-ECDC joħroġ struzzjonijiet dwar il-politika ta' ħidma għat-tħejjija kontra z-Zika fl-UE  »

Biex jiġu assistiti dawk li jfasslu l-politika fit-tħejjija kontra t-trasmissjoni possibbli taz-Zika fil-livell lokali fl-UE, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ipproduċa struzzjonijiet dwar il-politika li jenfasizzaw il-miżuri ta' tħejjija biex jiġi minimizzat ir-riskju li l-virus taz-Zika jinfirex fl-Ewropa kontinentali.

Il-Kummissjoni tappella għal impenn imġedded għall-integrazzjoni tar-Rom  »

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom, adottat fit-28 ta' Ġunju 2016, jipprovdi l-ewwel ħarsa ġenerali tal-miżuri implimentati mill-Istati Membri wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar il-miżuri ta' integrazzjoni effettiva tar-Rom.

Il-"Kampanja għall-Għoti tas-Setgħa lill-Pazjent" tal-Forum tal-Pazjenti Ewropej torganizza l-avveniment ta' għeluq  »

Wara kampanja ta’ sena dwar l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti, l-EPF organizza laqgħa ta’ diskussjoni ma’ dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati u l-pazjenti dwar kif jitwassal l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti fil-livell li jmiss. Ipparteċipa wkoll id-DĠ tal-Kummissjoni Saħħa u Sikurezza Alimentari.

Il-kura tas-saħħa fl-UE: Il-Grupp ta' Esperti dwar is-Saħħa jippubblika 3 Opinjonijiet u memorandum  »

Ix-xahar li għadda, il-Grupp ta’ Esperti indipendenti tal-Kummissjoni li jagħti pariri li ma jorbtux dwar kwistjonijiet relatati mal-“modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa” adotta tliet Opinjonijiet u Memorandum wieħed relatati mal-aċċess għall-kura tas-saħħa u mar-riformi tal-kura tas-saħħa.

X'se jħalli l-aktar impatt fuq saħħtek? Semma’ leħnek billi tipparteċipa fl-Istħarriġ FRESHER sas-27 ta’ Ġunju 2016  »

FRESHER, jew it-Tfassil u l-Immudellar għall-Politika u r-Regolamentazzjoni dwar is-Saħħa Ewropea, hu proġett interdixxiplinarju u ta' tbassir iffinanzjat mill-programm Orizzont 2020 tal-UE li jħares lejn il-possibbiltajiet futuri biex jiġi ttrattat il-mard kroniku li ma jitteħidx.

L-Azzjoni Konġunta Chrodis titlob lill-esperti biex jieħdu sehem fi kwestjonarju dwar il-multimorbidità sas-17 ta' Lulju 2016  »

Huma mistednin jieħdu sehem esperti fl-immaniġġjar tal-każijiet, il-multimorbidità u l-programmi tat-taħriġ għall-maniġers tal-każijiet minn istituti tas-saħħa jew awtoritajiet pubbliċi, assoċjazzjonijiet tal-pazjenti jew mill-akkademja. It-tweġibiet se jintużaw biex jiġu analizzati l-programmi ta' taħriġ eżistenti fil-livell Ewropew.

Valuri ta' referenza għad-dieta: pariri dwar il-vitamina B6  »

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel stabbiliet valuri ta' referenza għad-dieta għall-vitamina B6 bħala parti mir-rieżami tagħha tal-parir xjentifiku dwar it-teħid nutrittiv.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

L-NGOs li jaħdmu fuq ir-Reżistenza Antimikrobika għandhom iċ-ċans li jirbħu somma flus mhux ħażin permezz tal-Premju tas-Saħħa 2016 tal-UE  »

Intom NGO li qed taħdem fil-qasam tar-Reżistenza Antimikrobika? L-organizzazzjoni tagħkom tista' tuża l-flus tal-premju ta' 10,000, 15,000 jew 20,000 Euro? Issottomettu l-inizjattiva tagħkom għall-Premju tas-Saħħa 2016 tal-UE, minn issa sal-31 ta' Lulju 2016. Skopri aktar u aqra dwar il-Premju tas-sena l-oħra hawnhekk.

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Sessjoni ta' ħidma tiffoka fuq il-provi għal grupp ta' pazjenti b'kura speċifka fl-awtorizzazzjoni ta' mediċini ġodda għal kanċer  »

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u s-Soċjetà Ewropea għall-Onkoloġija Medika (ESMO) reċentement organizzaw sessjoni ta' ħidma dwar ir-rwol tal-provi għal grupp ta' pazjenti b'kura speċifika fl-awtorizzazzjoni ta’ mediċini ġodda għal kanċer, b'xandira diretta fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tal-Epatite, 28 ta’ Lulju 2016  »

Miljuni ta' persuni mad-dinja kollha jieħdu sehem fil-Jum Dinji tal-Epatite biex iqajmu għarfien dwar l-epatite virali u biex jappellaw biex ikun hemm aċċess għall-kura, programmi ta' prevenzjoni aħjar u azzjoni governattiva.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

It-tisħiħ tal-viżibilità tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tal-istatus tar-Rom fil-pajjiżi Nordiċi  [Finland]  »

Fis-16 ta' Ġunju 2016 seminar Nordiku dwar il-politika dwar ir-Rom laqqa' flimkien madwar 60 espert Nordiku dwar ir-Rom. It-tema tas-seminar li sar f’Ħelsinki kienet l-inklużjoni tal-popolazzjoni tar-Rom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom

L-Estonja tintroduċi viżjoni futura ta' mediċina personalizzata f'Cannes Lions Health  [Estonja]  »

Ain Aaviksoo, id-Deputat Segretarju Ġenerali għas-Servizzi Elettroniċi u l-Innovazzjoni fil-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali tkellem ma' esperti internazzjonali dwar is-sistema tas-saħħa personalizzata appoġġjata b'soluzzjonijiet diġitali fil-konferenza ta' Cannes Lions Health, li saret fit-18 - 19 ta' Ġunju 2016.

Test ġdid għall-iskrinjar tal-kanċer tal-musrana se jkun offrut lil kull min għandu bejn is-60 u 74 sena.  [Renju Unit]  »

It-Test Immonokemikali tal-Ħmieġ tal-Imsaren (FIT) jittestja għad-demm moħbi f'kampjuni ta' ħmieġ, li jista' jkun sinjal bikri tal-kanċer tal-musrana. Wara studju pilota b'suċċess li involva 40,000 persuna, il-Kumitat tal-Iskrinjar Nazzjonali tar-Renju Unit irrakkomanda li t-test għandu jkun varat fuq livell nazzjonali.

Fl-edizzjoni li jmiss

Tilqim

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk