Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 175, IS 9 ta´ Ġunju 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Pronjosi f'saħħitha għas-Saħħa elettronika!

minn Clemens Martin Auer, id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa Awstrijak u l-Koordinatur tal-Azzjoni Konġunta li tappoġġja n-Netwerk tas-Saħħa elettronika

minn Clemens Martin Auer, id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa Awstrijak u l-Koordinatur tal-Azzjoni Konġunta li tappoġġja n-Netwerk tas-Saħħa elettronika

L-2016 kienet sena tajba għall-kooperazzjoni bejn il-fruntieri dwar is-Saħħa elettronika: 20 Stat Membru ħadu sehem fl-ewwel fażi tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex japplikaw għall-finanzjament biex jgħinhom jistabbilixxu Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għas-Saħħa Elettronika. Dawn il-punti ta' kuntatt jipprovdu l-infrastruttura li tiggarantixxi l-iskambju sikur tal-informazzjoni tas-saħħa bejn il-fruntieri. Perjodu twil ta' preparazzjoni, bil-proġett pilota epSOS wettaq it-triq, ta l-frott u bidel ħolma f'realtà: it-taqsiriet tal-pazjenti u r-riċetti elettroniċi għaċ-ċittadini Ewropej jistgħu faċilment jiġu tr [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ACT - L-Avvanz tal-Koordinazzjoni tal-Kura u l-Programm għall-Iskjerament tat-TeleHealth

ECHRODIS - Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet taċ-ċittadini fl-awtorizzazzjoni ta' pazjenti b'mard kroniku

In-Netwerk Ewropew ta' Referenza għall-Onkoloġija Pedjatrika ta' Esperti għad-Dijanjosi u l-Kura

Forum Ewropew tal-Pazjenti

JA-EHGov – Inizjiattiva ta' Azzjoni Konġunta dwar il-Governanza tas-Saħħa elettronika

PARENT - Inizjattiva għal Reġistri tal-Pazjenti Transkonfinali

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Is-sigaretti elettroniċi: Rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li s-sigaretti elettroniċi bir-refill jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa  »

Il-Kummissjoni adottat rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar "ir-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika assoċjati mal-użu ta' sigaretti elettroniċi bir-refill".

L-EMA tappoġġja terapiji ġodda kkumbinati kontra l-epatite C kronika  »

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tirrakkomanda l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fl-UE għal żewġ terapiji kkumbinati ġodda kontra l-infezzjoni tal-virus kroniku tal-epatite C (HCV), Epclusa (sofosbuvir/velpatasvir) u Zepatier (grazoprevir/elbasvir).

Id-dikjarazzjoni adottata mill-Bord tan-Netwerks ta' Referenza Ewropej tal-Istati Membri dwar sħab affiljati  »

Il-leġiżlazzjoni tippermetti lill-Istati Membri li ma għandhomx rappreżentazzjoni minn membru fi ħdan Netwerk ta' Referenza Ewropew approvat sabiex jipparteċipaw permezz tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa li huma maħturin bħala ċentri nazzjonali "assoċjati" u/jew "kollaborattivi".

Programm pilota ġdid ta' sentejn qed jipprova jnaqqas l-inugwaljanzi tas-saħħa esperjenzati minn persuni LGBTI  »

Il-proġett Health4LGBTI jipprova jfittex komprensjoni akbar dwar kif jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa esperjenzati mil-lesbjani, il-gays, il-bisesswali, it-transġeneri u l-intersesswali.

Tnedew erba' konsultazzjonijiet pubbliċi dwar ir-rakkomandazzjonijiet relatati mal-provi kliniċi  »

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi, inklużi dawk dwar "Approċċi ta' riskji proporzjonati fil-provi kliniċi" u "Sommarju tar-Riżultati tal-Provi Kliniċi għal-Laypersons" huma miftuħin sal-31 ta' Awwissu

Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer poġġiet il-Kodiċi Ewropea Kontra l-Kanċer fiċ-ċentru tal-attenzjoni  »

L-avveniment mill-25 sal-31 ta' Mejju kien ikkoordinat mill-Assoċjazzjoni tal-Legi Ewropej Kontra l-Kanċer, b'kofinanzjament mill-Kummissjoni, biex jiġu inkuraġġuti l-azzjonijiet u l-avvenimenti sabiex jitaqjjem għarfien dwar it-tipi kollha tal-kanċer u biex tingħata viżibbiltà lill-Kodiċi Ewropea Kontra l-Kanċer.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

RedR UK  »

Taħriġ qabel it-tluq għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa skjerati fis-Sierra Leone.

Save the Children in-Netherlands  »

Ebolajobs

UFF Humana  »

Il-korp tal-Ebola

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Bidliet għall-prodotti tat-tabakk mibjugħin fl-UE: Dikjarazzjoni mill-Kummissarju Andriukaitis  »

Il-Kummissarju Andriukaitis qal li hu konfidenti li l-momentum kontra t-tabakk fl-UE – kif muri mir-rati tat-tipjip li qed jonqsu u mill-introduzzjoni tal-ippakkjar ġeneriku – se jkompli jikber.

L-EMA tibda riflessjoni mal-UE kollha dwar tibdiliet neċessarji għall-aħjar prattiki  »

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, bdiet rieżaminazzjoni tal-linji gwida li jiddeskrivu l-ewwel provi kliniċi fuq il-bniedem u d-dejta meħtieġa li tippermetti d-disinn adatt u l-inizjazzjoni tagħhom.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm (l-14 ta' Ġunju)  »

It-tema tal-2016 hi "Id-Demm Jgħaqqadna Lkoll". Iċċekkja kwizzijiet, vidjows u aktar!

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Ilkoll f'daqqa issa! 400 ħaddiema taċ-ċivil ġrew kontra l-esklużjoni soċjali f'Maratona ta' Billejl.  [Lussemburgu]  »

Huma u juru l-istilel Ewropej fuq t-shirts blu, il-parteċipanti mill-Kummissjoni, il-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri u l-Bank Ewropw tal-Investiment ħadu sehem f'din il-maratona annwali bħala tim unit biex jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali u biex jissapportjaw l-attività fiżika.

Mogħtija deskrizzjoni qasira tal-ewwel strateġija għall-ikkowpjar mad-dimenzja  [Slovenja]  »

L-istrateġija għall-ikkowpjar mad-dimenzja hi l-ewwel waħda tat-tip tagħha f'dan il-qasam fis-Slovenja u tirrifletti l-elementi essenzjali tal-politiki tal-UE u tad-WHO u tal-aħjar prattiki minn pajjiżi oħrajn.

Fl-edizzjoni li jmiss

Edizzjoni Speċjali: Kumitati Xjentifiċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk