Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 173, IS 12 ta´ Mejju 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-Programm dwar is-Saħħa: Evalwazzjoni tal-imgħoddi u titjib tal-ġejjieni

minn John F. Ryan, l-Aġent Direttur, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni Ewropea,

minn John F. Ryan, l-Aġent Direttur, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni Ewropea,

It-Tieni Programm tas-Saħħa 2008-2013 wera li huwa strument utli biex ikattar l-iżvilupp u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika tas-saħħa tal-UE. Huwa appoġġja l-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin tas-saħħa billi ffinanzja l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-prattika tajba, sostnuta b’informazzjoni u provi. Din hija l-konklużjoni ta’ evalwazzjoni ex-post esterna u indipendenti li r-riżultati tagħha huma ppreżentati fir-Rapport tal-Kummissjoni, adottat din il-ġimgħa u trasmess lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni 

L-e [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Il-bażi tad-dejta ta' CHAFEA telenka l-proġetti ffinanzjati mill-UE

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Ippublikata l-Opinjoni Finali dwar il-kalkoli tal-ammont ta' materjali tal-ġugarelli miblugħin mit-tfal  »

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent tat-Tfal analizza d-dejta disponibbli dwar l-inġestjoni ta’ tliet tipi ta’ materjali tal-ġugarelli li jinbelgħu u kkonferma li l-ammonti stabbiliti fid-Direttiva dwar is-sikurezza tal-ġugarelli għadhom tajbin.

Il-politika tas-saħħa tal-UE varat il-Pjattaforma fil-21 ta’ April 2016 – Irreġistra issa!  »

Il-Pjattaforma dwar il-Politika tas-Saħħa tal-UE hija inizjattiva kollaborattiva biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-partijiet interessati mill-qasam tas-saħħa. Għandha l-għan li tkun inklużiva u li tirrifletti d-diversità ġeografika u professjonali tal-parteċipanti.

Varat Proġett Pilota dwar l-inekwità tas-Saħħa  »

Il-proġett għandu l-għan li jgħin biex dak li jkun jifhem aħjar l-inugwaljanzi fis-saħħa relatati mal-konsum tal-alkoħol, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika.

Il-Kumitati Xjentifiċi indipendenti tal-Kummissjoni jorganizzaw il-laqgħa inawgurali tat-terminu ġdid ta’ 5 snin  »

Fit-28 u d-29 ta’ April 2016, fil-Lussemburgu, iltaqgħu x-xjentisti maħtura ġodda li se jagħtu parir xjentifiku indipendenti lill-Kummissjoni bħala membri tal-Kumitati dwar is-Sikurezza tal-Konsumaturi, u dwar ir-Riskji tas-Saħħa, Ambjentali u Emerġenti.

Indikatur dwar is-Snin ta’ Ħajja b’Saħħitha mat-twelid u fl-età ta’ 65 sena skont is-sess b’dejta tal-2014  »

L-għan tal-Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej hu li jipprovdu l-iqsar lista li tagħmel sens ta’ indikaturi li jagħtu ħarsa ġenerali affidabbli tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa kollha. Ara ECHI 40a għall-aħħar aġġornament.

Preżentazzjonijiet u powsters disponibbli mill-konferenza tal-21 ta’ April 2016 dwar il-Mard Kroniku  »

Il-konferenza “Lejn prevenzjoni u ġestjoni aħjar tal-mard kroniku” ġabet flimkien lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati, u stednithom biex jaħdmu flimkien biex jimplimentaw l-attivitajiet li jnaqqsu l-piż tal-mard kroniku.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

ΕΜΑ and EUnetHTA jippubblikaw ir-riżultati tal-pjan ta’ ħidma konġunt 2012–2015  »

Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u n-netwerk Ewropew għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa issa hu disponibbli.

Rapporti ppubblikati dwar l-istandards tal-kwalità u tas-sikurezza għad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli umani  »

Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

MedAir  »

Kollaborazzjoni tal-Komunità għal rispons olistiku tal-Ebola fil-Komunità ta' Kuntorloh fi Sjerra Leone

Istitut tal-Missjoni Medika  »

Tweġiba b’diversi aspetti għall-kriżi tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Kampanja mal-Ewropa kollha se tippromwovi xogħol sostenibbli u t-tixjiħ f'saħħtu għal kulħadd  »

Il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-Presidenza Netherlandiża tal-UE varaw kampanja ta’ sentejn, l-ikbar waħda fid-dinja f’dan il-qasam.

Avvenimenti li ġejjin 

Is-Summit eHealth360° (Budapest, l-14 - is-16 ta' Ġunju 2016)  »

Organizzat mill-Alleanza Ewropea għall-Innovazzjoni, dan l-avveniment joffri perspettiva ta' 360 grad dwar is-saħħa mobbli u elettronika. Attwalment tinsab miftuħa r-reġistrazzjoni għar-rappreżentanti mill-industrija, mill-oqsma tar-riċerka u tas-saħħa, u għal oħrajn interessati fl-innovazzjoni u fis-saħħa.

Ġimgħa tas-Saħħa elettronika (Amsterdam, 8-9 ta’ Ġunju 2016)  »

L-avveniment ta’ din is-sena jiffoka fuq tliet temi: L-għoti tas-Setgħa lin-nies, Fiduċja u Standards u l-Innovazzjoni Soċjali u t-Tranżizzjoni.

Laqgħa dwar it-tħejjija ta’ linji gwida tal-UE dwar l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fuq is-saħħa tal-bniedem (Lussemburgu, 25 ta’ Mejju 2016)  »

Rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Istati Membri u l-partijiet interessati se jiddiskutu l-linji gwida tal-UE u l-passi li għandhom jittieħdu fl-azzjoni tal-UE dwar ir-reżistenza antimikrobika.

Kors fit-tmexxija għas-Saħħa Pubblika tal-Università ta’ Maastricht (Maastricht, 2-5 ta’ Novembru 2016)  »

It-tieni edizzjoni ta’ dan il-kors hi mfassla biex tgħin lill-professjonisti tas-saħħa jitgħallmu kif imexxu fil-kuntesti ta’ insigurtà u perikli għas-saħħa ewlenin.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Ġermanja ssir l-24 pajjiż tal-UE li jiffirma l-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt  [Ä ermanja]  »

Bil-firma tal-Ġermanja, il-Ftehim issa se jkun ikopri aktar minn 88% tal-popolazzjoni tal-UE.

Fl-edizzjoni li jmiss

It-Tabakk

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk