Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 172, IS 14 ta´ April 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Lejn it-titjib tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-dijabete - L-Azzjoni Konġunta CHRODIS

minn Marina Maggini (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa, Ruma, l-Italja) u Jelka Zaletel (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika, Ljubljana, is-Slovenja)

minn Marina Maggini (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa, Ruma, l-Italja) u Jelka Zaletel (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika, Ljubljana, is-Slovenja)

Id-dijabete hija marda komuni u serja: fl-2015 kien hemm 415-il miljun adult (ta’ età bejn 20–79 sena) bid-dijabete mad-dinja kollha, skont l-aħħar stimi tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete. Dan jirrappreżenta madwar 9% tal-popolazzjoni ta’ dan il-grupp ta’ età. Jekk ma tiġix ikkontrollata, madwar 642 miljun persuna huma mistennija jkollhom id-dijabete sal-2040. Fl-Unjoni Ewropea, il-frekwenza ta’ dijabete tvarja bejn 4.0 u 4.5% fil-Litwanja, l-Estonja u l-Irlanda sa ftit inqas minn 10% f’Ċipru, Malta u l-Portugall.

Id-dijabete iżżid ir-riskju serju għal bosta problemi tas-saħħa, bħal mard kar [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

CHRODIS – Nindirizzaw il-Mard Kroniku u tat-Tixjiħ f'Saħħtu matul iċ-Ċiklu tal-Ħajja

InPreSD-SA - Strateġiji Innovattivi għall-Prevenzjoni tad-Dijabete tat-Tip 2 tan-nies mill-Asja t’Isfel li jgħixu fl-Ewropa

PRE-START - Strateġiji ta’ Prevenzjoni għal Adolexxenti fir-Riskju tad-Dijabete tat-Tip 2

EUBIROD - L-Aħjar Informazzjoni Ewropea permezz ta’ Riżultati Reġjonali fid-Dijabete

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissarju tas-Saħħa Andriukaitis jindirizza l-partijiet ikkonċernati f’laqgħa dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika  »

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Obeżità fit-Tfal u r-Riformulazzjoni tal-Ikel kienu fuq il-menù fil-Laqgħa Konġunta tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u l-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, li saret fis-6 ta’ April 2016. Il-parteċipanti raw ukoll preżentazzjoni fil-qosor ta’ pjattaforma ta’ politika tas-saħħa tal-UE.

Il-Panel Espert dwar il-Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa jadotta l-Opinjoni aħħarija dwar l-Innovazzjoni Perturbattiva  »

Fil-5 ta’ April 2016, il-Bord ta’ Esperti indipendenti tal-Kummissjoni adotta l-Opinjoni tiegħu dwar l-Implikazzjonijiet ta’ Innovazzjoni Perturbattiva għas-saħħa u l-kura tas-saħħa fl-Ewropa.

L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur dwar il-Phenoxyethanol miftuħa għall-kummenti  »

L-Opinjoni tikkonċerna s-sikurezza fl-użu tal-Phenoxyethanol bħala preżervattiv f'formulazzjonijiet kożmetiċi b’konċentrazzjoni massima ta’ 1.0%. Miftuħa għall-kummenti sal-31 ta’ Mejju 2016.

Sett ta' għodod dwar id-Donazzjoni ta' Kliewi Ħajjin issa disponibbli  »

Is-Sett ta’ għodod ġie żviluppat għall-awtoritajiet nazzjonali mill-Grupp ta’ Ħidma tal-UE dwar id-Donazzjonijiet Ħajjin.

Pubblikazzjoni tal-ewwel sejħa għal offerti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt  »

Il-kuntratt huwa speċifikament għal “provvista, ħażna u tqassim ta’ tagħmir personali protettiv għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jkunu jeħtieġu li jittrattaw mard infettiv ta’ konsegwenza għolja f’ambjenti tal-kura tas-saħħa Ewropej”. Is-sejħa tibqa’ għaddejja sad-9 ta’ Mejju 2016.

L-interventi fi gruppi vulnerabbli huma r-risposta biex neliminaw it-tuberkulożi fl-Ewropa  »

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ta ħarsa ġenerali lil dawk li jfasslu l-politika tas-sitwazzjoni fid-dawl tal-Jum Dinji kontra t-Tuberkulożi fl-24 ta’ Marzu.

Sejħa għal esperti ad hoc dwar il-valutazzjoni rapida tar-riskju ta’ theddid transkonfinali: irreġistra issa!  »

F’każ ta’ theddid transkonfinali, il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa,Ambjentali u Emerġenti hu mitlub jipprovdi stima tar-riskju fi żmien 36 siegħa. DĠ SANTE qed iniedi sejħa għal esperti biex jinħoloq grupp ta’ esperti biex jgħinu f’dan il-kompitu. Skadenza t-22 ta’ April 2016.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza: "Lejn prevenzjoni u ġestjoni aħjar tal-mard kroniku" (Brussell, 21 ta' April 2016)  »

Segwi livestream ta' dan l-avveniment li jiġbor flimkien lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE, esperti ewlenin, prattikanti tal-kura tas-saħħa u gruppi ta’ pazjenti. Il-Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE se tiġi ppreżentata waqt dan l-avveniment.

Ġimgħa tas-Saħħa elettronika (Amsterdam, 8-9 ta’ Ġunju 2016)  »

L-avveniment ta’ din is-sena jiffoka fuq tliet temi: L-għoti tas-Setgħa lin-nies, Fiduċja u Standards u l-Innovazzjoni Soċjali u t-Tranżizzjoni.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Ir-Rumanija tipprojbixxi t-tipjip f’postijiet pubbliċi magħluqin  [Ir-Rumanija]  »

Il-projbizzjoni tat-tipjip il-ġdida daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu, 2016.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

Manos Unidas  »

L-għaqda tal-isforzi għat-tnaqqis u l-eliminazzjoni tal-Ebola fi Sjerra Leone

Masanga UK  »

Pjattaforma għat-taħriġ diġitali intuwittiva biex jissaħħu l-prevenzjoni tal-infezzjonijiet u t-taħriġ ta' kontroll għall-professjonisti tas-saħħa u l-ħaddiema komunitarji

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 

Fl-edizzjoni li jmiss

It-Tielet Programm dwar is-Saħħa tal-UE

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk