Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 170, IS 10 ta´ Marzu 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Karatteristiċi ta’ sikurezza ġodda għall-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE minn mediċini falsifikati

minn Andrzej Rys, id-Direttur għal Sistemi tas-Saħħa, Prodotti Mediċinali u Innovazzjoni, DĠ Saħħa u Sikurezza tal-Ikel, il-Kummissjoni Ewropea

minn Andrzej Rys, id-Direttur għal Sistemi tas-Saħħa, Prodotti Mediċinali u Innovazzjoni, DĠ Saħħa u Sikurezza tal-Ikel, il-Kummissjoni Ewropea

Iċ-ċittadini Ewropej jistħoqqilhom mediċini li huma sikuri, ta’ kwalità għolja u effettivi. Il-mediċini falsifikati jista’ jkun fihom ingredjenti ta’ kwalità baxxa jew doża żbaljata – u għalhekk ikunu ta’ theddida maġġuri għas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE. Id-Direttiva dwar il-Mediċini Falsifikati – li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2013 – għandha l-għan li tagħmel il-mediċini aktar sikuri. Għal dan l-għan, hi tagħti mandat lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi miżuri sabiex tivverifika l-awtentiċità tal-mediċini u ttejjeb il-kwalità tal-ingredjenti tal-mediċina.

Fid-9 ta' Frar, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regol [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Forum Ewropew tal-Pazjenti

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Programm tas-Saħħa 2014-2020: il-Kummissjoni tadotta l-Programm ta’ Ħidma għall-2016  »

Kollox ma' kollox l-ammont totali tal-finanzjament tal-UE disponibbli fl-2016 li jkopri l-għotjiet u l-offerti hu ta’ kważi €58 miljun. Se jitniedu s-sejħiet għal proposti għall-proġetti dan ix-xahar, f’Marzu 2016.

Is-16-il laqgħa Ministerjali tal-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa Globali li saret fis-26 ta’ Frar 2016  »

Rappreżentanti mill-Kummissjoni ngħaqdu ma' Ministri, Segretarji u Kummissarji mill-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, il-Messiku, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti f’Washington D.C. biex jiddiskutu avvenimenti ta’ sigurtà tas-saħħa reċenti u biex jesploraw modi li jsaħħu s-sigurtà tas-saħħa globali.

Azzjoni Konġunta li Tindirizza l-Mard Kroniku u l-Anzjanità f’Saħħitha matul iċ-Ċiklu tal-Ħajja tippjana t-triq ’il quddiem  »

L-Azzjoni Konġunta (JA-CHRODIS) organizzat it-2 Assemblea Ġenerali tagħha fl-4 ta’ Frar 2016 biex tiddiskuti l-mekkaniżmi tal-ġbir tal-informazzjoni, l-outputs bħall-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien u t-trasferabilità u ż-żieda ta’ prattiki f’oqsma bħall-multimorbożità u d-Dijabete tat-Tip 2.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-proġett AIRSAN iffinanzjat mill-UE għen lill-Istati Membri biex ikunu preparati f’każ ta’ theddidiet għas-saħħa pubblika fit-trasport bl-ajru  »

Il-Proġett AIRSAN li għadu kif ġie konkluż (“Azzjoni koordinata fis-settur tal-avjazzjoni għall-kontroll ta’ theddid għas-saħħa pubblika”) kellu l-għan li jappoġġja lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ rispons organizzat tajjeb u koerenti għal theddidiet għas-saħħa pubblika fit-trasport bl-ajru. Għadhom kif ġew ippubblikati r-riżultati.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Għandu jinħoloq reġistru tal-pazjenti bl-Epatite Ċ  [Latvja]  »

Dan il-ġbir ta' dejta se jagħmilha possibbli li jiġu ttraċċati l-kawżi tal-Epatite Ċ u l-progress tat-trattament u li jiġu vvalutati r-riżultati tat-trattament, b'hekk jagħmilha possibbli li jiġu analizzati l-effettività u l-kosteffettività tat-trattament.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

Goal  »

Konsorzju ta' mobilità soċjali b'bażi ta' azzjoni komunitarja kontra l-Ebola

Handicap International  »

Immaniġġjar tal-flotta tal-ambulanzi u d-dekontaminazzjoni tad-djar

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Skeda informattiva ġdida disponibbli dwar is-sikurezza taż-żebgħa tax-xagħar  »

Hemm periklu meta tiżbogħ xagħrek? Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur tal-Kummissjoni Ewropea għadu kif ippubblika skeda informattiva xjentifika li faċilment tinqara dwar is-sikurezza taż-żebgħa tax-xagħar, disponibbli b'erba' lingwi.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza ta’ Livell Għoli dwar is-Sigurtà tas-Saħħa Globali (Lyon, Franza, 22 – 23 ta’ Marzu 2016)  »

Dan l-avveniment bi stedina biss se jlaqqa' flimkien l-atturi ewlenin fil-livell internazzjonali u jimmira li jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal kunsiderazzjoni mid-69 Assemblea Dinjija tas-Saħħa f'Mejju 2016.

Smigħ Pubbliku dwar l-Opinjoni ta’ SCENIHR dwar is-sikurezza tas-sunbeds (Lussemburgu, 12 ta’ April 2016)  »

Ix-xjentisti u l-esperti tekniċi interessati huma mistiedna jirreġistraw qabel is-27 ta’ Marzu 2016 biex jattendu għal dan is-smigħ pubbliku dwar l-"Effetti bijoloġiċi tar-radjazzjoni ultravjola rilevanti għas-saħħa, b’referenza partikolari għas-sunbeds għal skopijiet kożmetiċi”.

Is-Summit eHealth360° (Budapest, l-14 - is-16 ta' Ġunju 2016)  »

Organizzat mill-Alleanza Ewropea għall-Innovazzjoni, dan l-avveniment joffri perspettiva ta' 360 grad dwar is-saħħa mobbli u elettronika. Attwalment tinsab miftuħa r-reġistrazzjoni għar-rappreżentanti mill-industrija, mill-oqsma tar-riċerka u tas-saħħa, u għal oħrajn interessati fl-innovazzjoni u fis-saħħa.

Fl-edizzjoni li jmiss

Mard Rari

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk