Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 169, IS 25 ta´ Frar 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Lejn prevenzjoni u ġestjoni aħjar tal-mard kroniku

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

Il-piż tal-mard kroniku hu kbir immens: 86% tal-imwiet kollha, jew 4 miljun mewt fis-sena, huma relatati ma' mard kroniku fl-Ewropa.

Il-mard kroniku jiżviluppa bil-mod, idum ħafna żmien u ħafna drabi m'hemmx fejqan għalih. Jikkawża sofferenza umana kbira u hu ta' piż enormi fuq is-sistemi tas-saħħa wkoll. 70% sa 80% tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa fl-UE kollha - stmati għal €700 biljun - bħalissa jintefqu fuq il-mard kroniku. Barra minn hekk, il-mard kroniku jwaqqaf kompletament ħafna nies milli jkomplu jaħdmu u kwart ta' dawk kollha li jaħdmu - 23.5% - isofru minn kundizzjoni kronika. L-assenteiżmu rel [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

CHRODIS-JA - Azzjoni Konġunta li tindirizza l-mard kroniku u l-promozzjoni ta' anzjanità f’saħħitha matul iċ-ċiklu tal-ħajja

HASIC - Anzjanità f'Saħħitha Appoġġjata mill-Internet u l-Komunità

EConDA - Ekonomiji tal-Mard Kroniku

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi qed tikber fl-Unjoni Ewropea  »

L-aħħar rapport annwali Ewropew mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, jerġa’ jikkonferma li r-reżistenza għall-antimikrobiċi tippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Il-Kummissjoni tara l-AMR bħala prijorità ewlenija.

Il-preżentazzjoni flimkien ta' prodotti agrikoli b'xejn ma' informazzjoni u attivitajiet dwar in-nutrizzjoni kienet kruċjali għas-suċċess tal-proġett “Il-familja f’saħħitha tiegħi  »

L-evalwazzjoni esterna dwar il-metodoloġija tal-proġett pilota żvelat ukoll l-apprezzament kbir tal-għodod tagħha kif ukoll l-għarfien dwar l-aħjar mod kif jintlaħqu l-gruppi fil-mira tiegħu - fattur ewlieni għas-suċċess jew għall-falliment.

Ipparteċipa fl-istħarriġ tal-Ġurnal tal-EFSA!  »

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) qed tniedi stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utent. Hu jiffoka fuq l-użabilità u l-funzjonalitajiet tal-paġni web eżistenti tar-rivisti xjentifiċi tagħha u għandu l-għan li jidentifika prijoritajiet għal żvilupp futur. L-istħarriġ hu miftuħ sal-10 ta’ Marzu 2016.

Imnedija Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Opinjoni Preliminari ta’ SCENIHR dwar is-Sodod għat-Tixmix  »

Din l-Opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) tiffoka fuq ir-riskji assoċjati ma’ radjazzjoni ultravjola b'mod ġenerali u fuq is-sodod għat-tixmix b’mod partikolari. Il-konsultazzjoni pubblika se tkun miftuħa sal-21 ta' Marzu 2016.

SCENIHR jippubblika l-Opinjoni Finali dwar l-Addittivi tat-Tabakk I  »

F’din l-Opinjoni, l-ewwel waħda minn żewġ opinjonijiet dwar l-addittivi użati fil-prodotti tat-tabakk mitluba mill-Kummissjoni, il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement identifika 48 sustanza kimika unika għal-lista ta’ prijorità kif prevista mid-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk.

L-indikatur dwar il-mobbiltà tal-pazjenti aġġornat b’dejta tal-Eurostat tal-2013 (ECHI 75)  »

Dan huwa biss wieħed mill-Indikaturi Prinċipali tas-Saħħa Ewropea (ECHI) li huma kkalkolati permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li tinħoloq sistema ta’ informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa paragunabbli għall-monitoraġġ tas-saħħa fil-livell tal-UE.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-UE tniedi Korp Mediku Ewropew ġdid biex tirrispondi aktar malajr għall-emerġenzi  »

Permezz tal-Korp Mediku Ewropew, l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi Ewropej oħra li qed jipparteċipaw fis-sistema jistgħu jkollhom timijiet u assi disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'qasir żmien qabel emerġenza.

Jitlaqqa' l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa biex jiġu diskussi l-iżviluppi tat-tixrid tal-virus Zika  »

Il-Kummissjoni Ewropea organizzat laqgħa awdjo tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa biex jiġu diskussi l-aħħar żviluppi dwar it-tixrid tal-virus Zika, il-Valutazzjoni tar-Riskju Rapida l-aktar riċenti u dokumenti tekniċi komplementari mħejjija mill-ECDC.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Awstrija ssir it-23 pajjiż li jiffirma l-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt  [Awstrija]  »

Dr Clemens-Martin Auer, Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa Awstrijak, iffirma l-ftehim, li jippermetti lill-UE u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fi proċedura tal-akkwist konġunt biex jixtru kontromiżuri mediċi meta jkun hemm theddida transkonfinali serja għas-saħħa.

Il-gvern japprova l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-marda ta' Alzheimer  [Repubblika ÄŠeka]  »

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-perjodu 2016-2019 għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja mhux biss tal-persuni li jbatu bil-marda ta’ Alzheimer u b’mard simili, iżda wkoll għal dawk li jieħdu ħsiebhom. Il-pjan huwa maħsub għall-organizzazzjonijiet, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali kollha li jaħdmu f’dan il-qasam.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

Fundación Juan Ciudad  »

Ejjew inwaqqfu l-Ebola fl-Afrika tal-Punent

Tobba Ġermaniżi e.V  »

Assistenza ta’ emerġenza għall-Ebola: il-kontroll tal-mard u ż-żamma tal-kura tas-saħħa medika fiż-żona ta’ lħuq tal-Isptar tal-Komunità Kattolika Serabu (Sjerra Leone)

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 

Avvenimenti li ġejjin 

Is-Summit eHealth360° (Budapest, l-14 - is-16 ta' Ġunju 2016)  »

Organizzat mill-Alleanza Ewropea għall-Innovazzjoni, dan l-avveniment joffri perspettiva ta' 360 grad dwar is-saħħa mobbli u elettronika. Attwalment tinsab miftuħa r-reġistrazzjoni għar-rappreżentanti mill-industrija, mill-oqsma tar-riċerka u tas-saħħa, u għal oħrajn interessati fl-innovazzjoni u fis-saħħa.

Fl-edizzjoni li jmiss

Mediċini Falsifikati

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk