Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 167, IS 28 ta´ Jannar 2016

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Qafas għal Azzjoni dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri

minn JM Caldas de Almeida, il-Koordinatur, tal-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri

minn JM Caldas de Almeida, il-Koordinatur, tal-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri

Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri tnediet fl-2013 biex tappoġġja s-saħħa mentali bħala prijorità tas-saħħa pubblika Ewropea u biex tiżviluppa għodod li jappoġġjaw l-Istati Membri fit-titjib tal-kundizzjonijiet għall-prevenzjoni, id-dijanjosi u l-kura tad-diżordnijiet mentali f'pajjiżhom.  

Il-Konferenza Finali tal-Azzjoni Konġunta, li saret fi Brussell fil-21 u fit-22 ta' Jannar 2016, ippreżentat l-opportunità sabiex jiġi diskuss il-progress li sar matul dawn l-aħħar tliet snin u sabiex jinżamm dibattitu dwar il-Qafas għal Azzjoni dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri, ir-riżultat [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

L-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-Saħħa Mentali u l-Benessri

PRO-YOUTH

Euregenas - Reġjuni Ewropej Jinfurzaw Azzjonijiet Kontra s-Suwiċidju

PREDI-NU - Nipprevjenu d-Dipressjoni u Ntejbu l-Għarfien permezz tan-Netwerking fl-UE

Il-Fondazzjoni Eurasia għall-Olimpijadi Speċjali tal-Ewropa

Is-Saħħa Mentali tat-Tfal tal-Iskola fl-Ewropa

CAMHEE - Is-saħħa mentali tat-tfal u tal-adolexxenti f'Unjoni Ewropea mkabbra

Alzheimer Ewropa

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-UE tniedi Azzjoni Konġunta dwar l-HIV u l-Prevenzjoni tal-Koinfezzjoni u t-Tnaqqis tal-Ħsara  »

L-Azzjoni Konġunta l-Ġdida organizzat l-ewwel Forum ta' Sħubija tagħha fl-14 - 15 ta' Jannar 2016 f'Vilnius, il-Litwanja biex tniedi l-attivitajiet. Dan il-proġett ta' tliet snin iffinanzjat mill-UE qed jiġi implimentat minn 23 sieħeb fi 18-il Stat Membru tal-UE.

L-ewwel kors postgradwatorju dwar it-tmexxija tas-saħħa pubblika attwalment offrut mill-Università ta' Maastricht  »

Il-Programm ta' Tmexxija Eżekuttiva tal-Kura tas-Saħħa jinkludi l-ikkowċjar eżekuttiv u jintegra l-kontenut teoretiku modern tal-kura tas-saħħa u tat-tmexxija tas-saħħa pubblika, abbażi ta' qafas ta' kompetenzi tar-responsabbiltajiet tas-saħħa pubblika żviluppati xjentifikament.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Kriżi tar-Refuġjati: Il-Kummissjoni tagħti €5.6 miljun lill-proġetti tas-Saħħa biex tappoġġja l-azzjonijiet tal-Istati Membri  »

Il-fondi se jgħinu jindirizzaw sfidi ta' saħħa komuni fl-Istati Membri l-aktar affettwati. Il-Programm tas-Saħħa jappoġġja wkoll azzjonijiet fit-tul ta' żmien għas-saħħa u għall-integrazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

Caritas Italiana  »

Ir-rispons ta' Caritas għall-Epidemija tal-Ebola fil-Ginea, il-Liberja, u Sierra Leone.

CartONG  »

L-uffiċjali tas-Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika ta' rispons għall-Ebola għal Médecins Sans Frontières.

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tal-Kanser, l-4 ta' Frar 2016  »

Bit-tema "Nistgħu. Nista'", il-Jum Dinji tal-Kanser se jesplora kif kulħadd – b'mod kollettiv jew individwali – jista' jagħti sehmu biex jitnaqqas il-piż tal-kanser.

Il-Konferenza dwar ir-Reżistenza Antimikrobika (Amsterdam, 9 – 10 ta' Frar 2016)  »

Din il-konferenza se tenfasizza l-ħtieġa għal avviċinament "Saħħa Waħda" u se jattendu għaliha l-Ministri tas-Saħħa u l-Ministri tal-Agrikultura tal-UE/ŻEE.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Tixtieq tkun taf aktar dwar l-ittestjar u l-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kosmetiċi fl-UE?  »

Skeda informattiva li tinqara b'mod faċli dwar in-"Noti ta’ Gwida għall-Ittestjar tal-ingredjenti kosmetiċi u l-evalwazzjoni tas-sikurezza tagħhom" tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur attwalment tinsab disponibbli bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol.

Il-gwida biex jinħoloq proġett lokali għal dieti tajbin għas-saħħa  »

Biex jiġu spirati proġetti simili fil-livell lokali, ġiet ippubblikata gwida li tiskambja l-lezzjonijiet mitgħallma mill-proġett "Inħobbu Nieklu" tal-UE, li ħeġġeġ in-nies sabiex jieklu aktar frott u ħaxix.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Ewwel Ġranet Nazzjonali għall-Innovazzjonijiet fis-Saħħa organizzati fit-23 - 24 ta' Jannar 2016  [Franza]  »

Jumejn ta' skoperta, ta' laqgħat u ta' dibattiti, organizzati f'Pariġi mill-Ministeru Franċiż tas-Saħħa flimkien ma' Universcience.

Il-proġett "Inħobbu Nieklu" jirnexxilu jġiegħel in-nies jieklu aktar frott u ħaxix.  [Ungerija]  »

Aktar minn 23,500 persuna ħadu sehem fil-proġett pilota tal-UE fl-Ungerija u fil-Polonja, fejn aktar minn 136 tunnellata ta' frott u ta' ħaxix kienu distribwiti u xeffs magħrufin ipprovdew riċetti għal ikel li jgħaxxaq aktar tajjeb għas-saħħa.

Fl-edizzjoni li jmiss

Theddid transkonfinali għas-saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk