Kemm hu sikur l-użu tax-xibka kirurġika fil-kirurġija uroġinekoloġika?
mill-Professur Christopher Chapple, MD, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Uroloġija u r-Rapporteur tal-Opinjoni tal-SCENIHR dwar ix-Xbieki Kirurġiċi
Billi l-użu tax-xibka kirurġika fil-kirurġija uroġinekoloġika sar aktar u aktar komuni, kien hemm ukoll numru dejjem qed jiżdied ta' effetti avversi rapportati assoċjati mal-użu tagħha, bħall-infezzjoni, l-erożjoni tat-tessuti, l-esponiment tax-xibka, l-ixxrinkjar tax-xibka, l-uġigħ u d-disfunzjoni sesswali. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) biex jevalwa r-riskji tas-saħħa marbuta mal-użu tax-xbieki kirurġiċi.
L-SCENIHR irreveda diversi opzjonijiet għat-trattament tad-disfunzjonijiet ta
[...]
|