Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 165, IS 10 ta´ Diċembru 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali ppreparati li jwieġbu mistoqsijiet dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali

minn Xavier Prats Monné, Direttur Ġenerali tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, Kummissjoni Ewropea

minn Xavier Prats Monné, Direttur Ġenerali tad-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, Kummissjoni Ewropea

L-għan aħħari tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali hu li tipprovdi liċ-ċittadini kollha tal-UE b'aċċess ugwali għal kura tas-saħħa ta' kwalità, billi twieġeb għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Kemm jekk dan ifisser li tirrikorri għal opinjoni oħra fi Stat Membru ieħor jew li tieħu tifel b'marda rari għand speċjalista n-naħa l-oħra tal-UE, in-nies għandu jkollhom rashom mistrieħa li se jirċievu l-aqwa kura possibbli u li mhux se jitħallew iġorru l-piż finanzjarju waħedhom.

Waħda mill-iktar sfidi importanti quddiemna, ikkonfermanta wkoll fi stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru, hi li jiġi żgu [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

PARENT - Inizjattiva għal Reġistri tal-Pazjenti Transkonfinali

HEALTHACCESS - Preżentazzjoni tal-Aċċess għas-Servizzi tas-Saħħa: Kwistjonijiet nazzjonali u transkonfinali

EUREGIO II - Soluzzjonijiet għat-titjib tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa f'reġjuni mal-fruntieri

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-UE twiegħed li għandha l-għan li ttemm l-AIDS sal-2030  »

Fit-30 ta' Novembru 2015, lejliet il-Jum Dinji tal-AIDS, il-Viċi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini u diversi Kummissarji ħarġu dikjarazzjoni konġunta fejn esprimew l-impenn tagħhom li jinżamm il-momentum fil-ġlieda globali kontra l-HIV/AIDS.

Sejħa għal proposti għat-titjib tas-servizzi diġitali Ewropej, inkluża s-saħħa elettronika  »

Permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, €17-il miljun f'finanzjament huma disponibbli biex itejbu s-servizzi diġitali Ewropej, inkluża s-saħħa elettronika.

Eżami ta' modi ġodda biex titħeġġeġ l-attività fiżika biex tiġi miġġielda r-rata dejjem togħla ta' obeżità  »

L-importanza ta' attività fiżika regolari fil-ġlieda kontra l-obeżità kienet diskussa mal-Istati Membri (Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika) u mas-soċjetà ċivili (Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa) f'laqgħat fit-2 u t-3 ta' Diċembru 2015 fil-Lussemburgu,

Il-proġett ġdid EuroFIT juża l-futbol biex jindirizza kwistjonijiet ta' saħħa  »

L-għan ta' dan il-proġett iffinanzjat mill-UE hu li jiġi sfruttat "id-delizzju tal-logħba" biex is-sostenituri tal-futbol jimpenjaw ruħhom li jagħmlu tibdil fl-istil tal-ħajja tagħhom favur is-saħħa permezz tal-lealtà lejn il-klabbs tagħhom.

Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs 

BØRNEfonden  »

Il-ġlieda kontra l-Ebola b'mod effettiv permezz ta' approċċ integrat tal-komunità

CAP Anamur  »

Sala ta' ammissjoni u iżolazzjoni tal-Ebola, ċentru tal-kura interim ta' osservazzjoni u miżuri ta' iġjene fis-slums ta' Freetown

 Aktar tagħrif dwar il-Premju

 
  

Avvenimenti li ġejjin 

Sessjoni ta' ħidma dwar il-bijoloġija sintetika (il-Lussemburgu, l-10 ta’ Diċembru 2015)  »

Preżentazzjoni tar-riżultati tal-proġetti "Il-familja f'saħħitha tiegħi" u "Inħobbu nieklu" (Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015)  »

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Newsletter tan-Netwerk Ewropew tal-Ħaddiema tas-Saħħa li jaħdmu mal-Persuni Mingħajr Dar (ENHW)  »

L-ENHW jippubblika newsletter darbtejn fis-sena, bi kwistjonijiet li jaffettwaw lill-persuni mingħajr dar, inklużi l-politiki tas-saħħa pubblika. Fl-edizzjoni l-ġdida, pereżempju, insibu artikli dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa, l-interventi b'rabta mad-droga, u l-politiki tal-ħruġ mill-isptar ta' pazjenti mingħajr dar.

Pubblikazzjoni ewlenija ġdida tal-Eurostat - In-Nies fl-UE  »

Din il-pubblikazzjoni ġdida tal-Eurostat tipprovdi daqqa t'għajn partikolarment rikka tal-popolazzjoni tal-UE. It-tibdil demografiku, flimkien mal-migrazzjoni, il-globalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima, hu rikonoxxut bħala waħda mill-iktar sfidi sinifikanti li qed tiffaċċja l-UE bħalissa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Ambizzjoni ġdida biex ir-rata ta' twelid mejjet u mwiet tat-trabi tonqos bin-nofs  [Renju Unit]  »

Is-Segretarju tas-Saħħa Jeremy Hunt ħabbar ambizzjoni ġdida biex tonqos ir-rata ta' twelid mejjet, imwiet tat-trabi tat-twelid u materni fl-Ingliterra b'50% sal-2013.

Approvata strateġija ġdida għad-Disturb Ġeneralizzat tal-Awtiżmu  [Spanja]  »

Wieħed mill-għanijiet ewlenin hu li titjieb id-djanjosi bikrija ta' tfal bl-ASD, iżda l-Ministru tas-Saħħa saħaq fuq l-importanza ta' azzjoni fl-istadji kollha tal-ħajja biex titjieb il-kwalità tal-ħajja għall-persuni kollha bl-awtiżmu.

Fl-edizzjoni li jmiss

Edizzjoni speċjali - Kumitati Xjentifiċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk