Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 154, IS 11 ta´ Ġunju 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Id-donaturi tad-demm jagħtu r-rigal tal-ħajja; ejjew nagħtu lura l-ogħla livell ta' kura tad-donaturi

ta' Karin Kadenbach, Membru tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; President tal-Grupp għas-Saħħa tal-Kliewi tal-MPE

ta' Karin Kadenbach, Membru tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; President tal-Grupp għas-Saħħa tal-Kliewi tal-MPE

Iċ-ċittadini Ewropej jagħmlu aktar minn 20 miljun donazzjoni tad-demm kull sena, att ta’ solidarjetà notevoli ma’ pazjenti fil-bżonn ta’ trasfużjonijiet.

L-14ta' Ġunju ġie magħżul bħala l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Dan il-jum jonora lid-donaturi tad-demm li jsalvaw il-ħajjiet kuljum u jħeġġeġ bil-qawwa aktar nies mad-dinja kollha biex jagħtu d-demm b’mod volontarju u b’mod regolari.

L-Unjoni Ewropea tiżgura li l-pazjenti jistgħu jiddependu fuq trasfużjonijiet tad-demm sikuri u ta’ kwalità għolja u li saħħet id-donaturi tiġi protetta. Il-leġiżlazzjoni [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Domaine - Manwal dwar l-Immaniġġjar tad-Donaturi u l-Programm ta’ Taħriġ għall-Immaniġġjar tad-Donaturi

L-Aħjar Użu tad-Demm fl-UE – il-promozzjoni tat-titjib għall-proċess tat-trasfużjoni klinika.

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Programm tal-UE dwar is-saħħa - Adottat il-Pjan ta’ Ħidma Annwali 2015  »

Dan il-pjan ta’ ħidma jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu fl-2015 u l-allokazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiġi implimentat it-tielet Programm tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020).

Sejħa għal proposti ta’ proġetti ġodda mnedija taħt il-Programm tal-UE dwar is-Saħħa  »

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel nediet sejħiet għal proposti għal proġetti hekk kif il-Pjan ta’ Ħidma Annwali tal-Programm tas-Saħħa ġie adottat mill-Kunsill, il-pass li kien imiss f’dan il-proċess. Informazzjoni dettaljata hija disponibbli onlajn.

Organizzazzjonijiet mhux governattivi mistiedna jippreżentaw kandidatura għall-Premju tas-Saħħa tal-UE l-ġdid sal-31 ta’ Lulju 2015  »

Il-premju l-ġdid tal-Kummissjoni se jonora lil tliet korpi mhux governattivi li ddistingwew ruħhom matul il-kriżi tal-Ebola billi għenu komunitajiet li sofrew l-aktar matul l-epidemija u li pproteġew is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE billi evitaw aktar tixrid tal-marda.

Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti jniedi kampanja ewlenija dwar l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti  »

Il-kampanja tnediet fl-avveniment fi Brussell tal-20-21 ta’ Mejju 2015, fejn id-diskussjonijiet iffukaw fuq kif l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti jista’ jgħin biex jinbnew sistemi tas-saħħa sostenibbli ta' kwalità għolja.

Ippubblikata opinjoni xjentifika dwar materjali tas-siliċe amorfa sintetika użati fi prodotti kożmetiċi  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Xjentifiku tagħha dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ippubblikaw Opinjoni dwar is-“Siliċe, is-Siliċe Idratata, u s-Superfiċji tas-Siliċe Immodifikati bl-Alkil Silitati (f'forma nano)”. Il-kummenti mill-partijiet interessati jistgħu jiġu sottomessi sas-26 ta’ Ġunju 2015.

Post ta' Direttur ġdid għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard  »

L-avviż ta’ post battal għall-kariga ta’ Direttur taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali (C168A - 22 ta’ Mejju 2015). Id-data tal-għeluq għall-applikazzjoni: it-22 ta’ Ġunju 2015 f'12.00 (ħin ta’ Brussell).

Ħu sehem f’dan l-istħarriġ qasir dwar kif ir-riskji relatati mal-alkoħol huma kkomunikati  »

L-Ewropej jirċievu messaġġi mħallta dwar kemm jistgħu jixorbu u meta m’għandhomx jixorbu. Wieġeb dan il-kwestjonarju mill-Azzjoni Konġunta dwar it-Tnaqqis tal-Ħsara Relatata mal-Alkoħol tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Ġunju 2015 biex tgħin tiddeċifra l-fehmiet tal-konsumaturi dwar is-suġġett.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-azzjoni konġunta “Il-Kisba ta’ Koordinazzjoni Komprensiva fid-Donazzjoni tal-Organi madwar l-UE” tippreżenta l-kisbiet tagħha  »

Din l-Azzjoni Konġunta bdiet f'Mejju 2012 u se tkompli sa Novembru 2015 b’finanzjament mill-Programm tas-Saħħa. Din tinvolvi 23 pajjiż Ewropej u hija kkoordinata mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Trapjanti Spanjola.

Avvenimenti li ġejjin 

It-12-il Laqgħa tal-Impatt tal-AIDS (Amsterdam, 28-30 ta’ Lulju 2015)  »

L-ewwel Konferenza dwar id-Dipendenza (Liżbona, 23-25 ta’ Settembru 2015)  »

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Kampanja nazzjonali għall-promozzjoni tad-donazzjoni ta’ organi u tessuti  [Italja]  »

"M’hemmx bżonn poteri speċjali biex issalva ħajja. Firma biżżejjed." Dan huwa l-motto tal-edizzjoni XVIII tal-jum nazzjonali favur id-donazzjoni ta' organi u tessuti u tat-trapjant, bl-għan li jħeġġeġ lin-nies jiffirmaw dikjarazzjoni għad-donazzjoni ta' organi u tessuti.

Jiġu stabbiliti unitajiet kontra l-korruzzjoni f’kull sptar statali  [Slovakkja]  »

Bdew jaħdmu l-unitajiet kontra l-korruzzjoni fl-isptarijiet tal-Istat fl-1 ta’ Ġunju 2015. Issa n-nies jistgħu jirrappurtaw każijiet suspettati ta’ korruzzjoni fis-settur tas-saħħa fi sptarijiet tal-istat bħala parti minn kampanja kontra l-korruzzjoni. L-isptarijiet universitarji se jkollhom ukoll hotlines kontra l-korruzzjoni.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Rapport Ewopew dwar id-Drogi 2015  »

Ikseb l-aħħar fatti, ċifri, tendenzi u analiżi miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga. Ippubblikat f'24 lingwa fl-4 ta’ Ġunju 2015.

Il-manwal operattiv dwar l-ispezzjoni tal-akkwist ta’ tessuti u ċelluli u l-istabbilimenti tat-tessuti  »

Fl-edizzjoni li jmiss

Saħħa Internazzjonali

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk