Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 147, IS 19 ta´ Frar 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa għal futur itjeb għas-saħħa fl-UE

minn Guntis Belēvičs, il-Ministru tas-Saħħa tar-Repubblika tal-Latvja

minn Guntis Belēvičs, il-Ministru tas-Saħħa tar-Repubblika tal-Latvja

Il-ġimgħa d-dieħla, se jkolli l-unur li nospita l-Konferenza dwar l-istili ta' ħajja tajbin għas-saħħa f'Riga, organizzata taħt il-Presidenza tal-Latvia. Dan l-avveniment se jenfasizza kemm l-importanza ta’ dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika favur is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll ir-rilevanza diretta tagħhom għall-prestazzjoni tal-ekonomija tal-UE.

Fil-preżent, aktar minn nofs l-adulti Ewropej għandhom piż żejjed jew huma obeżi. Sakemm dan ikun il-każ, il-mard tal-qalb, il-mard taz-zokkor u ċerti kansers se jkomplu jkunu ta' theddida għall-kwalità ta' ħajjitna, għas-sostenibbiltà tas- [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u tal-attività fiżika f’komunitajiet lokali (HEPCOM)

Il-Prevenzjoni tal-Obeżità permezz ta’ Netwerk Ewropew (OPEN)

Il-Ġlieda Kontra l-Obeżità fost iż-Żgħażagħ Ewropej (EYTO)

Il-Forum Ewropew favur il-Promozzjoni tal-Attività Fiżika (MOVE)

SALUS: Netwerk Ewropew biex Isegwi r-riformolazzjoni tal-ikel, l-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba għall-SMEs u l-Konsumaturi

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

'Iz-zokkor - Velenu Ħelu? ', ta' Célia Rosa, finalista 2013 mill-Portugall

'Inti dak li nanntek kienet imdorrija tiekol', ta' Virve Pohjanpalo, finalista 2013 mill-Finlandja

“Ħellow Ġar!”, minn Sibylle Hamann, rebbieħa nazzjonali 2013 mill-Awstrija

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Għall-ewwel darba din is-sena, Ebola tiżdied mill-ġdid fi tliet pajjiżi milqutin  »

Skont id-WHO ġew ikkonfermati 124 każ ġdid irrappurtati fil-ġimgħa tal-1 ta' Frar: 39 fil-Ginea, 5 fil-Liberja, u 80 f'Sierra Leone. Sal-lum, sal-5 ta' Frar, kien hemm 22,523 każ tal-marda tal-vajrus tal-Ebola relatati mal-inċidenza fl-Afrika tal-Punent, inklużi 8,994 mewt.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Skeda informattiva dwar il-Kromju VI fil-ġugarelli  »

Il-ġugarelli manifatturati bil-kromju VI huma sikuri għat-tfal? Din hi l-mistoqsija magħmula u mwieġba fit-taqsira faċli għall-qari tal-Opinjoni ppubblikata reċentement dwar il-Kromju VI fil-ġugarelli tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa u Ambjentali.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

It-tipjip fil-karozzi wasal biex isir illegali  [Renju Unit]  »

Il-Parlament approva regolamenti li se jagħmlu t-tipjip fil-karozzi li jġorru t-tfal illegali. Ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2015 u persuni li jonqsu milli jikkonformaw jistgħu jiffaċċjaw avviż ta' penali fissa ta’ £50.

Kampanja ġdida "Kul Ikel Tajjeb għas-Saħħa u Ċċaqlaq" tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jadottaw drawwiet tajbin għas-saħħa.  [Spanja]  »

Il-Ministeru Spanjol tal-Aġenzija tas-Saħħa għall-Affarijiet tal-Konsumatur, is-Sikurezza tal-Ikel u Nutrizzjoni nieda l-kampanja ottimista u informattiva li tinkludi kontenut awdjoviżiv, mużika, parir, riċetti, u anke kompetizzjoni onlajn reċenti.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Għaxar snin ta’ traċċabilità onlajn fl-Ewropa għal aktar sikurezza fl-ikel  »

TRACES – is-sistema onlajn b’xejn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tiffaċilita l-kummerċ – se tiċċelebra l-10 anniversarju tagħha. TRACES tgħin tiżgura li l-annimali, l-ikel, l-għalf u l-pjanti huma kkummerċjalizzati b’mod sikur u li l-ikel servut fuq 500 miljun platt Ewropew hu sikur.

Avvenimenti li ġejjin 

“Rari minn Reali: Nitkellmu dwar il-Mard Rari” fl-avveniment tal-Jum tal-Mard Rari (Brussell, 24 ta’ Frar, 2015)  »

Biex ifakkar il-Jum tal-Mard Rari 2015, EURORDIS jistieden jitkellmu lir-rappreżentanti tal-pazjenti li jinfluwenzaw il-politika u lil min jieħu d-deċiżjonijiet. Vytenis Andriukaitis, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, jagħti r-rimarka tal-ftuħ. Ipparteċipa onlajn!

Fl-edizzjoni li jmiss

Anzjanità Attiva u b’Saħħitha

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk