Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 143, IS 18 ta´ Diċembru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa: riżultati ta’ eżami preċiżi li fuqhom jistgħu jiġu bbażati deċiżjonijiet ta' politika

minn Stefan Schreck, Kap tal-Unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

minn Stefan Schreck, Kap tal-Unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-kejl tas-saħħa, bħal dak tal-kuntentizza, jista' jkun diffiċli biex isir.   Iżda, fortunatament, nistgħu nkejlu xi aspetti dwar is-saħħa pubblika u s-sistemi tas-saħħa tagħna, b'għodda utli ferm li jisimha Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa.

Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa huwa rapport konġunt mill-Kummissjoni u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi li jipprovdi dejta komparattiva dwar is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa f'35 pajjiż Ewropew.

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ix-xahar tat-tielet edizzjoni tar-rapport, Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa: Ewropa 2014, hu ideali. Hekk kif jaħbat [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

JAMIE - Azzjoni Konġunta dwar il-Monitoraġġ tal-Korrimenti fl-Ewropa

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni Ewropea tniedi offerta għall-produzzjoni ta' Studju dwar servizzi li għandhom jingħataw min-Netwerks ta' Referenza Ewropej u l-Membri tiegħu  »

L-għan ta’ dan il-kuntratt hu li jiġi pprovdut qafas kunċettwali, katalgu u analiżi dwar it-tipoloġija, il-karatteristiċi u l-ispejjeż ta’ servizzi li għandhom jiġu pprovduti permezz tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej u l-Membri tiegħu.

Speċjalisti ewlenin jattendu t-tieni sessjoni ta' ħidma dwar il-virus tal-Ebola f’ambjenti tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa  »

Is-sessjoni ta' ħidma fil-Lussemburgu pprovdiet forum għall-iskambju ta' esperjenzi u d-diskussjoni dwar l-aħjar prattika għal miżuri ta' sigurtà, prevenzjoni, u kontroll tal-infezzjoni ta’ Deni Emorraġiku Virali, inkluża l-Ebola, f’ambjenti tal-kura tas-saħħa tal-Ewropa, minn qabel l-isptar għall-faċilitajiet tal-isptar. L-avveniment kien ippresedut mix-xjentist prinċipali tal-ECDC u kellu l-appoġġ tal-aġenzija u tad-WHO.

Demm u komponenti tad-demm: L-approċċ komuni meħud għad-definizzjoni ta’ ġrajjiet u reazzjonijiet avversi  »

L-approċċ komuni li issa ttieħdet deċiżjoni dwaru għandu l-għan li jiffaċilita l-paraguni bejn dejta mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u pajjiżi assoċjati. Il-linji gwida huma maħsuba biex inaqqsu l-piż tar-rappurtar billi jiġu ċċarati kwistjonijiet qabel ma jsir il-ġbir tad-dejta kull sena.

Punti ta’ riflessjoni – eluf jirrispondu għall-istħarriġ tal-proġett "Inħobbu nieklu"  »

Kważi 3,500 tifel u tifla, il-ġenituri tagħhom, persuni anzjani u nisa tqal f’7 ibliet Ewropej ħadu sehem fl-istħarriġ, użat sabiex jivvaluta d-drawwiet tal-ikel u l-attività fiżika tan-nies u l-attitudni tagħhom lejn id-dieta u l-eżerċizzju. Ir-riżultati se jintużaw biex jgħinu liċ-ċittadini jtejbu l-istili ta’ ħajja tagħhom.

L-Ebola tema ta’ prijorità waqt il-15-il laqgħa ministerjali tal-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa Globali f’Tokjo  »

Fil-11 ta' Diċembru ltaqgħu l-esperti tas-saħħa u l-Ministri mill-Kummissjoni Ewropea, id-WHO, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, il-Messiku, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Istati Uniti biex jiddiskutu reazzjoni u azzjoni ta' tħejjija kollettivi għal diversi tipi ta’ theddid għas-saħħa, inkluż l-Ebola.

Ngħinu fit-trażżin tal-aptit tat-tfal lejn ikel b'kontenut għoli ta’ zokkor, melħ u xaħam: il-Pjattaforma tal-UE tħares lejn ir-reklamar tal-ikel lejn it-tfal  »

Il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar ta’ ikel bħal dan lejn it-tfal kien il-fokus tal-laqgħa li saret fl-24 ta’ Novembru tal-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Għal darb’ oħra l-UE żżid l-appoġġ finanzjarju tagħha fil-ġlieda kontra l-Ebola  »

Waqt żjara fil-Ginea, il-Kummissarju tal-UE għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica ħabbar €61 miljun ta’ appoġġ addizzjonali b’reazzjoni għall-kriżijiet tal-Ebola fil-pajjiżi milquta tal-Afrika tal-Punent.

Rispons tal-UE għall-Ebola: l-Istati Membri jibagħtu persunal tas-saħħa addizzjonali lejn ir-reġjun  »

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkomplu jimmobilizzaw ir-riżorsi kollha disponibbli sabiex jgħinu fil-kontroll tal-akbar epidemija tal-Ebola kemm ilha tinkiteb l-istorja.

Ir-rispons tal-Unjoni Ewropea għall-emerġenza tal-Ebola  »

L-UE qed tissorvelja l-akbar u l-aktar epidemija kumplessa tal-Ebola kemm ilha tinkiteb l-istorja u ħadet azzjoni kollettiva kemm fil-pajjiżi tal-UE kif ukoll barra l-UE. Immobilizzat riżorsi politiċi, finanzjarji u xjentifiċi biex jgħinu fiż-żamma mit-tixrid, fil-kontroll, fit-trattament u, fl-aħħar mill-aħħar, fir-rebħa kontra l-Ebola. Aqra l-aġġornament hawnhekk.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Taqsira Eżekuttiva tal-Konferenza Ewropea dwar il-Mard Rari u l-Prodotti Orfni 2014  »

Ħadu sehem rekord ta’ 768 parteċipant minn 43 pajjiż f’dan l-avveniment, organizzat minn EURORDIS u l-Assoċjazzjoni ta’ Informazzjoni dwar id-Drogi, li jiġbor flimkien rappreżentanti tal-pazjenti, akkademiċi, professjonisti fil-kura tas-saħħa, l-industrija, kontribwenti, regolaturi u dawk li jfasslu l-politika.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Uffiċjal Mediku Ewlieni jagħti l-parir sabiex it-tfal żgħar jitlaqqmu kontra l-influwenza  [Renju Unit]  »

Il-ġenituri għandhom jaraw li t-tfal tagħhom jitlaqqmu kontra l-influwenza issa biex ikunu protetti minn mard serju, skont il-parir mgħoti mill-Uffiċjal Mediku Ewlieni tar-Renju Unit.

L-ewwel rapport annwali dwar is-suwiċidji jiddikjara li mewta minn kull 50 hi kkawżata minn suwiċidju  [Franza]  »

Skont dan l-ewwel rapport annwali mill-Osservatorju Nazzjonali Franċiż tas-Suwiċidji, aktar minn 11,000 persuna jmutu b’suwiċidju kull sena fi Franza, jew wieħed minn kull 50 persuna mejta, u kważi 200,000 jittieħdu l-emerġenza wara attentat ta’ suwiċidju.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Ġlieda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi: armi intelliġenti kontra l-mikroorganiżmi intelliġenti (Ruma, it-22-23 ta’ Diċembru 2014)  »

Dan l-avveniment tal-Presidenza Taljana jadotta strateġija multisettorjali għall-problema tar-reżistenza għall-antimikrobiċi u jippreżenta kelliema ta’ livell għoli, inkluż John F. Ryan, Aġent Direttur għas-Saħħa Pubblika mill-Kummissjoni, li se jippreżenta l-impenn tal-UE kontra l-AMR.

Fl-edizzjoni li jmiss

Edizzjoni Speċjali: Kumitati Xjentifiċi

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk